Mur għall-kontenut ewlieni
EURES (EURopean Employment Services)
Artiklu tal-aħbarijiet7 Ġunju 2017L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni4 min qari

L-aktar gwida importanti għan-netwerking

In-netwerking huwa dwar il-bini ta’ relazzjonijiet, li ismek isir magħruf u li jkollok aċċess għal opportunitajiet li inti jaf ma kontx tiltaqa’ magħhom waqt tfittxija standard għal impjieg onlajn. Hemm ħafna fuq xiex taħseb, b’mod partikolari meta attwalment tattendi għal avveniment tan-netwerking, għalhekk aħna qsamna l-proċess fi tliet passi ewlenin biex jgħinuk tipprepara, tuża ħinek b’mod għaqli u tieħu l-aħjar li tista’ mill-esperjenza.

The ultimate guide to networking

Pass 1: Qabel l-avveniment ta’ netwerking

Sib l-avveniment tajjeb għalik

Hemm ħafna avvenimenti ta’ netwerking hemm barra u ħafna minnhom se jkunu mfassla għal suġġetti, industriji jew pajjiżi speċifiċi. Kun żgur li tagħżel wieħed li japplika għalik u li jinteressak ukoll, biex b’hekk tkun tista’ taqsam ħsibijietek man-nies li tiltaqa’ magħhom. Is-sit web “European Job Days” (Jiem l-Impjiegi Ewropej) huwa punt tat-tluq tajjeb jekk trid tkun taf x’avvenimenti jmiss.

Ipprepara l-kelmtejn konvinċenti tiegħek li se “jelevawk”

Filwaqt li n-netwerking mhuwiex biss dwar il-bejgħ tiegħek innifsek, tista’ tkun idea tajba li tipprepara kelmtejn konviċenti fil-qosor dwar min inti u x’tista’ toffri lil impjegatur potenzjali. Iffoka fuq il-ħiliet u l-esperjenza rilevanti, iżda wkoll fuq dak li jagħmlek tispikka mill-kotra.

Kun żgur li l-profil ta’ LinkedIn tiegħek ikun aġġornat

Jekk in-nies li tiltaqa’ magħhom iridu jsiru jafu aktar dwarek, LinkedIn huwa probabbilment l-ewwel post fejn se jmorru jfittxu. Li żżomm il-profil tiegħek aġġornat se jgħin biex jiġi żgurat li tagħmel l-aħjar impressjoni possibbli u li turi b’mod sħiħ il-ħiliet u l-esperjenza tiegħek.

Iċċekkja l-lista tal-kellliema u tal-parteċipanti (jekk tista’)

Li tkun taf min iżjed se jkun qed jattendi għall-avveniment jista’ jgħinek tippjana kif se tqatta’ ħinek minn qabel. Tista’ tidentifika persuni speċifiċi li tixtieq tkellem jew sessjonijiet speċifiċi li tixtieq tattendi, fejn dan se jgħinek tiżgura li kemm jista’ jkun tieħu l-massimu mill-avveniment.

Pass 2: Waqt l-avveniment ta’ netwerking

Involvi ruħek

In-netwerking jista' jkun għadma iebsa, iżda meta tqis il-gwadanji, ta' min wieħed jirriskja, għalhekk taqtax qalbek! Kun żgur li titkellem man-nies u tibda tiżviluppa dawk il-konnessjonijiet siewja li fuq kollox huma r-raġuni għalfejn qiegħed fl-avveniment. Jekk l-avveniment għandu hashtag dedikat, mela allura li tinvolvi ruħek permezz tal-midja soċjali jista’ wkoll ikun mod tajjeb ħafna ta’ kif tinvolvi ruħek man-nies ta’ madwarek.

Aqbad diskursata

Tista’ jew tkun taf in-nies li qed tavviċina jew inkella ma tkunx. F’kull każ, mod tajjeb ta’ kif taqbad diskursata jista’ jkun li tistaqsihom dwar ix-xogħol jew il-kumpanija tagħhom, u taqsam l-interess tiegħek f'dak li jagħmlu. Filwaqt li ovvjament f’xi ħin inti tkun trid taqsam magħhom l-isfond u l-ħiliet tiegħek stess, tkun idea tajba li tevita li taqbad u tmur mal-ewwel għall-kelmtejn konvinċenti tiegħek li se “jevalwawk” peress li xi nies jistgħu jiddejqu b'dan.

Staqsi għal - u qassam - kards tan-negozju

Filwaqt li xi nies jistgħu joffrulek il-kards tan-negozju tagħhom direttament, oħrajn jistgħu ma jagħmlux dan, għalhekk tibżax tistaqsi għal waħda, speċjalment jekk ikun xi ħadd li verament jinteressak. Li jkollok l-informazzjoni ta’ kuntatt tagħhom huwa parti vitali tas-segwitu ta’ wara l-avveniment.

Bl-istess mod, kun żgur li tqassam dik tiegħek stess sabiex huma jkollhom l-informazzjoni ta’ kuntatt tiegħek u tfakkira prattika ta’ min inti!

Pass 3: Wara l-avveniment ta’ netwerking

Segwitu

Dan huwa probabbilment l-aktar punt importanti minnhom kollha - jekk ma tagħmilx segwitu għall-kuntatti li tkun għamilt, allura l-isforz kollu li tkun għamilt biex tattendi l-avveniment u tagħmel il-konnessjonijiet jista’ jisfa fix-xejn. Għamel użu tajjeb mill-kards tan-negozju li tkun ġbart u żomm il-konverżazzjoni għaddejja!

Għamel konnessjonijiet fuq LinkedIn

LinkedIn huwa netwerk enormi onlajn u huwa wkoll wieħed mill-hubs tal-internet ewlenin ta’ reklutaġġ. Permezz tal-konnessjoni li tagħmel man-nies li tkun iltqajt magħhom, inti tkun tista’ turi l-interess tiegħek fihom u fix-xogħol tagħhom, filwaqt li tilqa’ l-kuntatti tagħhom fin-netwerk tiegħek stess. Ta’ min ukoll tibgħatilhom messaġġ personalizzat relatat mal-avveniment, biex tgħinhom jidentifikaw minn fejn jafuk u biex tiskatta kontinwazzjoni tal-konversazzjoni tiegħek.

Jekk għandek xi dubji dwar x’inhuma l-benefiċċji tan-netwerking, allura kun żgur li tagħti titwila lil “What can networking do for me?” (X’jista’ jagħmel għalija n-netwerking?) U jekk in-netwerking tiegħek wasslek għal intervista, allura huwa tajjeb ħafna li taqra “5 tips for acing your interview” (5 suġġerimenti sabiex l-intervista tiegħek tkun eċċellenti).

 

Aqra aktar:

Jiem l-Impjiegi Ewropej

Drop’pin@EURES

Sib Konsulent tal-EURES

Kundizzjonijiet tax-xogħol u l-għajxien fil-pajjiżi tal-EURES

Il-Bażi ta' Data tal-Impjiegi tal-EURES

Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi

Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES

Avvenimenti Onlineli ġejjin

L-EURES fuq Facebook

L-EURES fuq Twitter

L-EURES fuq LinkedIn

L-EURES fuq Google+

Temi
  • Negozju/Intraprenditorija
  • L-aħjar prattika tal-EURES
  • Xejriet ta' reklutaġġ
  • Żgħażagħ
Sezzjoni(jiet) relatati
Settur
  • Accomodation and food service activities
  • Activities of extraterritorial organisations and bodies
  • Activities of households as employers, undifferentiated goods- and services
  • Administrative and support service activities
  • Agriculture, forestry and fishing
  • Arts, entertainment and recreation
  • Construction
  • Education
  • Electricity, gas, steam and air conditioning supply
  • Financial and insurance activities
  • Human health and social work activities
  • Information and communication
  • Manufacturing
  • Mining and quarrying
  • Other service activities
  • Professional, scientific and technical activities
  • Public administration and defence; compulsory social security
  • Real estate activities
  • Transportation and storage
  • Water supply, sewerage, waste management and remediation activities
  • Wholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles

Ċaħda

L-artikoli huma maħsuba biex jipprovdu lill-utenti tal-portal tal-EURES b'informazzjoni dwar suġġetti u xejriet kurrenti u biex jistimulaw id-diskussjoni u d-dibattitu. Il-kontenut tagħhom mhux bilfors jirrifletti l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA) jew tal-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, EURES u ELA ma japprovawx websajts ta' partijiet terzi msemmija hawn fuq.