Mur għall-kontenut ewlieni
EURES (EURopean Employment Services)
Artiklu tal-aħbarijiet25 Novembru 2021L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni3 min qari

L-4 pariri l-aktar utli għal dawk li qed ifittxu impjieg dwar il-bini ta’ preżenza online nadifa u professjonali

Illum, aktar minn qatt qabel, huwa komuni għall-impjegaturi u għall-persuni li jirreklutaw li jfittxu rekluti potenzjali online. Hawnhekk fl-EURES, ħloqna xi suġġerimenti biex ngħinuk tibni u żżomm preżenza online nadifa u professjonali biex turi ruħek fl-aħjar dawl “virtwali”.

 

Top 4 tips for jobseekers on building a clean and professional online presence
Unsplash

Ħafna kumpaniji u aġenti tar-riżorsi umani jammettu li qabel ma jikkunsidraw li jistiednu applikant għal intervista ta’ impjieg, spiss ifittxu lill-persuna online biex isibu xi “sinjali ta’ twissija”, bħal attività problematika online jew posts pubbliċi li mhumiex konformi mal-valuri tal-kumpanija. Dan ifisser li profil mhux imħassar jew pubblikazzjoni minn ħames snin ilu, li ma għadhomx jirriflettu l-fehmiet tiegħek, jistgħu jżommuk lura milli tikseb l-impjieg tal-ħolm tiegħek. Min-naħa l-oħra, preżenza online ristretta tista’ tkun fattur deċiżiv biex tiġi mistieden għal intervista.

Iċċekkja l-konfigurazzjonijiet tal-privatezza tiegħek

Waħda mill-ewwel affarijiet li għandek tagħmel hija li tagħmel lista tas-siti web u tal-kanali tal-midja soċjali kollha fejn għandek kont privat. Imbagħad, tista’ tivverifika l-konfigurazzjonijiet tal-privatezza għal kull kont u tiżgura li r-ritratti, il-posts u l-attività tiegħek ma jkunux viżibbli għall-pubbliku. Fil-każ ta' Facebook jew Twitter, pereżempju, tista’ tagħmel il-posts tiegħek viżibbli biss għal persuni li jinsabu fil-lista tal-ħbieb tiegħek. Xi pjattaformi joffrulek l-għażla li tara l-profil tiegħek bħala utent estern. Dan jgħinek tidentifika kwalunkwe attività pubblika jew informazzjoni li tista’ tkun trid tagħmel privata.

Jekk hemm xi profili professjonali tal-midja soċjali li tixtieq iżżomm pubbliċi (pereżempju l-kont tal-LinkedIn tiegħek), kun ċert/a li l-informazzjoni fil-kont tiegħek tkun aġġornata u tkun kuntent/a bil-posts u bl-attività tiegħek fuq din il-pjattaforma.

Ħassar kwalunkwe posts problematiċi

Sib il-ħin biex tiċċekja l-attività tiegħek fil-kontijiet tiegħek tal-midja soċjali u fi profili oħra online u neħħi kwalunkwe informazzjoni li tista’ titqies bħala problematika minn impjegaturi potenzjali. Pereżempju, dan jista’ jinkludi attività pubblika online li jkun fiha kontenut kontroversjali jew espliċitu. Waqt li tkun qed tiċċekja l-attività u l-posts passati tiegħek, aħseb dwar kif dawn ikunu perċepiti minn impjegatur potenzjali. Jekk ikun hemm dubju, ikun aħjar li tneħħi/tħassar il-post jew li tagħmlu privat.

Irrevedi kwalunkwe siti web personali/professjonali li għandek

Jekk għandek sit web privat għall-passatempi tiegħek, pereżempju, aħseb dwar jekk tixtieqx li dan jikkollega ma’ ismek jew mal-indirizz tal-posta elettronika tiegħek. Jekk għandek sit web professjonali biex turi l-portafoll jew is-servizzi tiegħek, kun ċert/a li tkun kuntent/a bl-informazzjoni ppreżentata hemmhekk u li din tkun aġġornata. F’każ li għandek xi siti web antiki li m’għadekx taġġorna, ikkunsidra li tarkivjahom jekk ikun aktar faċli.

Fittex ismek u l-indirizz tal-posta elettronika tiegħek online

Dan huwa wieħed mill-aktar modi komuni li bihom l-impjegaturi l-ewwel ma jfittxuk. Fittex ismek bejn il-parentesi (eż. “ John Smith”) u agħmel tfittxija separata għall-indirizz elettroniku tiegħek. Iċċekkja l-ewwel ftit paġni tar-riżultati tat-tiftix u ċċekkja jekk intix kuntent/a b’dak li qed tara. Kun ċert/a li tiċċekkja wkoll x’immaġni huma relatati ma’ dak li qed tfittex. Jekk ikun meħtieġ, applika s-suġġerimenti ta’ hawn fuq biex tneħħi dawn ir-riżultati tat-tiftix. Innota li xi siti web jistgħu jitolbuk tikkuntattja lill-amministratur tagħhom u titlobhom biex ineħħu kwalunkwe informazzjoni dwarek. Riżultati tat-tiftix dwar ismek jew l-indirizz tal-posta elettronika tiegħek ma jaġġornawx immedjatament wara l-bidliet tiegħek, u għalhekk żomm dan f’moħħok.

Iċċekkja dawn il-mistoqsijiet ewlenin li kull persuna li tfittex ix-xogħol għandha tistaqsi waqt l-intervisti.

 

Links relatati:

L-aqwa 8 mistoqsijiet dwar il-COVID-19 li kull persuna li qed tfittex impjieg għandha tistaqsi waqt l-intervisti

 

Aqra aktar:

Il-Jiem Ewropej tal-Impjiegi

Sib Konsulenti tal-EURES

Kondizzjonijiet tal-għajxien u tax-xogħolfil-pajjiżi tal-EURES

Il-Bażi ta’ Data tal-Impjiegital-EURES

Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi

Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES

Avvenimenti Onlineli ġejjin

L-EURES fuq Facebook

L-EURES fuq Twitter

L-EURES fuq LinkedIn

Temi
  • Xejriet ta' reklutaġġ
Settur
  • Accomodation and food service activities
  • Activities of extraterritorial organisations and bodies
  • Activities of households as employers, undifferentiated goods- and services
  • Administrative and support service activities
  • Agriculture, forestry and fishing
  • Arts, entertainment and recreation
  • Construction
  • Education
  • Electricity, gas, steam and air conditioning supply
  • Financial and insurance activities
  • Human health and social work activities
  • Information and communication
  • Manufacturing
  • Mining and quarrying
  • Other service activities
  • Professional, scientific and technical activities
  • Public administration and defence; compulsory social security
  • Real estate activities
  • Transportation and storage
  • Water supply, sewerage, waste management and remediation activities
  • Wholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles

Ċaħda

L-artikoli huma maħsuba biex jipprovdu lill-utenti tal-portal tal-EURES b'informazzjoni dwar suġġetti u xejriet kurrenti u biex jistimulaw id-diskussjoni u d-dibattitu. Il-kontenut tagħhom mhux bilfors jirrifletti l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA) jew tal-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, EURES u ELA ma japprovawx websajts ta' partijiet terzi msemmija hawn fuq.