Mur għall-kontenut ewlieni
EURES (EURopean Employment Services)
Artiklu tal-aħbarijiet16 Frar 2017L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni2 min qari

Minn trainee għal impjegat – Il-Garanzija għaż-Żgħażagħ tgħin lil mara żagħżugħa Bulgara ssib impjieg fil-qasam tagħha

Wara 10 snin tistudja l-ekonomija, Theodora Dobreva stenniet li ssib impjieg relatat direttament mal-lawrja tagħha. Iżda wara li ggradwat bi grad ta’ baċellerat fl-ekonomija u l-kontroll finanzjarju, iż-żewġ offerti ta’ mpjieg li rċeviet ma kellhomx x’jaqsmu mal-qasam ta’ studju tagħha.

From trainee to employee – Youth Guarantee helps young Bulgarian woman find work in her field
EC

Meta kollega ssuġġerixxa l-iskema ta’ Garanzija għaż-Żgħażagħ, Theodora ddeċidiet li kien jaqblilha tirrifjuta ż-żewġ offerti ta’ xogħol biex b’hekk tikseb xi esperjenza prattika fil-qasam magħżul tagħha. “Għall-bidu kont xettika, iżda meta tgħallimt aktar dwar il-programm kont pjaċevolment sorpriża għaliex kien jgħaqqad lil dawk li qed ifittxu mpjieg ma’ dawk li qed joffruh,” spjegat Theodora.

Theodora bdiet traineeship ta’ sitt xhur f’ditta tal-kontabilità lokali. Hi kienet xi ftit inkwetata dwar jekk hijiex se ssib impjieg simili wara t-tmiem tat-traineeship tagħha, għalhekk kienet kuntenta ħafna meta l-maniġer tagħha sejħilha biex jiddiskutu l-futur tagħha. “Wara li tkellimt mal-maniġer tiegħi, it-tnejn li aħna ddeċidejna li jkun ta’ ġid għalija jekk nibda naħdem b’kuntratt ta’ impjieg permanenti,” qalet hi.

Mingħajr l-iskema ta’ Garanzija għaż-Żgħażagħ, Theodora mhix ċerta x’kien se jsir minnha. Iżda bis-saħħa tal-programm, hi mhux biss kisbet impjieg full-time fil-qasam mixtieq tagħha; iżda hi tgħid li dan għenha wkoll ssir aktar indipendenti u responsabbli. “Personalment, jien kuntenta ħafna li kelli l-opportunità nieħu sehem f’din l-iskema.” kompliet tgħid hi.

X’inhi l-Garanzija għaż-Żgħażagħ?

Il-Garanzija għaż-Żgħażagħ toffri approċċ ġdid għat-tnaqqis tal-livell ta’ qgħad fost iż-żgħażagħ billi tiżgura li l-persuni żgħażagħ kollha taħt il-25 sena jiksbu offerta ta’ kwalità tajba u konkreta ta’ impjieg, apprendistat, traineesip jew tkomplija tal-edukazzjoni. L-iskema teħtieġ li dan jiġi ppreżentat fi żmien 4 xhur minn wara li l-persuna żagħżugħa titlaq mill-edukazzjoni formali jew tispiċċa bla mpjieg. Mistoqsijiet frekwenti dwar il-Garanzija għaż-Żgħażagħ jistgħu jinstabu hawn.

 

Links rilevanti

Garanzija għaż-Żgħażagħ u Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ – Vidjo

Mistoqsijiet u Tweġibiet tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ

L-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ

 

Aqra aktar:

Sib Konsulent tal-EURES

Kundizzjonijiet ta' għajxien u xogħol fil-pajjiżi tal-EURES

Il-Bażi ta' Data tal-Impjiegi tal-EURES

Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi

Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES

Avveniment Online li jmiss

EURES fuq Facebook

EURES fuq Twitter

EURES fuq LinkedIn

EURES fuq Google+

Temi
  • Kaxxa tal-għodda tal-UE għall-mobilità
  • L-aħjar prattika tal-EURES
  • Stejjer ta' suċċess
  • Żgħażagħ
Sezzjoni(jiet) relatati
Settur
  • Accomodation and food service activities
  • Activities of extraterritorial organisations and bodies
  • Activities of households as employers, undifferentiated goods- and services
  • Administrative and support service activities
  • Agriculture, forestry and fishing
  • Arts, entertainment and recreation
  • Construction
  • Education
  • Electricity, gas, steam and air conditioning supply
  • Financial and insurance activities
  • Human health and social work activities
  • Information and communication
  • Manufacturing
  • Mining and quarrying
  • Other service activities
  • Professional, scientific and technical activities
  • Public administration and defence; compulsory social security
  • Real estate activities
  • Transportation and storage
  • Water supply, sewerage, waste management and remediation activities
  • Wholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles

Ċaħda

L-artikoli huma maħsuba biex jipprovdu lill-utenti tal-portal tal-EURES b'informazzjoni dwar suġġetti u xejriet kurrenti u biex jistimulaw id-diskussjoni u d-dibattitu. Il-kontenut tagħhom mhux bilfors jirrifletti l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA) jew tal-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, EURES u ELA ma japprovawx websajts ta' partijiet terzi msemmija hawn fuq.