Mur għall-kontenut ewlieni
EURES (EURopean Employment Services)
Artiklu tal-aħbarijiet26 Ottubru 2022L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni3 min qari

Dawn il-ħiliet diġitali jistgħu jtejbu l-impjegabbiltà tiegħek

Qed ngħixu fi żmien fejn il-ħiliet diġitali saru essenzjali. Għal dawk minnkom li se jibdew il-vjaġġ tal-karriera tagħhom, aħna ħejjejna lista ta’ wħud mill-ħiliet diġitali l-aktar mitluba fis-suq tax-xogħol bħalissa.

These digital skills can improve your employability

Kummerċjalizzazzjoni diġitali

Bl-avvanz tat-teknoloġija u tal-media soċjali, il-biċċa l-kbira tal-kumpaniji m’għadhomx jiddependu biss mill-kummerċjalizzazzjoni klassika. llum il-ġurnata, jekk negozju ma jirreklamax is-servizzi tiegħu b’mod diġitali, dan se jkollu diffikultà biex jiġbed l-attenzjoni tal-klijenti. Hawnhekk jidħlu n-negozjanti diġitali. Il-kummerċjalizzazzjoni diġitali tintuża biex tippromwovi l-prodotti u s-servizzi tal-kumpaniji permezz ta’ reklamar fuq il-media soċjali, l-ottimizzazzjoni tal-magni tat-tiftix, l-għodod analitiċi, il-kampanji bl-email u aktar.

Analitika tad-data

Il-kumpaniji jiġbru ammonti kbar ta’ data siewja mingħand il-klijenti tagħhom. Huma jeħtieġu lil xi ħadd li jista’ jinterpreta din id-data, sabiex ikunu jistgħu jifhmu aħjar lill-klijenti tagħhom, itejbu l-prodotti tagħhom u jimmassimizzaw il-bejgħ. Peress li d-data hija parti essenzjali mis-servizzi diġitali kollha, l-analiżi tad-data hija ħila mitluba li se tibqa’.

Ġestjoni ta' proġetti diġitali

Il-ġestjoni ta’ proġetti diġitali hija parti vitali mill-iżvilupp ta’ prodotti u servizzi diġitali. Il-maniġers tal-proġetti diġitali jeħtieġ li jkollhom għarfien komprensiv tal-proċess kollu − mill-ħolqien tal-idea għall-iżvilupp tal-prodott jew tas-servizz finali. Maniġer ta’ proġett diġitali jissorvelja l-proċess kollu, filwaqt li jiżgura li l-iskadenzi kollha jiġu rispettati u l-prodott jew is-servizz ikun konformi mal-istandard mistenni.

Ipprogrammar, żvilupp ta’ web u ta’ app

Għadd dejjem jikber ta’ kumpaniji jeħtieġu żviluppaturi tal-web, peress li l-ikkowdjar huwa kruċjali għall-ħolqien ta’ kwalunkwe prodott teknoloġiku, servizz diġitali jew sit web. Din hi r-raġuni għaliex l-ipprogrammar u l-iżvilupp tal-web/app ta’ spiss jiġu elenkati fuq LinkedIn bħala wħud mill-ħiliet l-aktar mitluba.

Media soċjali

Ħafna kumpaniji rrejalizzaw li jeħtieġ li jkollhom preżenza professjonali fuq il-media soċjali. Maniġer tal-media soċjali jiżgura li l-prodotti u l-attivitajiet tal-kumpanija jkunu rappreżentati b’mod effettiv fuq il-media soċjali. Jekk jagħmlu x-xogħol tagħhom sew, jistgħu saħansitra jwessgħu l-bażi tal-klijenti u l-bejgħ tal-kumpanija.

Produzzjoni ta’ vidjo

Matul dawn l-aħħar ftit snin, ħafna mill-media soċjali ewlenija bdiet tiffavorixxi l-kontenut ta’ vidjo minflok immaġnijiet u test. Il-kontenut ta’ vidjo huwa aktar faċli biex jiġi kkunsmat u huwa aktar divertenti, u jappella għall-gruppi tal-etajiet kollha. Ħafna kumpaniji qed jirreklutaw persuni b’ħiliet ta’ produzzjoni ta’ vidjo biex jgħinuhom jippromwovu l-prodotti tagħhom, u jipprovdu tutorials lill-klijenti jew taħriġ lill-persunal.

Disinn ta’ web

Id-disinjaturi tal-web jiżguraw li l-prodotti tal-web u s-siti web ma jkunux biss funzjonali, iżda jidhru wkoll tajbin u faċli għall-utent. Dan huwa aspett importanti għas-suċċess ta’ kwalunkwe kumpanija tat-teknoloġija. Kwalunkwe kumpanija li trid li l-preżenza tagħha fuq il-web tidher issimplifikata u professjonali se tkun teħtieġ persuni b’ħiliet tajbin fid-disinn tal-web.

L-EURES jista’ jgħinek

Jekk tixtieq titgħallem ħila ġdida iżda m’intix ċert minn fejn tibda, iċċekkja l-artiklu tagħna L-aqwa 6 pjattaformi bla ħlas għal korsijiet online. Tista’ wkoll tikkuntattja lill-Konsulenti tagħna tal-EURES li jistgħu jgħinuk tidentifika l-karatteristiċi b’saħħithom u l-interessi tiegħek, u se jappoġġawk fit-tiftix u fl-applikazzjoni għal impjiegi.

Sib Konsulent tal-EURES fir-reġjun tiegħek jew ikkuntattja lill-Konsulent lokali tal-EUREStiegħek permezz taċ-chat.

Fi sħubija mal-EURES, il-Portal Ewropew dwar il-Mobilità fix-Xogħol.

 

Links relatati:

Iċċettja mal-Konsulenti tal-EURES

Fittex Konsulenti tal-EURES

Il-ħiliet tekniċi u personali l-aktar mitluba tal-2020

L-aqwa 6 pjattaformi bla ħlas għal korsijiet online

 

Aqra aktar:

Il-Jiem tal-Impjiegi Ewropej

Sib Konsulenti tal-EURES

Kundizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol fil-pajjiżi tal-EURES

Il-Bażi tad-data tal-Impjiegi tal-EURES

Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi

Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES

Avvenimenti Online li ġejjin

L-EURES fuq Facebook

L-EURES fuq Twitter

L-EURES fuq LinkedIn

Temi
  • Ideat u Suġġerimenti
  • Xejriet ta' reklutaġġ
  • Żgħażagħ
Sezzjoni(jiet) relatati
Settur
  • Accomodation and food service activities
  • Activities of extraterritorial organisations and bodies
  • Activities of households as employers, undifferentiated goods- and services
  • Administrative and support service activities
  • Agriculture, forestry and fishing
  • Arts, entertainment and recreation
  • Construction
  • Education
  • Electricity, gas, steam and air conditioning supply
  • Financial and insurance activities
  • Human health and social work activities
  • Information and communication
  • Manufacturing
  • Mining and quarrying
  • Other service activities
  • Professional, scientific and technical activities
  • Public administration and defence; compulsory social security
  • Real estate activities
  • Transportation and storage
  • Water supply, sewerage, waste management and remediation activities
  • Wholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles

Ċaħda

L-artikoli huma maħsuba biex jipprovdu lill-utenti tal-portal tal-EURES b'informazzjoni dwar suġġetti u xejriet kurrenti u biex jistimulaw id-diskussjoni u d-dibattitu. Il-kontenut tagħhom mhux bilfors jirrifletti l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA) jew tal-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, EURES u ELA ma japprovawx websajts ta' partijiet terzi msemmija hawn fuq.