Skip to main content
Logo tal-Kummissjoni Ewropea
EURES
Artiklu tal-aħbarijiet12 Diċembru 2018L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni

Intervisti “Speed dating” f’Madrid: Il-EURES Spanja u l-EURES Żvezja jingħaqdu flimkien biex joħolqu opportunitajiet fl-industrija tal-kejtering

Il-EURES Spanja u l-EURES Żvezja ikkollaboraw fuq it-tielet edizzjoni ta’ avveniment innovattiv ta’ “speed dating” għall-industrija tal-kejtering. L-avveniment kien l-aktar wieħed riċenti f’numru ta’ avvenimenti organizzati bħala parti mill-proġett “Chefs fl-Iżvezja”.

‘Speed dating’ interviews in Madrid: EURES Spain and EURES Sweden team up to create opportunities in the catering industry
© Daniel Bellón Serrano, 2018

“Il-proġett dwar ir-reklutaġġ ta’ chefs beda fl-2015 b’tal-anqas żewġ avvenimenti ta’ reklutaġġ fi Spanja kull sena,” spjega Daniel Bellón Serrano, Konsulent tal-EURES Spanja. “Huwa każ ċar ta’ sitwazzjoni tajba għal kull min hu involut: l-Iżvezja għandha settur tal-osterija dejjem jikber u Spanja għandha tradizzjoni twila ta’ tħarriġ ta’ chefs u professjonisti oħra tal-osterija, b’ħafna skejjel professjonali madwar il-pajjiż.”

L-edizzjoni tal-2018 ta’ dan l-avveniment uniku ta’ reklutaġġ seħħet f’Madrid u laqgħet rappreżentanti minn 10 ristoranti Żvediżi (ħamsa fiżikament u ħamsa onlajn) li kienu qegħdin ifittxu chefs biex jimlew postijiet vakanti fil-kumpaniji tagħhom. Niklas Cramer mil-lukanda Falkenberg Strandbad kien qed ifittex chefs għar-ristorant b’veduta tal-baħar tiegħu. “Diġà rreklutajna xi nies minn Spanja u kellna riżultati tajbin ħafna,” qal. “Impjegajna magħna tnejn full-time u erba’ membri tal-persunal staġjonali għas-sajf. Kull min impjegajna ħadem tajjeb ħafna u ninsab kuntent ħafna b’dan!”

L-avveniment ittella’ fil-faċilitajiet tas-Servizz tal-Impjieg Pubbliku Spanjol, u kien ibbażat fuq l-idea ta’ intervisti bi stil ta’ speed-dating. Fi spazju ta’ ftit sigħat, il-parteċipanti kellhom l-opportunità li jipparteċipaw f’bejn 4 sa 8 intervisti mar-rappreżentanti tar-ristorant. “Kienet tajba, mgħaġġla u informali,” qal Niklas. “Fi ftit ħin stajna niltaqgħu ma’ ħafna kandidati fiżikament.”

Waħda minn dawk il-kandidati, Rocío Rapallo Fernández, taqbel ma’ dan. “Naħseb li kien mod tajjeb ħafna kif wieħed jgħaqqad lill-impjegaturi mal-impjegati. Dak li jkun jista’ wkoll jieħu idea tal-kumpanija u kif se jkun il-post tax-xogħol.”

Rocío kienet waħda mis-27 chef Spanjol li sabu impjieg ġdid għall-istaġun tas-sajf Żvediż permezz tal-avveniment. Chef li tagħmel xogħolha b’entużjażmu, u waħda li tivvjaġġa madwar id-dinja, Rocío kienet qed tfittex avventura gastronomika ġdida. “Kont ixxurtjata li ntgħażilt minn kumpaniji differenti, biex b’hekk kelli ċ-ċans nagħżel l-aħjar waħda għalija. S’issa, inħossni sodisfatta ħafna bil-kumpanija u bl-ambjent hawn fl-Iżvezja. Żgur li nerġa’ nagħmilha!”

Barra mis-sessjonijiet ta’ speed dating, kienu disponibbli Konsulenti tal-EURES li pprovdew informazzjoni lill-kandidati dwar l-għajxien u x-xogħol fl-Iżvezja, x’dokumenti jkunu meħtieġa mal-wasla tagħhom u l-iskemi tal-mobbiltà varji disponibbli. Il-konsulenti tal-EURES ħadu wkoll lir-rappreżentanti tar-ristoranti f’wieħed miċ-ċentri ta’ taħriġ vokazzjonali tal-osterija f’Madrid – iċ-Ċentru ta’ Taħriġ Vokazzjonali Simone Ortega (Simone Ortega Vocational Training Centre) – fejn setgħu jaraw b’għajnejhom il-kwalità tat-taħriġ li jirċievu x-chefs Spanjoli. Dan qajjem diskussjonijiet dwar kooperazzjoni futura bejn il-kumpaniji Żvediżi u ċ-ċentri ta’ taħriġ Spanjoli.

B’mod ġenerali, l-avveniment kien suċċess kbir. “Il-feedback mingħand dawk li qed ifittxu x-xogħol u l-impjegaturi kien pjuttost pożittiv, spjega Daniel, “u r-riżultati tal-kollokament kienu tajbin. Ovvjament jiddependi mill-ħtiġijiet tal-impjegaturi – u l-kollegi Żvediżi tagħna qed jagħmlu xogħol tajjeb ferm magħhom – iżda jekk kollox imur kif mar fis-snin preċedenti, naħseb li t-timijiet tal-EURES Żvediżi u Spanjoli se jorganizzaw avveniment simili s-sena d-dieħla.”

“Jien nirrakkomanda ħafna din l-esperjenza lil kull min iħobb jivvjaġġa u jaħdem barra minn pajjiżu,” ikkonkludiet Rocío. “Huwa mod tajjeb kif tiskopri pajjiż, il-kultura u t-tradizzjonijiet tiegħu, filwaqt li tħossok bħala persuna tal-post.”

 

Links relatati:

EURES Spanja fuq Facebook

EURES Żvezja fuq Facebook

Impjiegi fit-Turiżmu

 

Aqra aktar:

Jiem l-Impjiegi Ewropej

Drop’pin@EURES

Sib Konsulent tal-EURES

Kundizzjonijiet tax-xogħol u l-għajxien fil-pajjiżi tal-EURES

Il-Bażi tad-Data tal-Impjiegi tal-EURES

Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi

Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES

Avvenimenti Onlineli ġejjin

L-EURES fuq Facebook

L-EURES fuq Twitter

L-EURES fuq LinkedIn

Temi
Negozju/IntraprenditorijaL-aħjar prattika tal-EURESAħbarijiet esterni tal-EURESPartijiet interessati esterniAħbarijiet interni tal-EURESXejriet ta' reklutaġġStejjer ta' suċċessŻgħażagħ
Sezzjoni(jiet) relatati
L-Għajxien u x-Xogħol
Settur
Accomodation and food service activitiesActivities of extraterritorial organisations and bodiesActivities of households as employers, undifferentiated goods- and servicesAdministrative and support service activitiesAgriculture, forestry and fishingArts, entertainment and recreationConstructionEducationElectricity, gas, steam and air conditioning supplyFinancial and insurance activitiesHuman health and social work activitiesInformation and communicationManufacturingMining and quarryingOther service activitiesProfessional, scientific and technical activitiesPublic administration and defence; compulsory social securityReal estate activitiesTransportation and storageWater supply, sewerage, waste management and remediation activitiesWholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles

Ċaħda

L-artikoli huma maħsuba biex jipprovdu lill-utenti tal-portal tal-EURES b'informazzjoni dwar suġġetti u xejriet kurrenti u biex jistimulaw id-diskussjoni u d-dibattitu. Il-kontenut tagħhom mhux bilfors jirrifletti l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA) jew tal-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, EURES u ELA ma japprovawx websajts ta' partijiet terzi msemmija hawn fuq.