Mur għall-kontenut ewlieni
EURES (EURopean Employment Services)

X’jista’ jagħmel l-Europass il-ġdid għalik?

L-Europass huwa s-sett tiegħek bla ħlas ta’ għodod u informazzjoni online biex jgħinek tiġġestixxi kull pass tat-tagħlim u l-iżvilupp tiegħek.

Tista’ tuża l-Europass bħala sett personali ta’ għodod biex tirreġistra t-tagħlim, ix-xogħol jew l-esperjenzi u l-kisbiet personali kollha tiegħek f’post wieħed. Tista’ toħloq CVs u ittri ta’ akkumpanjament differenti, tifhem kif għandek tippreżenta l-ħiliet u l-kwalifiki tiegħek u kif tiġġestixxi d-dokumenti relatati.

Skopri l-għodod kollha li joffri l-Europass bħal:

  • Profil tal-Europass: fejn tista’ tiddeskrivi l-ħiliet tiegħek, issib opportunitajiet ta’ żvilupp u tagħlim interessanti, tiġġestixxi l-applikazzjonijiet tiegħek u toħloq CVs u ittri ta’ akkumpanjament differenti;
  • Kredenzjali Diġitali tal-Europass: tippermettilek tirċievi u tikkondividi lawrji, diplomi u ċertifikati diġitali mill-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni u tat-taħriġ. Din hija sistema online bla ħlas u sikura;
  • Trasferiment faċli tal-informazzjoni tiegħek mill-EURES biex toħloq il-profil tal-Europass tiegħek jew bil-maqlub, biex tesplora l-impjiegi disponibbli fl-EURES;
  • Informazzjoni utli u links għal servizzi tal-UE kif ukoll dawk nazzjonali li se jgħinu biex jappoġġaw l-iżvilupp tiegħek jew it-triq tat-tagħlim tiegħek.

Il-fornituri tal-edukazzjoni, il-ħaddiema fil-qasam taż-żgħażagħ, dawk li jfasslu l-politika, il-professjonisti tal-gwida għall-karriera u l-impjegaturi jistgħu jsibu wkoll servizzi tal-Europass rilevanti li jistgħu jibbenefikaw minnhom.

Skopri l-Europass u ibda t-triq tal-karriera tiegħek issa!

Ħu l-pass li jmiss u oħloq il-profil tal-Europass tiegħek biex tisfrutta bl-aħjar mod l-Europass tiegħek.