Mur għall-kontenut ewlieni
EURES (EURopean Employment Services)
Artiklu tal-aħbarijiet2 Mejju 2018L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni4 min qari

Il-ħiliet tal-ICT l-aktar mitluba mill-kumpaniji llum

Il-kompetittività, l-innovazzjoni u l-ħolqien tal-impjiegi fl-Ewropa huma xprunati dejjem iżjed bl-użu ta’ teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni (ICT) ġodda.Liema ħiliet tal-ICT huma l-aktar meħtieġa llum, u fejn?

The top ICT skills in demand by companies today
Shutterstock

F’ambjent li qiegħed jevolvi l-ħin kollu, il-kumpaniji u s-servizzi pubbliċi jeħtieġ li jinvestu aktar f’teknoloġiji diġitali avvanzati bħal pereżempju l-komunikazzjonijiet mobbli, il-cloud computing, l-analitika tal-big data u l-apparat intelliġenti. Id-domanda għal professjonisti fit-teknoloġija diġitali żdiedet b’4 % fis-sena fl-aħħar 10 snin, skont dokument mill-Kummissjoni Ewropea.

Il-politiki tal-UE taw aktar attenzjoni lill-ħiliet tal-ICT fl-aħħar snin, b’mod partikolari lill-impjiegi ta’ speċjalisti tal-ICT. L-istrateġija għal Suq Uniku Diġitali aġġornata reċentement tenfasizza l-ħtieġa għal politiki mfassla biex itejbu l-istabilità fis-swieq tax-xogħol Ewropej u jtejbu l-pożizzjoni kompetittiva tal-UE. Għalhekk, din hija r-raġuni għaliex il-monitoraġġ tal-impjiegi tal-ispeċjalisti tal-ICT huwa kruċjali, kif ġie nnutat f’artikolu tal-Eurostat. Pereżempju, l-adozzjoni ta’ “cloud computing” għandha l-potenzjal li tiġġenera madwar 2.5 miljun impjieg sal-2020, skont studju mħejji għad-DĠ Netwerks tal-Komunikazzjonijiet, Kontenut u Teknoloġija tal-Kummissjoni Ewropea. Il-cloud computing jinvolvi l-ħżin u l-aċċess tad-data u programmi minn fuq l-Internet minflok minn diska riġida proprjetarja jew apparat għal ħżin lokali.

Skont data tal-Eurostat, madwar 8 miljun persuna kienu impjegati bħala speċjalisti fl-ICT fl-2015, li jirrappreżentaw 3.5 % tal-impjiegi totali fl-UE. Matul dawn l-aħħar snin, kemm in-numru kif ukoll is-sehem tal-ispeċjalisti tal-ICT fl-impjiegi totali żdiedu b’mod kontinwu. Ir-Rapport tal-2017 dwar il-Progress Diġitali tal-Ewropa wera li s-sehem tal-impjiegi tal-ICT fl-impjiegi totali żdied b’35 % bejn l-2005 u l-2015.

Madankollu, il-kumpaniji fl-Ewropa kollha qed jitħabtu biex isibu l-ispeċjalisti tal-ICT it-tajbin biex jappoġġjawhom. Fl-istess rapport dwar il-progress diġitali msemmi hawn fuq, il-Kummissjoni bassret li d-differenza bejn id-domanda u l-provvista ta’ speċjalisti tal-ICT se tikber minn 373 000 fl-2005 għal madwar 500 000 sal-2020. Din id-differenza hija l-oriġini ta’ dik li tissejjaħ id-differenza fil-ħiliet diġitali.

L-indirizzar tan-nuqqasijiet fil-ħiliet tal-ICT

Bħala parti mill-Aġenda Ġdida għall-Ħiliet għall-Ewropa biex jiġi żgurat li jkunu disponibbli t-taħriġ, il-ħiliet u l-appoġġ it-tajbin għaċ-ċittadini tal-UE, il-Kummissjoni fl-2016 nediet il-Koalizzjoni għall-Ħiliet u l-Impjiegi Diġitali. Il-koalizzjoni tappoġġja l-kooperazzjoni bejn il-partijiet ikkonċernati fl-edukazzjoni, l-impjiegi u fl-industrija bil-għan li jittejbu l-ħiliet diġitali kemm tal-professjonisti tal-ICT kif ukoll tal-popolazzjoni ġenerali.

Il-koalizzjoni tappoġġja wkoll l-inizjattiva tat-traineeships għal Opportunità Diġitali. Ospitata fuq Drop’pin@EURES, din l-inizjattiva għandha l-għan li ssaħħaħ il-ħiliet diġitali billi tipprovdi traineeships transkonfinali għal massimu ta’ 6,000 student u gradwat reċenti mill-2018-2020.

X’inhuma l-ħiliet il-ġodda li qed jintalbu l-aktar għall-ICT?

Skont dokument minn DIGITALEUROPE, l-assoċjazzjoni li tirrappreżenta l-industrija tal-ICT fl-Ewropa, dawn l-oqsma jinkludu:

  • Is-Sigurtà Diġitali;
  • In-Netwerks tan-Negozji;
  • L-Analitiki tal-Big Data;
  • L-Internet tal-Oġġetti;
  • It-Teknoloġiji Mobbli;
  • Il-Cloud Computing;
  • Il-Ġestjoni tat-Tibdil fin-Negozju;
  • Il-Bażi ta’ Data InMemory;
  • Servizz ta’ Prodott Integrat;
  • It-Teknoloġiji tal-Grilja Intelliġenti jew ta’ Interfaċċi Ġodda.

Rapport ieħor, The Harvey Nash/KPMG CIO Survey 2017, sab li l-big data/l-analitika, l-analiżi tan-negozju u l-arkitettura tal-intrapriża huma l-ħiliet tal-ICT l-iktar mitluba. Ir-rapport qal: “Filwaqt li d-domanda li qed tikber bl-aktar rata mgħaġġla għal ħila tat-teknoloġija din is-sena [2017] kienet l-arkitettura tal-intrapriża, il-big data/l-analitika baqgħet l-ħill-iktar mitluba bi 42 %, 8 % aktar mis-sena li għaddiet.”

Hotspots tal-impjiegi tal-ICT fl-Ewropa

Skont ir-Rapport tal-2017 dwar il-Progress Diġitali ta-Ewropa, l-Istati Membri kollha tal-UE raw żieda importanti fl-impjiegi ta’ speċjalisti tal-ICT bejn l-2005 u l-2015. L-akbar żidiet seħħew fil-Ġermanja, fi Franza, fir-Renju Unit u fl-Italja. L-istess rapport juri li fl-2015, l-Istati Membri bl-akbar ishma ta’ speċjalisti tal-ICT fl-impjiegi totali kienu l-Finlandja (6.5 %), l-Iżvezja (6.1 %), in-Netherlands u r-Renju Unit (it-tnejn 5 %).

Ir-Renju Unit jimpjega l-akbar numru ta’ speċjalisti tal-ICT (1.54 miljun fl-2015), għalkemm il-Ġermanja (1.47 miljun) kważi rduppjat l-impjiegi tal-ICT tagħha matul l-aħħar deċennju.

 

Links relatati:

DIGITALEUROPE u l-istrateġija tal-KE dwar il-ħiliet 2016

Strateġija għal Suq Uniku Diġitali

Artikolu tal-Eurostat

Studju mħejji għad-DĠ Netwerks tal-Komunikazzjonijiet, Kontenut u Teknoloġija tal-Kummissjoni Ewropea

Data tal-Eurostat

Rapport tal-2017 dwar il-Progress Diġitali tal-Ewropa

Aġenda Ġdida għall-Ħiliet għall-Ewropa

Dokument minn DIGITALEUROPE

The Harvey Nash/KPMG CIO Survey 2017

 

Aqra aktar:

Sib Persunal ta’ EURES

Kundizzjonijiet tax-xogħol u l-għajxien fil-pajjiżi tal-EURES

Il-Bażi tad-Data tal-Impjiegi tal-EURES

Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi

Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES

Avvenimenti Online li ġejjin

L-EURES fuq Facebook

L-EURES fuq Twitter

L-EURES fuq LinkedIn

Temi
  • Negozju/Intraprenditorija
  • Partijiet interessati esterni
  • Ideat u Suġġerimenti
  • Aħbarijiet dwar is-suq tax-xogħol/aħbarijiet dwar il-mobilità
  • Aħbarijiet/rapporti/statistika
  • Xejriet ta' reklutaġġ
  • Żgħażagħ
Sezzjoni(jiet) relatati
Settur
  • Accomodation and food service activities
  • Activities of extraterritorial organisations and bodies
  • Activities of households as employers, undifferentiated goods- and services
  • Administrative and support service activities
  • Agriculture, forestry and fishing
  • Arts, entertainment and recreation
  • Construction
  • Education
  • Electricity, gas, steam and air conditioning supply
  • Financial and insurance activities
  • Human health and social work activities
  • Information and communication
  • Manufacturing
  • Mining and quarrying
  • Other service activities
  • Professional, scientific and technical activities
  • Public administration and defence; compulsory social security
  • Real estate activities
  • Transportation and storage
  • Water supply, sewerage, waste management and remediation activities
  • Wholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles

Ċaħda

L-artikoli huma maħsuba biex jipprovdu lill-utenti tal-portal tal-EURES b'informazzjoni dwar suġġetti u xejriet kurrenti u biex jistimulaw id-diskussjoni u d-dibattitu. Il-kontenut tagħhom mhux bilfors jirrifletti l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA) jew tal-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, EURES u ELA ma japprovawx websajts ta' partijiet terzi msemmija hawn fuq.