Mur għall-kontenut ewlieni
EURES (EURopean Employment Services)
Artiklu tal-aħbarijiet4 Lulju 2017L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni2 min qari

Speċjalista tal-IT Spanjol isib bidu ġdid fil-Ġermanja

L-iżviluppatur tas-softwer Jose Sampedro minn Sevilja qed igawdi l-aktar kapitlu riċenti ta᾽ ħajtu fil-Ġermanja.

Spanish IT specialist finds a fresh start in Germany
ZAV / EURES Germany

Wara li ħalla l-Andalusija, iż-żgħażugħ ta᾽ 27 sena iċċaqlaq lejn Bottrop fil-punent tal-Ġermanja, fejn sab impjieg malajr bis-saħħa tal-appoġġ mill-EURES fil-Ġermanja.

Wara li sar jaf li l-kuntratt tiegħu f᾽Sevilja ma kienx se jiġġedded, Jose kien qed jara x᾽kienu l-għażliet tiegħu. Qatta᾽ semestru fl-Università għat-Teknoloġija fi Graz fl-Awstrija permezz ta᾽ programm tal-Erasmus u kien qed jistudja l-Ġermaniż fl-Istitut Goethe f᾽Sevilja. Minħabba l-qgħad kbir kontinwu fi Spanja, kien qed jikkunsidra jiċċaqlaq lejn il-Ġermanja għal ftit żmien.

Is-servizzi tal-EURES fil-Ġermanja huma fornuti minn German International & Specialized Placement Services (ZAV). Jose mill-ewwel kellu appuntament ma᾽ Markus Skrbina f᾽ZAV, konsulent issekondat lit-tim tal-aġenzija ta᾽ Dortmund, u spjegalu l-possibbiltajiet. "Stajna nwieġbu l-mistoqsijiet kollha tiegħu dwar l-għajxien u x-xogħol fil-Ġermanja, u ssuġġerejna numru ta᾽ postijiet vakanti f᾽din il-professjoni li diffiċli ssib impjegati għaliha," qal Markus.

Bottrop qiegħed fir-reġjun ta᾽ Ruhr, parti mill-Ġermanja li darba kienet magħrufa għall-industrija peżanti u li issa qed tinfetaħ għal industriji ġodda, u fejn, bħal fil-bqija tal-pajjiż, hemm domanda għall-ispeċjalisti tal-IT. Il-kumpanija ta᾽ softwer lokali Celano kienet ilha żmien tfittex  biex issaħħaħ it-tim tagħha, u l-aġenzija għall-impjiegi ssuġġeriet li għandhom ifittxu lil xi ħadd lil hinn mill-fruntieri tal-Ġermanja.

Persunal internazzjonali għal soluzzjonijiet internazzjonali

Għalhekk, f᾽Lulju li għadda, ir-rappreżentanti minn Celano, l-Aġenzija għall-Impjiegi Bottrop u Markus Skrbina, iltaqgħu biex jiddiskutu r-rekwiżiti għal speċjalisti barranin. Ġimagħtejn wara, Jose u rappreżentant ta᾽ Celano tkellmu fuq it-telefon, u wara ġimgħa segwiet intervista wiċċ᾽imb᾽wiċċ. F᾽Ottubru, Jose beda l-impjieg il-ġdid tiegħu.

"Il-parir ipprovdut minn ZAV għinna ħafna, minħabba li dejjem kellna persuna ta᾽ kuntatt li tieħu ħsieb il-mistoqsijiet," qalet il-kelliema għal Celano, Maria Niehoff. "U l-impjegati tagħna jogħġobhom il-fatt li issa għandna persunal internazzjonali."

Jose qed igawdi l-esperjenza, minkejja li għalih kollox ġdid. Huwa qal li,"l-ikbar problema li kellu kienet biex isib post fejn jgħix." U hu mhux l-unika persuna fil-kumpanija tiegħu li qed jaffaċċja ħajja ġdida f᾽pajjiż barrani: Il-Kollega Taljan tiegħu, Michele Geri għadu jasal u kien irrakkomandat ukoll minn ZAV.

Skont Markus Skrbina, is-sekondar tiegħu lit-tim ta᾽ ZAV f᾽Dortmund kienet esperjenza siewja. Bħala aġent fis-servizz tal-impjegaturi f᾽Mülheim, hu issa jista᾽ jitkellem mill-esperjenza meta jippreżenta l-possibbiltà li jirrekluta speċjalisti barranin għal kumpaniji lokali.

 

Links relatati:

German International & Specialized Placement Services (ZAV)

Celano

L-għajxien u x-xogħol fil-Ġermanja

 

Aqra aktar:

Sib Konsulent tal-EURES

Kundizzjonijiet tax-xogħol u l-għajxien fil-pajjiżi tal-EURES

Il-Bażi ta᾽ Data tal-Impjiegi tal-EURES

Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi

Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES

Avvenimenti Online li ġejjin

L-EURES fuq Facebook

L-EURES fuq Twitter

L-EURES fuq LinkedIn

L-EURES fuq Google+

Temi
  • Negozju/Intraprenditorija
  • L-aħjar prattika tal-EURES
  • Aħbarijiet dwar is-suq tax-xogħol/aħbarijiet dwar il-mobilità
  • Xejriet ta' reklutaġġ
  • Stejjer ta' suċċess
Sezzjoni(jiet) relatati
Settur
  • Accomodation and food service activities
  • Activities of extraterritorial organisations and bodies
  • Activities of households as employers, undifferentiated goods- and services
  • Administrative and support service activities
  • Agriculture, forestry and fishing
  • Arts, entertainment and recreation
  • Construction
  • Education
  • Electricity, gas, steam and air conditioning supply
  • Financial and insurance activities
  • Human health and social work activities
  • Information and communication
  • Manufacturing
  • Mining and quarrying
  • Other service activities
  • Professional, scientific and technical activities
  • Public administration and defence; compulsory social security
  • Real estate activities
  • Transportation and storage
  • Water supply, sewerage, waste management and remediation activities
  • Wholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles

Ċaħda

L-artikoli huma maħsuba biex jipprovdu lill-utenti tal-portal tal-EURES b'informazzjoni dwar suġġetti u xejriet kurrenti u biex jistimulaw id-diskussjoni u d-dibattitu. Il-kontenut tagħhom mhux bilfors jirrifletti l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA) jew tal-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, EURES u ELA ma japprovawx websajts ta' partijiet terzi msemmija hawn fuq.