Mur għall-kontenut ewlieni
EURES (EURopean Employment Services)

L-EURES f’pajjiżek

L-EURES huwa network Ewropew ta’ kooperazzjoni ta’ servizzi tal-impjiegi. Ikopri l-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea kif ukoll l-Iżlanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja u l-Iżvizzera.

L-Uffiċċju Ewropew ta’ Koordinazzjoni (ECO)

In-network huwa kkoordinat fil-livell Ewropew, mill-Uffiċċju Ewropew ta’ Koordinazzjoni, stabbilit fi ħdan l-Awtorità Ewropea tax-Xogħol. L-ECO jimmaniġġja l-portal tal-EURES u l-pjattaforma web tal-EOJD.

L-Uffiċċji Nazzjonali ta’ Koordinazzjoni (NCO)

Kull pajjiż membru tan-network ħatar Uffiċċju Nazzjonali ta’ Koordinazzjoni għall-EURES, responsabbli għall-koordinazzjoni tan-network nazzjonali tal-Membri u s-Sħab.

Membri u Sħab tal-EURES

Is-servizzi għal min qed ifittex impjieg u għall-impjegaturi huma pprovduti mill-Membri u mis-Sħab tal-EURES.

Is-servizzi pubbliċi tal-impjiegi (PES) għandhom rwol speċifiku, peress li huma qegħdin jipparteċipaw u jipprovdu servizzi bħala Membri tal-EURES daqs Membri oħra. Minbarra l-PES, servizzi u organizzazzjonijiet oħra tal-impjiegi li jipprovdu servizzi lil min qed ifittex impjieg u lill-impjegaturi jistgħu jipparteċipaw ukoll jew bħala Membri tal-EURES jew bħala Sħab tal-EURES.  Dan jiddependi mit-tip ta’ servizzi li joffru.

Membru tal-EURES jipprovdi l-firxa sħiħa ta’  servizzi tal-EURES filwaqt li Sieħeb tal-EURES għandu offerta ta’ servizzi aktar limitata, skont id-daqs tal-organizzazzjoni jew il-karattru tas-servizzi l-oħra li jipprovdi s-soltu.

EC Yellow 25_#fff4bb
Sib Membru jew Sieħeb tal-EURES

Skopri min huma u kif tikkuntattjahom billi tagħżel pajjiż permezz tal-buttuna hawn taħt.