Mur għall-kontenut ewlieni
EURES (EURopean Employment Services)
Artiklu tal-aħbarijiet24 Awwissu 2023L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni4 min qari

Strateġiji għall-immaniġġjar b’suċċess ta’ tim ibridu

Peress li x-xogħol mill-bogħod qed isir aktar popolari, l-immaniġġjar ta’ tim ibridu (maqsum bejn ix-xogħol mid-dar u fl-uffiċċju) issa huwa ħila personali essenzjali li persuna għandu jkollha. Dawn huma erba’ strateġiji għall-immaniġġjar b’suċċess ta’ tim ibridu.

Strategies for successfully managing a hybrid team

Stabbilixxi aspettattivi ċari

Filwaqt li x-xogħol mid-dar iġib miegħu sfidi u benefiċċji ġodda għall-impjegati, huwa qasam mhux familjari għal ħafna minna. Bħala maniġer, din hija l-opportunità tiegħek biex tistabbilixxi aspettattivi ċari ta’ dak li huwa meħtieġ mit-tim ibridu tiegħek u kif l-aħjar li wieħed jaħdem f’ambjent relattivament ġdid. Ftakar, dan huwa ġdid għalik ukoll, għalhekk tħossx li għandek bżonn tkun taf it-tweġibiet kollha. L-aħjar hu li tkun ċar mat-tim tiegħek dwar kif tixtieq taħdem, meta se jkun hemm il-laqgħat ta’ kuljum u kif dawn għandhom isiru, meta se jkunu l-ġranet tal-uffiċċju, u kif għandha titwassal l-informazzjoni għall-membri tat-tim tiegħek li qed jaħdmu mid-dar jew barra mill-pajjiż.

Ibni u żomm relazzjonijiet

Jista’ jkun diffiċli li tibni u żżomm relazzjoni mat-tim ibridu tiegħek, speċjalment meta jkollok membri tat-tim li qed jaħdmu mid-dar jew f’pajjiżi u żoni tal-ħin differenti. Ix-xogħol mid-dar jista’ jkun iżolanti, għalhekk huwa importanti li twarrab xi ftit ħin biex tagħti feedback regolari lill-membri individwali tat-tim tiegħek. Tkun idea tajba li jiġu skedati laqgħat regolari fuq Zoom jew Microsoft Teams, sabiex it-teleħaddiema jħossuhom impenjati u involuti. Biex jissaħħu r-relazzjonijiet, jista’ jkun utli wkoll li jiġu organizzati eżerċizzji ta’ bini ta’ tim jew away days fejn il-membri kollha tat-tim tiegħek ikunu preżenti fiżikament.

Rawwem il-kollaborazzjoni

Ħafna nies jaħsbu li l-kollaborazzjoni hija aktar diffiċli f’ambjent tax-xogħol ibridu, iżda hemm modi kif tista’ trawwimha. Bħala maniġer, huwa xogħlok li tfittex għodod diġitali kreattivi u ġodda li jistgħu jittrasformaw il-mod kif taħdem. Tista’ tistabbilixxi spazji tax-xogħol apposta online, pereżempju, fejn tuża għodod diġitali innovattivi għall-konnessjoni u biex jiġu skambjati l-ideat. Inkella, tista’ tiskeda ġranet speċifiċi ddedikati għal xogħol kollaborattiv. B’dan il-mod, il-membri tat-tim tiegħek, kemm jekk ikunu qed jaħdmu mill-bogħod kif ukoll jekk ikunu fl-uffiċċju, iħossuhom involuti u konnessi ma’ xulxin.

Inkoraġġixxi pawżiet regolari

Hemm ħafna benefiċċji għax-xogħol f’ambjent tax-xogħol ibridu flessibbli, iżda x-xogħol mid-dar jista’ jsir tedjanti u intens. Ħafna nies għandhom tendenza li jaħdmu sigħat addizzjonali minħabba l-konfini mċajpra bejn ix-xogħol u l-ħin liberu. Kun ċert li tagħti attenzjoni mill-qrib lil-livelli ta’ stress tal-membri tat-tim tiegħek sabiex tipprevjeni l-eżawriment.

Bħala parti minn dan, ħeġġeġ lit-tim tiegħek jieħu pawżi ’l bogħod mill-uffiċċji tagħhom — wara kollox, ħadd mhuwa magħmul biex joqgħod f’post wieħed għal tmien sigħat sħaħ! Dan japplika wkoll għall-membri tat-tim li jaħdmu fl-uffiċċju – fakkar lill-impjegati tiegħek biex jieħdu pawżi biex jieħdu xarba fil-kċina jew imorru mixja, u biex jieħdu l-pawża kollha tagħhom ta’ nofsinhar ’il bogħod mill-uffiċċju tagħhom. Dan jista’ jgħin biex tiġi promossa ċ-ċarezza mentali, u b’hekk il-ħin li jqattgħu jaħdmu jsir ħafna aktar produttiv.

Ipprovdi l-għodod it-tajba

Kun ċert li l-impjegati tiegħek ikollhom l-għodod it-tajba u l-ambjent tax-xogħol it-tajjeb biex jagħmlu xogħolhom b’mod effettiv. Dan ifisser li tipprovdilhom tagħmir tal-uffiċċju sabiex ikunu jistgħu jaħdmu b’mod komdu, kemm fl-uffiċċju kif ukoll mid-dar (eż. laptop li jista’ jħaddem is-software u l-programmi meħtieġa, siġġu ta’ kwalità tajba b’appoġġ għad-dahar, kuffji u webcam, u skrin addizzjonali biex jitnaqqas l-istrapazz fuq l-għajnejn mix-xogħol fuq il-laptop), kif ukoll tipprovdilhom software għal aspetti bħal xogħol kollaborattiv, komunikazzjoni online, u modi sikuri għall-aċċess tax-xogħol mill-bogħod.

Iżda li jkollok l-għodod it-tajba mhuwiex biżżejjed – huwa kruċjali wkoll li tgħallem lill-impjegati tiegħek kif jużawhom. Organizza sessjonijiet ta’ taħriġ għall-impjegati l-ġodda u dawk eżistenti dwar il-ħiliet li jeħtieġu biex jużaw b’mod effettiv it-tagħmir u s-software li tipprovdilhom biex tiżgura li ħadd ma jħossu abbandunat.

Interessat f’suġġerimenti oħra dwar kif timmaniġġja b’suċċess tim? Ara l-artiklu tagħna dwar “Il-bini ta’ tim aktar b’saħħtu:Kif timmaniġġja b’mod effettiv it-tilwim bejn l-impjegati tiegħek”.

 

Links relatati:

Il-bini ta’ tim aktar b’saħħtu:Kif timmaniġġja b’mod effettiv it-tilwim bejn l-impjegati tiegħek

 

Aqra aktar:

Il-Jiem tal-Impjiegi Ewropej

Sib Konsulenti tal-EURES

Kundizzjonijiet tal-ħajja u x-xogħol fil-pajjiżi tal-EURES

Bażi tad-data tal-Impjiegi tal-EURES

Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi

Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES

Avvenimenti Online li ġejjin

L-EURES fuq Facebook

L-EURES fuq Twitter

L-EURES fuq LinkedIn

Temi
  • Negozju/Intraprenditorija
  • Ideat u Suġġerimenti
Sezzjoni(jiet) relatati
Settur
  • Accomodation and food service activities
  • Activities of extraterritorial organisations and bodies
  • Activities of households as employers, undifferentiated goods- and services
  • Administrative and support service activities
  • Agriculture, forestry and fishing
  • Arts, entertainment and recreation
  • Construction
  • Education
  • Electricity, gas, steam and air conditioning supply
  • Financial and insurance activities
  • Human health and social work activities
  • Information and communication
  • Manufacturing
  • Mining and quarrying
  • Other service activities
  • Professional, scientific and technical activities
  • Public administration and defence; compulsory social security
  • Real estate activities
  • Transportation and storage
  • Water supply, sewerage, waste management and remediation activities
  • Wholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles

Ċaħda

L-artikoli huma maħsuba biex jipprovdu lill-utenti tal-portal tal-EURES b'informazzjoni dwar suġġetti u xejriet kurrenti u biex jistimulaw id-diskussjoni u d-dibattitu. Il-kontenut tagħhom mhux bilfors jirrifletti l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA) jew tal-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, EURES u ELA ma japprovawx websajts ta' partijiet terzi msemmija hawn fuq.