Mur għall-kontenut ewlieni
EURES (EURopean Employment Services)
Artiklu tal-aħbarijiet28 Marzu 2017L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni4 min qari

Nistudja, nitħarreġ u naħdem barra – x’għandi bżonn inkun taf?

Waħda mill-aħjar affarijiet dwar li tkun ċittadin tal-UE hija li għandek il-libertà ta’ moviment għal kwalunkwe Stat Membru ieħor għal xogħol jew studju. Huwa prospett attraenti u wieħed li eluf ta żgħażagħ jieħdu vantaġġ minnu kull sena biex iwessgħu l-orizzonti tagħhom. B'dan f'moħħna, ġbarna flimkien il-pariri ewlenin tagħna għal meta tkun qed taħseb biex tieħu d-deċiżjoni u ssegwi opportunità barra l-pajjiż.

Studying, training or working abroad – what do I need to know?

Agħmel ir-riċerka

Lingwa, kultura, reliġjon, twemmin – kull pajjiż fl-UE huwa splendidament uniku, bil-mod tiegħu kif jagħmel l-affarijiet. Ftit riċerka online tista’ tgħinek tikseb għarfien tad-drawwiet ġenerali u tal-etikett tal-pajjiż fil-mira tiegħek u tippreparak għal ħajja barra pajjiżek. Is-servizzi tal-EURES jistgħu jgħinuk issib l-ewwel xogħol tiegħek tal-EURES barra minn pajjiżek, u s-sit web tal-EURES toffri pariri prattiċi għal għajxien u xogħol barra mill-pajjiż f’kull wieħed mill-pajjiżi parteċipanti. Il-programm Erasmus + huwa wkoll metodu mill-aqwa biex issir taf dwar l-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-opportunitajiet ta’ sport fl-UE Xorta se jkun hemm żbalji u nuqqas ta’ ftehim umoristiċi (u ma ġara xejn – ħadd mhu qed jistenniek li tasal bħala espert!), iżda li tipprepara lilek innifsek b’għarfien bażiku għandu jippermettilek li taġġusta ruħek malajr għall-ambjent il-ġdid tiegħek u tħossok li int parti minnu.

Tgħallem il-lingwa

Li titgħallem il-lingwa nattiva tal-pajjiż tista’ tidher bħala biċċa xogħol iebsa – jew forsi mhux bżonnjuża jekk se tkun hemm għal perjodu qasir biss – iżda tista’ wkoll tikseb sensiela sħiħa ta’ benefiċċji, partikolarment jekk qed taħdem mill-viċin ma’ nies oħra. M’għandekx għalfejn tkun fluwenti, iżda li jkollok għarfien tajjeb tal-bażi tiffaċilita l-komunikazzjoni u tista’ wkoll tiftaħ bibien għal opportunitajiet ġodda kemm soċjalment kif ukoll professjonalment.

Egħleb il-biża' tiegħek

Huwa naturali li tħossok anzjuż/a dwar il-bidu ta’ xogħol, apprendistat jew kors ġdid, partikolarment meta dan qed tagħmlu f’ambjent mhux familjari ta’ pajjiż ieħor. M’intix waħdek! Jekk qiegħed l-università, x’aktarx li hemm nies oħrajn fil-kors tiegħek fl-istess sitwazzjoni, kif ukoll appoġġ disponibbli permezz tal-università stess. Bl-istess mod, jekk qiegħed fuq post tax-xogħol, xi wħud mill-kollegi tiegħek jaf kienu fl-istess pożizzjoni tiegħek fil-passat u jistgħu jaqsmu l-benefiċċju tal-esperjenza tagħhom.

Ibbenefika mill-opportunitajiet tiegħek

Ambjent ġdid ifisser opportunitajiet ġodda, mela ħu vantaġġ minnhom! Tgħallem min-nies b’talent madwarek, itlob parir meta għandek bżonn u fittex opportunitajiet biex timxi ‘l quddiem fil-karriera tiegħek. Agħmel użu mill-faċilitajiet ta’ karrieri fl-università tiegħek jew mill-konnessjonijiet disponibbli permezz tal-post tax-xogħol tiegħek. U tinsa qatt tagħmel netwerking. Qatt ma tista' tgħid jekk il-persuna li tibda konverżazzjoni magħha fil-canteen tispiċċax xi impjegatur fil-futur.

Ippakkja b’mod għaqli

Aħseb b'attenzjoni dwar fejn sejjer u x’se jkollok bżonn. Jekk sejjer toqgħod Spanja, x'aktarx li mhux se jkollok bżonn il-kalzetti tas-suf favoriti tiegħek. Bl-istess mod, jekk sejjer toqgħod ir-Renju Unit, tkun idea tajba li tieħu umbrella!

Liema kumditajiet tad-dar familjari ma tistax tgħix mingħajrhom? Isserraħx rasek li se tkun tista’ tixtrihom minn supermarket lokali – xi prodotti se jkunu uniċi għal pajjiżek, jiġifieri kun żgur li toħodhom miegħek.

Qiegħed il-finanzi tiegħek f’ordni

Jekk se tkun barra minn pajjiżek għal aktar minn ftit xhur, x'aktarx hija idea tajba li tiftaħ kont bankarju ġdid fil-pajjiż fil-mira tiegħek sabiex ikollok aċċess faċli għall-fondi. Jew jekk dan mhux possibbli, huwa għaqli li tavża lill-bank ta’ pajjiżek li sejjer toqgħod barra biex ma jaħsbux li d-dettalji tal-kont tiegħek insterqu!

U l-aktar ħaġa importanti fuq kollox... ħu gost!

Iva, qiegħed f’pajjiż ieħor tal-UE biex taħdem, titħarreġ jew tistudja, iżda ma jfissirx li ma tistax tgawdi. Kull pajjiż għandu s-siti uniċi tiegħu biex tara, l-istorja biex tassorbi u l-kultura biex tħaddan. Agħti ftit tal-ħin biex tifhem dan kollu u kun żgur li tirritorna d-dar mingħajr ebda dispjaċir.

Nittamaw li dan l-artiklu kien punt ta’ tluq tajjeb għall-avventuri tiegħek barra l-pajjiż – kulma fadal issa huwa li nixtiqulek ir-risq.

 

Links relatati:

 

Aqra aktar:

Jiem l-Impjiegi Ewropej

Drop’pin@EURES

Sib Konsulent tal-EURES

Il-kundizzjonijiet tax-xogħol u tal-għajxien fil-pajjiżi tal-EURES

Il-Bażi ta' Data tal-Impjiegi tal-EURES

Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi

Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES

Avvenimenti Online li ġejjin

L-EURES fuq Facebook

L-EURES fuq Twitter

L-EURES fuq LinkedIn

L-EURES fuq Google+

Temi
  • Kaxxa tal-għodda tal-UE għall-mobilità
  • Ideat u Suġġerimenti
  • Midja soċjali
  • Żgħażagħ
Sezzjoni(jiet) relatati
Settur
  • Accomodation and food service activities
  • Activities of extraterritorial organisations and bodies
  • Activities of households as employers, undifferentiated goods- and services
  • Administrative and support service activities
  • Agriculture, forestry and fishing
  • Arts, entertainment and recreation
  • Construction
  • Education
  • Electricity, gas, steam and air conditioning supply
  • Financial and insurance activities
  • Human health and social work activities
  • Information and communication
  • Manufacturing
  • Mining and quarrying
  • Other service activities
  • Professional, scientific and technical activities
  • Public administration and defence; compulsory social security
  • Real estate activities
  • Transportation and storage
  • Water supply, sewerage, waste management and remediation activities
  • Wholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles

Ċaħda

L-artikoli huma maħsuba biex jipprovdu lill-utenti tal-portal tal-EURES b'informazzjoni dwar suġġetti u xejriet kurrenti u biex jistimulaw id-diskussjoni u d-dibattitu. Il-kontenut tagħhom mhux bilfors jirrifletti l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA) jew tal-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, EURES u ELA ma japprovawx websajts ta' partijiet terzi msemmija hawn fuq.