Mur għall-kontenut ewlieni
EURES (EURopean Employment Services)
Artiklu tal-aħbarijiet2 Mejju 2017L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni3 min qari

“Għaliex trid taħdem hawnhekk?” – ħejji ruħek sewwa għal dik il-mistoqsija li ser issirlek żgur

Huwa diffiċli twieġeb din il-mistoqsija b’mod li jkun oriġinali u rilevanti fl-istess ħin. Jekk tipprova toħroġ bi tweġiba sabiex deliberatament tispikka fuq l-oħrajn, it-tweġiba tiegħek tista’ tidher artifiċjali. Ipprova wieġeb b’mod ċar u sempliċi u probabbilment tkun biss wieħed minn ħafna li jwieġbu eżattament l-istess ħaġa. Allura, kif tista’ tagħti tweġiba li wieħed jibqa’ jiftakar fiha u xorta waħda tittieħed bis-serjetà?

‘Why do you want to work here?’ – prepare well for the one sure question
thinkstock

Kwalunkwe persuna li tħaddem ser tkun trid issir taf għaliex qed tapplika għall-post tax-xogħol li hija qed toffri. Id-diffikultà hi li r-raġuni għala int tinsab quddiemhom probabbilment hija wkoll ir-raġuni ta’ ħafna mill-applikanti l-oħrajn.

Hemm tliet passi li jistgħu jgħinuk tindirizza l-mistoqsija inevitabbli b’mod li jittrasforma t-tweġiba tiegħek minn waħda medja għal waħda li tispikka fuq il-bqija.

Riċerka

Żgur li smajtha qabel, iżda ftakar li mhuwiex biżżejjed li tagħti ħarsa tajba lejn is-sit web tal-kumpanija. Jeħtieġ li tmur lil hinn mill-fatti bażiċi jekk trid tħalli impressjoni tajba, li sempliċiment ittenni linji ewlenin mill-materjal ta’ pubbliċità tal-kumpanija mhijiex mossa li għandha tgħinek wisq. Ħalli lill-kandidati l-oħrajn jagħmlu dan!

Fittex ħalli tara jekk hemmx xi artikli tal-aħbarijiet dwar il-kumpanija. Indaga ftit u fittex fil-pubblikazzjonijiet u l-ġurnali kummerċjali li jkopru s-settur li tinsab interessat fih. Jekk hemm links għal rapporti mill-mezzi tax-xandir fuq is-sit web tal-kumpanija, aqrahom bir-reqqa. Il-kumpanija għandha stazzjon fuq Youtube? Qatta’ ftit ħin tara l-filmati li ttella’ l-kumpanija.

Il-kumpanija hija involuta f’disinji, teknoloġija jew xi ħaġa oħra li tista’ tidher fl-istampi ta’ Google? Qalleb fihom biex issib siti web li qegħdin jitkellmu dwar jew jagħtu reċensjoni tal-prodotti tal-kumpanija. X'qed jintqal? Hemm xi reċensjonijiet tas-servizz li toffri l-kumpanija? Jekk iva, dawn forsi jistgħu jagħtuk idea ta’ kif għandek tippreżenta ruħek u l-ħiliet li tista’ toffri f’dik il-pożizzjoni partikolari.

Punti tajbin li għandek tibbaża t-tweġiba tiegħek fuqhom

Ladarba jkollok idea ċara ta’ x’inhi u x’tagħmel il-kumpanija u kif inti tista’ tadatta ruħek għal dak li hija toffri, ipprova sejjes it-tweġiba tiegħek fuq uħud mill-punti li ġejjin – ixxerridx l-attenzjoni tiegħek fuq ħafna punti, iffoka fuq wieħed jew tnejn:

  • Is-servizz jew il-prodott li tipprovdi l-kumpanija u għaliex dan jinteressak.
  • Is-suċċessi riċenti tal-kumpanija u l-isfidi li tiffaċċja.
  • It-taħriġ u l-opportunitajiet ta’ avvanz fil-karriera li toffri l-kumpanija.
  • Il-filosofija jew l-etika tal-kumpanija.
  • Il-kultura tal-kumpanija – xi tfisser li tkun taħdem għall-kumpanija.

Oqgħod attent li ma tidhirx li inti aktar interessat fil-vantaġġi tal-impjieg milli fil-kumpanija nnifisha.

Żid ir-raġunament tiegħek

Sabiex tittrasforma t-tweġiba tiegħek minn waħda standard għal waħda li tibqa’ tiftakar fiha, agħmel pass ieħor u żid ir-raġunament tiegħek. Fi kliem sempliċi, jekk tgħid li tammira l-kumpanija minħabba li taħdem bla heda biex issib modi ġodda kif tagħmel l-affarijiet, kif jista’ jidher mit-tnedija ta’ X, tkun qed turi li għamilt ir-riċerka tiegħek sewwa. Iżda jista’ jkun hemm oħrajn li jagħmlu dan huma wkoll.

Għalhekk, sabiex tassew tispikka fuq il-bqija, spjega kif il-ħiliet, l-interessi u l-esperjenza tiegħek jistgħu jikkontribwixxu għall-fatt li identifikajt.

Pereżempju, “It-tnedija ta’ (...) turi kif il-kumpanija tagħkom għandha l-għan li ssib modi ġodda ta’ kif tagħmel l-affarijiet. L-enfasi tiegħi kienet l-istess meta għamilt (....) fl-aħħar impjieg li kelli. Ksibt (...) billi għamilt dak li għamilt. Naħseb li l-mod kif ittrattajt l-isfida jaqbel mal-għanijiet u l-metodi tagħkom, li hija waħda mir-raġunijiet għala rrid naħdem hawnhekk.”

Kif jgħid artiklu riċenti fil-ġurnal Guardian tar-Renju Unit “Hija din ir-riflessjoni fuq dak li rriċerkajt inti, kif ukoll il-kapaċità tiegħek li tqabbel il-ħtiġijiet u l-ideali tal-kumpanija mal-ħiliet u l-preferenzi tiegħek, li tassew ser iħallu impressjoni tajba.”

 

Links relatati:

L-artiklu fuq il-Guardian Għaliex trid taħdem hawnhekk? Kif għandek twieġeb il-mistoqsija komuni li jistaqsi kulħadd

Sib impjieg fuq il-Portal tal-EURES

X'jista’ jagħmel għalik l-EURES?

 

Aqra aktar:

Sib Konsulent tal-EURES

Kundizzjonijiet tax-xogħol u l-għajxien fil-pajjiżi tal-EURES

Il-Bażi tad-Data tal-Impjiegi tal-EURES

Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi

Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES

Avvenimenti Online li ġejjin

L-EURES fuq Facebook

L-EURES fuq Twitter

L-EURES fuq LinkedIn

L-EURES fuq Google+

Temi
  • Ideat u Suġġerimenti
  • Żgħażagħ
Sezzjoni(jiet) relatati
Settur
  • Accomodation and food service activities
  • Activities of extraterritorial organisations and bodies
  • Activities of households as employers, undifferentiated goods- and services
  • Administrative and support service activities
  • Agriculture, forestry and fishing
  • Arts, entertainment and recreation
  • Construction
  • Education
  • Electricity, gas, steam and air conditioning supply
  • Financial and insurance activities
  • Human health and social work activities
  • Information and communication
  • Manufacturing
  • Mining and quarrying
  • Other service activities
  • Professional, scientific and technical activities
  • Public administration and defence; compulsory social security
  • Real estate activities
  • Transportation and storage
  • Water supply, sewerage, waste management and remediation activities
  • Wholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles

Ċaħda

L-artikoli huma maħsuba biex jipprovdu lill-utenti tal-portal tal-EURES b'informazzjoni dwar suġġetti u xejriet kurrenti u biex jistimulaw id-diskussjoni u d-dibattitu. Il-kontenut tagħhom mhux bilfors jirrifletti l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA) jew tal-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, EURES u ELA ma japprovawx websajts ta' partijiet terzi msemmija hawn fuq.