Mur għall-kontenut ewlieni
EURES (EURopean Employment Services)
Artiklu tal-aħbarijiet18 April 2019L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni5 min qari

Il-midja soċjali: Għodda għat-tiftix ta’ impjieg?

Aktar minn 2 biljun ruħ jużaw il-midja soċjali kuljum sabiex ikellmu lil sħabhom, jaqsmu ritratti, jaraw vidjows tad-daħk... iżda din għandha użi siewja oħrajn ukoll. F’dan l-artikolu, sejrin nesploraw għaliex il-midja soċjali tista’ tkun il-mod perfett sabiex issib impjieg tal-ħolm.

Social media: A job hunting tool?
EURES

LinkedIn

Artikolu dwar tiftix ta’ impjieg fuq il-midja soċjali ma jistax jibda mingħajr ma wieħed jitkellem dwar LinkedIn. Imniedi fl-2002, is-sit huwa mfassal speċifikament għal netwerking professjonali u r-reklutaġġ. Hemm varjetà ta’ għodod u karatteristiċi offruti, u aħna għażilna wħud mill-favoriti tagħna.

Idħol fi gruppi: Xi ħaġa ovvja, iżda post loġiku fejn wieħed għandu jibda. Hemm aktar minn 1.7 miljun grupp fuq LinkedIn, iddedikati mhux biss għal kumpaniji individwali iżda anke għal netwerking, organizzazzjonijiet u temi speċifiċi. Li tissieħeb fi grupp se jagħtik aċċess għal esperti, persuni li għandhom l-istess interessi jew ideat u forsi anke impjegaturi potenzjali.

Fittex impjieg: It-tiftix għal impjieg ta’ LinkedIn jopera b’mod simili għal ħafna magni tat-tiftix tal-impjiegi oħrajn fis-sens li tista’ tfittex għal rwoli miftuħin u tapplika għalihom. Flimkien mal-għażla ta’ tiftix manwali, is-sit se jirrakkomanda wkoll impjiegi lilek skont il-profil tiegħek u l-interessi tal-karriera (ara hawn taħt). Din tista’ tkun shortcut tajba għal pożizzjonijiet interessanti mtellgħin direttament mill-impjegaturi.

Attiva l-interessi tal-karriera tiegħek: Din tinsab taħt il-buttuna “Jobs” (Impjiegi) u tħallik tgħid lil min qed jirrekluta li qiegħed tfittex impjieg. Tista’ tispeċifika affarijiet bħal impjiegi li int interessat fihom, postijiet, tipi ta’ kuntratt, industriji u dati ta’ bidu. Attiva l-għażla tal-interessi tal-karriera u imla l-informazzjoni b'mod kemm jista’ jkun komplet possibbli sabiex turi l-interess tiegħek lil impjegaturi potenzjali.

Approva l-ħiliet tiegħek: Huwa faċli li tikteb lista ta’ ħiliet, iżda impjegatur normalment m’għandux mod kif jiġġudika kemm hija preċiża din il-lista. Huwa hawn fejn tidħol l-għodda tal-approvazzjonijiet, Ħiliet approvati jirriflettu aktar minn sempliċiment l-opinjoni tiegħek, filwaqt li jipprovdu livell addizzjonali ta’ assigurazzjoni għal min qed jirrekluta.

Twitter

Hemm madwar 500 miljun tweet mibgħuta kuljum fuq Twitter, li jagħmluh sors għani ta’ informazzjoni, l-aħħar tendenzi u aħbarijiet. Huwa wkoll post tajjeb ħafna sabiex tfittex opportunitajiet ta’ impjieg, partikolarment jekk tħobb tfittex waqt li tagħmel affarijiet oħrajn.

Segwi l-hashtags: Ħafna minn dawk li qed jirreklutaw jużaw hashtags meta jirreklamaw pożizzjonijiet miftuħin fuq Twitter. Tiftixa ta’ malajr u regolari għal hashtags bħal #job – u oħrajn aktar speċifiċi, jekk qed tfittex kumpanija jew rwol partikolari – se jġibu l-opportunitajiet direttament quddiemek.

Segwi lill-mexxejja: Kull industrija għandha l-kumpaniji mexxejja u l-influwenzaturi tagħha. Li ssegwi lil dawn il-persuni u organizzazzjonijiet mhux biss jespandi n-netwerk tiegħek, iżda jagħtik aċċess immedjat għall-aktar tweets reċenti tagħhom.

Immira t-tweets tiegħek: Li titfa’ tweet dwar industrija jew suġġett partikolari huwa mod faċli sabiex turi l-interess tiegħek. Tista’ tinduna li dan huwa mod kif iżżid ukoll aktar segwaċi rilevanti, jew tidentifika kontijiet li għandek issegwi.

Fittex impjieg: Filwaqt li Twitter m’għandux funzjoni ta’ tiftix għal impjieg klassiku mibnija fih bħal LinkedIn, siti bħal Jobs By Twitter u Twit Job Seek jistgħu jgħinu. Sempliċiment segwi l-istruzzjonijiet fuq dawn is-siti sabiex tfittex l-opportunitajiet ta’ impjieg li jinteressawk.

Facebook

Facebook probabbilment huwa l-anqas ovvju mis-siti tan-netwerking soċjali fir-rigward tat-tiftix għal impjieg, iżda dan ma jfissirx li m’għandu xejn x’joffri. Xorta għadu l-akbar u l-aktar sit ta’ netwerking soċjali użat fid-dinja, b’medja ta’ kważi 1.5 biljun utent attiv kuljum. Żid il-fatt li aktar minn 60 miljun negozju għandhom paġna fuq Facebook u s-sit aktar milli jiġġustifika l-preżenza tiegħu fuq din il-lista.

Espandi n-netwerk tiegħek: L-aktar pass bażiku fuq Facebook huwa li tissieħeb ma’ gruppi rilevanti u tagħmel “like” fuq il-paġni ta’ persuni u kumpaniji li jinteressawk. Dan se jagħtik aċċess immedjat għall-aktar aħbarijiet u leads reċenti tagħhom kollha għal impjiegi. Tista’ anke taġġusta s-settings tal-kont tiegħek sabiex tiżgura li tirċievi emails ta’ notifikazzjoni kull meta dawn jitfgħu xi ħaġa sabiex tiżgura li ma titlifx opportunitajiet.

Oħloq profil iddedikat għat-tiftix ta’ impjieg: Jekk tixtieq tagħmel pass 'il quddiem  ieħor, jista’ jkun tajjeb li toħloq profil “professjonali” kompletament ġdid. Dan jippermetti li jkollok spazju nadif fejn int tista’ tbigħ it-talenti tiegħek, filwaqt li jkollok ukoll spazju personali fejn tista’ tkompli titfa’ ritratti tal-vaganzi u memes tad-daħk.

Pariri ġenerali

Żomm il-profil tiegħek aġġornat: Tkun xi tkun il-pjattaforma ta’ midja soċjali li tiddeċiedi li tuża, il-profil tiegħek huwa b'saħħtu biss daqs l-informazzjoni li fih. Żomm il-profil dettaljat, rilevanti u aġġornat sabiex timmassimizza l-potenzjal ta’ reklutaġġ tiegħek.

Ibqa’ professjonali: Il-midja soċjali tinkoraġġixxi ċertu livell ta’ informalità. Dan huwa tajjeb meta tkun qiegħed titkellem mal-ħbieb, iżda dawk li jirreklutaw se jkunu qed ifittxu xi ħaġa ftit aktar professjonali. Aħseb dwar min hi l-udjenza tiegħek u kif għandek tindirizzaha qabel ma tagħfas il-buttuna “submit” (ibgħat). U ftakar li s-siti tal-midja soċjali għandhom memorja twila – tispiċċax iddispjaċut għal xi ħaġa li tfajt ħames snin ilu!

Hemm huma: l-aqwa pariri tagħna għall-użu tal-midja soċjali fit-tiftix għal impjieg tiegħek. Issa f’idejk li tmur hemm barra u tagħmel użu tajjeb minn dawn il-pariri. Nawgurawlek!

L-artiklu sar fi sħubija mal-EURES, il-Portal Ewropew dwar il-Mobilità fix-Xogħol.

 

Links relatati:

LinkedIn

Twitter

Facebook

 

Aqra aktar:

Jiem Ewropej tal-Impjiegi

Drop’pin@EURES

Sib Konsulent tal-EURES

Kundizzjonijiet tax-xogħol u l-għajxien fil-pajjiżi tal-EURES

Id-database tal-Impjiegi tal-EURES

Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi

Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES

Avvenimenti Onlineli ġejjin

L-EURES fuq Facebook

L-EURES fuq Twitter

L-EURES fuq LinkedIn

Temi
  • Ideat u Suġġerimenti
  • Midja soċjali
  • Żgħażagħ
Settur
  • Accomodation and food service activities
  • Activities of extraterritorial organisations and bodies
  • Activities of households as employers, undifferentiated goods- and services
  • Administrative and support service activities
  • Agriculture, forestry and fishing
  • Arts, entertainment and recreation
  • Construction
  • Education
  • Electricity, gas, steam and air conditioning supply
  • Financial and insurance activities
  • Human health and social work activities
  • Information and communication
  • Manufacturing
  • Mining and quarrying
  • Other service activities
  • Professional, scientific and technical activities
  • Public administration and defence; compulsory social security
  • Real estate activities
  • Transportation and storage
  • Water supply, sewerage, waste management and remediation activities
  • Wholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles

Ċaħda

L-artikoli huma maħsuba biex jipprovdu lill-utenti tal-portal tal-EURES b'informazzjoni dwar suġġetti u xejriet kurrenti u biex jistimulaw id-diskussjoni u d-dibattitu. Il-kontenut tagħhom mhux bilfors jirrifletti l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA) jew tal-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, EURES u ELA ma japprovawx websajts ta' partijiet terzi msemmija hawn fuq.