Mur għall-kontenut ewlieni
EURES (EURopean Employment Services)

Cookies fuq l-EURES

Aħna nużaw il-cookies fuq is-sit web tagħna. Cookie hija biċċa żgħira ta’ data li sit web jaħżen fuq il-kompjuter tal-viżitatur jew fuq apparat mobbli.

Aħna nużaw il-cookies għall-funzjonament tekniku tas-sit web u, jekk inti tagħti l-kunsens tiegħek għalih, biex niġbru l-esperjenza tal-ibbrawżjar tiegħek fuq is-sit web tagħna għal statistika aggregata, li l-għan tagħha huwa li ttejjeb il-komunikazzjoni tagħna u s-servizz li noffru.

Tista’ ssib ukoll xi informazzjoni dwar cookies relatati mal-kanali tal-media soċjali tagħna.

Europa Analytics u l-cookies tiegħu

Europa Analytics huwa s-servizz korporattiv, li jimmonitorja u jevalwa l-effettività u l-effiċjenza tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA), l-EURES, l-EDPS u s-siti web tal-Kummissjoni Ewropea kif ukoll is-siti web l-oħrajn li ċ-ċentru tad-data tal-Kummissjoni jospita.

Dan juża pjattaforma analitika b’sors miftuħ, Matomo (li qabel kienet Piwik), ikkontrollata b’mod sħiħ mill-Kummissjoni Ewropea. Din il-pjattaforma tippermetti l-protezzjoni tad-data personali tal-utent finali bis-saħħa ta’ karatteristiċi bħad-deidentifikazzjoni tal-indirizz tal-PI. Il-cookies jistgħu jintużaw ukoll biex tiġi stabbilita statistika anonimizzata dwar l-esperjenza tal-ibbrawżjar fuq is-siti tagħna.

Informazzjoni u miżuri dwar il-protezzjoni tad-data f’Europa Analytics

Europa Analytics huwa s-servizz korporattiv li jkejjel l-effettività u l-effiċjenza tas-siti web tal-Istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea fuq Europa.

Inti liberu li tirrifjuta l-użu ta’ dan is-servizz – jew permezz tal-istrixxun (banner) tal-cookies li jidher fuq in-naħa ta’ fuq tal-ewwel paġna li żżur jew fuq Europa Analytics.

L-għażla li ma tużax dan is-servizz ma taffettwax l-esperjenza ta’ navigazzjoni tiegħek fis-siti Europa. Europa Analytics huwa kkonfigurat biex juża d-dominju tat-tieni livell europa.eu (użat mis-siti web tal-istituzzjonijiet Ewropej) u biex jaħżen cookies tal-ewwel parti.

Il-cookies (minn Matomo) użati minn Europa Analytics jippermettu lill-Kummissjoni Ewropea tintraċċa l-informazzjoni li ġejja dwar il-viżitaturi. Aħna nużaw din l-informazzjoni biex inħejju rapporti statistiċi aggregati dwar l-attività tal-viżitaturi:

  • Indirizz tal-PI (moħbi)
  • Post: pajjiż, reġjun, belt, latitudni u lonġitudni approssimattivi (Ġeolokalizzazzjoni)
  • Id-data u l-ħin tat-talba (żjara fis-sit)
  • Titlu tal-paġna murija (Titlu tal-Paġna)
  • URL tal-paġna murija (URL tal-Paġna)
  • URL tal-paġna li ntweriet qabel il-paġna kurrenti (URL Riferjali)
  • Riżoluzzjoni tal-iskrin tal-apparat tal-utent
  • Il-ħin fiż-żona tal-ħin lokali tal-viżitatur
  • Fajls li ġew ikklikkjati u mniżżla (Niżżel)
  • Links għal dominju estern li ġew ikklikkjati (Outlink)
  • Il-ħin tal-ġenerazzjoni tal-paġni (il-ħin meħtieġ għall-paġni web biex jiġu ġġenerati mis-server tal-web u mbagħad jitniżżlu mill-viżitatur: Veloċità tal-paġna)
  • Il-lingwa prinċipali tal-browser li qed jintuża (Accept-Language header)
  • Il-verżjoni tal-brawżer, plugins tal-brawżer (PDF, Flash, Java, ...) il-verżjoni tas-sistema operattiva, l-identifikatur tal-apparat (User-Agent header)
  • Lingwa tal-paġna viżitata
  • Kampanji
  • Tiftix ta’ Siti
  • Avvenimenti

Biex tittejjeb il-preċiżjoni tar-rapporti prodotti, l-informazzjoni tinħażen ukoll f’cookie tal-ewwel parti mis-sit web tagħna u mbagħad tinġabar minn Europa Analytics:

  • ID uniku akeatorju tal-Viżitaturi
  • Ħin tal-ewwel żjara għall-viżitatur speċifiku
  • Ħin taż-żjara preċedenti għall-viżitatur speċifiku
  • Numru ta’ żjarat għall-viżitatur speċifiku

L-ELA fdat lill-Kummissjoni Ewropea biex tiġbor u żżomm il-kontroll sħiħ tal-cookies miġbura permezz tal-cookies tal-ewwel parti billi taħżen id-data f’servers kompletament proprjetà tal-Kummissjoni Ewropea u kkontrollati minnha stess.

Minbarra xi cookies tas-sessjoni, Matomo jiġġenera cookie persistenti tal-ID aleatorju, li jippermetti lil Europa Analytics jidentifika meta utent jirritorna lejn is-sit. Din il-cookie għandha data ta’ skadenza ta’ 13-il xahar, li wara dan il-perjodu titneħħa awtomatikament mill-apparat tal-utent.

  • Cookies tal-ewwel parti huma cookies stabbiliti mis-sit web li tkun qed iżżur. Dak is-sit web biss jista’ jaqrahom.  Barra minn hekk, sit web jista’ potenzjalment juża servizz estern biex janalizza kif in-nies qed jużaw is-sit tiegħu. Europa Analytics jissettja l-cookie tiegħu stess biex jagħmel dan u ma jużax partijiet esterni.
  • Cookies persistenti huma cookies issejvjati fuq il-kompjuter tiegħek u ma jitħassrux awtomatikament meta tagħlaq il-brawżer tiegħek, mhux bħal cookie tas-sessjoni, li titħassar meta tagħlaq il-brawżer tiegħek.

Kunsens għall-ġbir tal-esperjenza tal-ibbrawżjar tiegħek għal statistika aggregata

B’mod awtomatiku, l-esperjenza tal-ibbrawżjar tal-viżitaturi tas-sit web tagħna MA HIJIEX intraċċata minn Europa Analytics. Madankollu, tista’ tagħżel li tagħti l-kunsens tiegħek biex tikkontribwixxi l-esperjenza tal-ibbrawżjar tiegħek fuq is-sit web tagħna biex nipproduċu statistika aggregata.

F’każ li inti tkun iddiżattivajt il-cookies kollha, se jerġa’ jintwera l-istrixxun tal-cookies ma’ kull żjara fis-sit web tagħna.

Aċċess ristrett għall-informazzjoni

Il-komunikazzjoni tad-data tal-analitika kollha hija kriptata permezz ta’ protokoll HTTPS. Ir-rapporti analitiċi ġġenerati minn Europa Analytics jistgħu jiġu aċċessati biss permezz tas-Sistema ta’ Awtentikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea (ECAS) minn persunal awtorizzat tal-Kummissjoni li jittratta ma’ Matomo, il-persunal rilevanti tal-istituzzjonijiet Ewropej jew minn sottokuntratturi esterni debitament awtorizzati, li jistgħu jkunu meħtieġa janalizzaw, jiżviluppaw u/jew jagħmlu manutenzjoni regolari f’ċerti siti.

Ħabi tal-indirizzi PI

Nota: l-istituzzjoni, il-belt u l-pajjiż tal-oriġini għal finijiet statistiċi jiġu ddeterminati mill-PI sħiħ, imbagħad jinħażnu u jiġu aggregati qabel ma tiġi applikata maskra. Europa Analytics juża mekkaniżmu ta’ deidentifikazzjoni tal-PI li jaħbi b’mod awtomatiku porzjon tal-PI ta’ kull viżitatur (Protokoll tal-Internet), li effettivament jagħmilha impossibbli li wieħed jidentifika viżitatur partikolari ta’ Europa permezz tal-indirizz tal-PI biss.

Reġistri tal-viżitaturi

Europa Analytics iħassar b’mod awtomatiku r-reġistri tal-viżitaturi wara 13-il xahar. Id-data aggregata tinħażen għal perjodu indefinit mill-Kummissjoni Ewropea għal finijiet ta’ analiżi.

Cookies tal-media soċjali

L-EURES huwa attiv fuq ħames pjattaformi tal-media soċjali. Il-preżenza tagħna fil-komunitajiet ta’ Facebook, Instagram, LinkedIn, X u YouTube ssaħħaħ il-preżenza u l-viżibbiltà online tagħna.

  • Is-sit web tal-ELA ma jistabbilixxix cookies meta jintwerew links għall-kanali tal-media soċjali tagħna meta tkun qed tibbrawżja s-sit web tagħna.
  • Tista’ tara l-vidjows tal-EURES, li aħna ntellgħu wkoll fil-paġna tagħna ta’ YouTube. Tista’ ssegwi wkoll il-links mis-sit web tagħna għal Facebook, Instagram, X u LinkedIn.
  • Billi tikklikkja fuq il-buttuna ta’ LinkedIn fuq is-sit web tagħna, inti tiġi ridirett(a) lejn is-sit ta’ LinkedIn, li għandu l-politiki tiegħu stess dwar il-cookies u l-privatezza li fuqhom m’għandna l-ebda kontroll.
  • Meta tikklikkja fuq l-ikona ta’ X (eks Twitter) fuq dan is-sit web tiġi ridirett(a) lejn is-sit ta’ X/Twitter, li għandu l-politiki tiegħu stess dwar il-cookies u l-privatezza li fuqhom m’għandna l-ebda kontroll.
  • L-istess japplika għal Facebook u Instagram

Cookies tekniċi għal applikazzjonijiet tal-web

Il-cookies li ġejjin japplikaw għall-applikazzjonijiet tal-web li jifformaw parti mis-sit web tal-EURES:

  • Sib Xogħol u l-karatteristiċi kollha marbuta miegħu (għall-mistednin, persuni rreġistrati li qed ifittxu impjieg u persunal tal-EURES)
  • Sib il-Kandidati u l-karatteristiċi kollha marbuta magħhom (għall-impjegaturi rreġistrati u l-persunal tal-EURES)
  • Ikkuntattja Konsulent tal-EURES
  • Links
  • Statistika
  • L-EURES tiegħi

 

Cookies ta’ preferenza għall-viżitaturi:

Isem

Servizz

Skop

It-tip u t-tul ta’ żmien tal-cookie

cck1

Kit ta’ kunsens għall-cookies

Jaħżen il-preferenzi tal-cookies tiegħek

(għalhekk mhux se terġa’ tiġi mistoqsi)

Cookie tas-sessjoni tal-ewwel parti, 6 xhur

 

Cookies operazzjonali (awtentikazzjoni):

Isem

Servizz

Skop

It-tip u t-tul ta’ żmien tal-cookie

CASTGC

EURES CAS

Informazzjoni ta’ Awtentikazzjoni tal-EURES

Cookie tas-sessjoni tal-ewwel parti,
titħassar wara li tagħlaq il-brawżer tiegħek

CASPRIVACY

EURES CAS

Informazzjoni ta’ Awtentikazzjoni tal-EURES

Cookie tas-sessjoni tal-ewwel parti,
titħassar wara li tagħlaq il-brawżer tiegħek

EURES_CAS_SESSIONID

EURES CAS

Informazzjoni ta’ Awtentikazzjoni tal-EURES

Cookie tas-sessjoni tal-ewwel parti,
titħassar wara li tagħlaq il-brawżer tiegħek

EURES_CAS_LOGGED_IN

EURES CAS

Informazzjoni ta’ Awtentikazzjoni tal-EURES

Cookie tas-sessjoni tal-ewwel parti,
titħassar wara li tagħlaq il-brawżer tiegħek

 

Cookies operazzjonali (tekniċi):

Isem

Servizz

Skop

It-tip u t-tul ta’ żmien tal-cookie

XSRF-TOKEN

globali għall-applikazzjonijiet web kollha tal-EURES

Użata biex jiġu evitati attakki bejn Siti Differenti

Cookie tas-sessjoni tal-ewwel parti,
titħassar wara li tagħlaq il-brawżer tiegħek

EURES_XXX_SESSIONID

Applikazzjoni XXX tal-EURES

Informazzjoni dwar is-Sessjoni tal-EURES

Cookie tas-sessjoni tal-ewwel parti, li titħassar wara li tagħlaq il-brawżer tiegħek

 

Cookies tal-analitika:

Isem

Servizz

Skop

It-tip u t-tul ta’ żmien tal-cookie

_pk_id#

Servizz tal-analitika tal-web

Jirrikonoxxi l-viżitaturi tas-siti web (b’mod anonimu – ma tinġabar l-ebda informazzjoni personali dwar l-utent).

Cookie persistenti tal-ewwel parti, 13-il xahar

_pk_ses#

Servizz tal-analitika tal-web

Jidentifika l-paġni li l-istess utent jara waqt l-istess żjara.

(b’mod anonimu – ma tinġabar l-ebda informazzjoni personali dwar l-utent).

Cookie persistenti tal-ewwel parti, 30 minuta

Kuntatt

Tista’ tistaqsina dwar il-mod kif nużaw il-cookies permezz tal-data-protectionatela [dot] europa [dot] eu (Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data) tagħna.