Skip to main content
Logo tal-Kummissjoni Ewropea
EURES
Artiklu tal-aħbarijiet19 Ġunju 2017L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni

L-Iżvezja tistieden lill-ispeċjalisti tas-saħħa Griegi biex jiċċaqilqu lejn it-Tramuntana

Kunċett ta' impjieg ta' suċċess qed iħeġġeġ lill-ħaddiema tal-kura tas-saħħa biex jagħżlu l-Iżvezja minflok il-Greċja. Il-Ġimgħa Żvediża biannwali ssir f'Ateni u f'Thessaloniki, fejn l-aħħar edizzjoni seħħet ix-xahar li għadda, u l-kooperazzjoni bejn iż-żewġ pajjiżi tmur lura għal bosta snin.

Sweden invites Greek health specialists to move north
EURES Sweden

"Il-Greċja tiffavorixxi ħafna lill-Iżvezja", tispjega Mia Myrgren, Konsulent tal-EURES responsabbli għall-Greċja u waħda minn seba' membri fil-grupp tas-Saħħa Żvediż.

"Matul is-snin kien hemm ħafna kooperazzjoni bejn iż-żewġ gvernijiet tagħna, speċjalment fis-sittinijiet u fis-sebgħinijiet meta ħafna Griegi ġew hawn biex jaħdmu. Dan huwa wieħed mill-ftit pajjiżi fl-Ewropa fejn inti tista' tagħmilha ta' reklutatur u tistenna li tirċievi CVs minn applikanti li diġà jitkellmu bl-Iżvediż."

Minħabba dawn ir-rabtiet storiċi, bosta nies fil-Greċja jagħżlu li jistudjaw l-Iżvediż u huma lesti li jqisu l-possibbiltà li jiċċaqilqu lejn it-Tramuntana. EURES Żvezja ilu jorganizza l-Jum Ewropew għall-Impjiegi Konġunt bejn l-Iżvezja u l-Greċja darbtejn fis-sena għal diversi snin.

L-aħħar wieħed sar mit-3 sas-6 ta' April, bl-għan li tobba, infermiera, analisti bijomediċi, fiżjoterapisti, professjonisti fil-qasam tal-IT u esperti fix-xjenza tal-ħajja jsibu impjegaturi korrispondenti fl-Iżvezja kollha.

Myrgren, li hija bbażata f'Malmö, taħdem mal-kunsilli tal-kontea u mar-reġjuni fl-Iżvezja kollha u vvjaġġat lejn il-Greċja flimkien ma' rappreżentanti ta' tliet impjegaturi li jirreklutaw: Region Norrbotten, Närhälsan Västra Götaland u l-isptar privat Stockholms Sjukhem.

Mit-72 applikazzjoni li rċieva EURES, ir-reklutaturi għażlu 31 infermier/a u tobba biex jintervistawhom fuq il-post. Ġew intervistati wkoll 13-il persuna oħra wara li applikaw spontanjament fl-"Open Space" ("Spazju Miftuħ") tal-avveniment. L-impjegaturi issa ser jistiednu lil madwar 10 kandidati fl-Iżvezja għat-tieni stadju tal-għażla.

Is-CVs tal-persuni li applikaw iżda ma ġewx intervistati dakinhar ser jiġu ċċirkolati fost impjegaturi oħrajn fis-settur fix-xhur li ġejjin.

"Is-sena li għaddiet sibna impjieg għal madwar għoxrin tabib/a u infermier/a mill-Greċja fit-Tramuntana tal-Iżvezja," tgħid Myrgren. "B'kollox, sibna impjieg għal sebgħa u sittin tobba u infermier/a fil-pajjiż kollu. Il-Griegi juru interess kbir biex jiġu jaħdmu hawnhekk."

L-awtoritajiet Żvediżi reċentement għamlu regoli aktar stretti dwar il-ħiliet fil-lingwi barranin li persuna għandha turi qabel ma tingħata liċenzja biex tipprattika l-mediċina. Normalment, l-impjegaturi li jirreklutaw kandidati mill-Ġimgħa Żvediża jipprovdulhom taħriġ fil-lingwi f'Ateni u f'Thessaloniki; ladarba jkunu kisbu l-livell B1 jew B2 dawn jiġu impjegati bħala assistenti qabel ma jirċievu liċenzja biex jaħdmu fl-Iżvezja.

 

Links relatati:

3-6 ta' April Jum Ewropew għall-Impjiegi Konġunt bejn l-Iżvezja u l-Greċja għall-professjonisti fil-qasam tal-kura tas-saħħa

L-Għajxien u x-Xogħol fl-Iżvezja

 

Aqra aktar:

Sib Konsulent tal-EURES

Kundizzjonijiet taʼ għajxien u xogħol fil-pajjiżi tal-EURES

Il-Bażi taʼ Data tal-Impjiegi tal-EURES

Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi

Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES

Avveniment Online li jmiss

EURES fuq Facebook

EURES fuq Twitter

EURES fuq LinkedIn

EURES fuq Google+

Temi
L-aħjar prattika tal-EURESPartijiet interessati esterniĠranet tax-Xogħol/AvvenimentiAħbarijiet dwar is-suq tax-xogħol/aħbarijiet dwar il-mobilitàXejriet ta' reklutaġġMidja soċjali
Sezzjoni(jiet) relatati
L-Għajxien u x-Xogħol
Settur
Accomodation and food service activitiesActivities of extraterritorial organisations and bodiesActivities of households as employers, undifferentiated goods- and servicesAdministrative and support service activitiesAgriculture, forestry and fishingArts, entertainment and recreationConstructionEducationElectricity, gas, steam and air conditioning supplyFinancial and insurance activitiesHuman health and social work activitiesInformation and communicationManufacturingMining and quarryingOther service activitiesProfessional, scientific and technical activitiesPublic administration and defence; compulsory social securityReal estate activitiesTransportation and storageWater supply, sewerage, waste management and remediation activitiesWholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles

Ċaħda

L-artikoli huma maħsuba biex jipprovdu lill-utenti tal-portal tal-EURES b'informazzjoni dwar suġġetti u xejriet kurrenti u biex jistimulaw id-diskussjoni u d-dibattitu. Il-kontenut tagħhom mhux bilfors jirrifletti l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA) jew tal-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, EURES u ELA ma japprovawx websajts ta' partijiet terzi msemmija hawn fuq.