Skip to main content
Logo tal-Kummissjoni Ewropea
EURES
Artiklu tal-aħbarijiet20 Settembru 2018L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni

Qed tmexxi jew se tibda negozju żgħir? Hawnhekk hawn kif EURES jista’ jgħin

Għandek anqas minn 250 impjegat? Il-fatturat annwali tiegħek huwa anqas minn EUR 50 miljun? Jekk iva, inti kkunsidrat intrapriża żgħira u medja (SME). Kemm jekk diġà topera kif ukoll jekk għadek qed titwaqqaf, EURES jista’ jgħin sabiex jissimplifika l-passi.

Running or starting a small business? Here’s how EURES can help
Shutterstock

Kif tibda

Bħala ċittadin tal-UE, int għandek dritt tibda negozju fi kwalunkwe Stat Membru.

Sabiex tibda tnaqqas il-burokrazija, mur fuq Persuni li jaħdmu għal rashom (Kondizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol). Mill-menu li jinżel, agħżel il-pajjiż fejn trid tiftaħ l-SME tiegħek. Dan għandu jiggwidak pass pass fil-proċedura.

Parir fuq il-finanzjament

L-EURES ma jipprovdix finanzjament dirett, iżda hemm għadd ta’ programmi tal-UE li joffru self jew għotjiet skont liema tip ta’ SME għandek. Sabiex issib jekk hemmx programm ta’ finanzjament sabiex jgħin lill-SME tiegħek, aqra Il-Finanzjamenti mill-UE Gwida għall-Prinċipjanti.

Jekk qed taħseb dwar self jew finanzi ta’ ekwità, tista’ tipprova COSME. Huwa l-programm tal-UE għall-Kompetittività tal-Intrapriżi u l-Intrapriżi Żgħar u ta’ Daqs Medju (2014-2020). Dan joffri aċċess għal self permezz ta’ istituzzjonijiet finanzjarji. Sabiex issib fejn għandek tapplika fil-pajjiż tiegħek, mur fuq Aċċess għall-finanzi.

Jekk l-SME tiegħek qiegħda tbati finanzjarjament, il-Kummissjoni Ewropea tista’ tgħinek tivvaluta kif sejjer u ttik l-aħjar soluzzjonijiet. Tgħallem aktar minn Falliment u t-tieni ċans.

Sib impjegati permezz ta’ EURES

EURES joffri pjattaformi differenti fejn tista’ tirreklama impjiegi u ssib dawk li qed ifittxu impjieg li jaqblu mal-profil li qed tfittex.

Irreġistra bla ħlas bħala impjegatur sabiex tuża It-tiftixa tal-impjegaturi għas-CVs sabiex issib persuni li qegħdin ifittxu fil-qasam tax-xogħol tiegħek. Imbagħad tista’ taqra s-CVs ta’ min qiegħed ifittex ix-xogħol online u ssejvja dawk li huma l-aktar xierqa.

Jekk qed tippjana li tħaddem żgħażagħ, inklużi apprendisti jew trainees mill-Ewropa kollha, Drop’pin@EURES jista’ jissodisfa l-ħtiġijiet tiegħek.

Għalfejn ma tirreklamax fuq il-Portal EURES? Mur fuq Irreklama impjieg sabiex issib kif tagħmel dan. Tista’ tirreklama permezz tal-bażi tad-data tal-impjiegi nazzjonali fil-pajjiż tiegħek u tagħmel link għalih fil-Portal tal-EURES. Agħżel il-pajjiż tiegħek mil-lista li tinżel sabiex issib il-kuntatt lokali tiegħek għal dan.

Il-liġi dwar ix-xogħol

Trid tirrekluta ħaddiema minn Stati Membri oħrajn? Iċċekkja l-informazzjoni dwar permessi tax-xogħol u kif tirreġistra l-ħaddiema fuq Ħajja u Xogħol.

Oħloq kuntatti

  • Jekk trid li tiżviluppa internazzjonalment, iċċekkja n-Netwerk Enterprise Europe għal parir u appoġġ. Dawn għandhom eluf ta’ esperti li jistgħu jpoġġuk f’kuntatt ma’ kuntatti internazzjonali utli.
  • Iċċekkja l-paġna tal-avvenimenti li ġejjin f’Jiem l-Impjiegi Ewropej. Dawn l-avvenimenti jagħtuk iċ-ċans li tiltaqa’ ma’ numru kbir ta’ persuni li qegħdin ifittxu impjieg f’post wieħed. Tista’ tippromwovi l-SME tiegħek u tirreklama l-impjiegi hemm. Tista’ torganizza intervisti minn qabel sabiex tirrekluta ħaddiema matul l-avveniment. Jekk ma tistax tmur għall-avvenimenti, tista’ tattendi online.
  • Hemm ukoll Jiem l-Impjiegi Ewropej regolari fejn tista’ tagħmel netwerking ma’ kumpaniji u ma' professjonisti tat-taħriġ oħrajn fis-settur tiegħek.
  • U xi tgħid jekk tattendi Fiera tal-Impjiegi Internazzjonali? Dan huwa mod ieħor kif ħaddieħor jinnutak u kif tattira l-aħjar ħaddiema. Huwa wkoll ċans sabiex tiċċekkja ftit il-kompetizzjoni.

Sib meta dawn kollha se jsiru mill-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES.

Opportunitajiet ta’ negozju

Tista’ toffri servizzi li l-Kummissjoni teħtieġ? Din tħaddem SMEs sabiex iwettqu varji servizzi. Sib liema kuntratti huma offruti u forsi tista’ tagħmel l-offerta rebbieħa għal sejħa għall-proposti.

Jekk għandek xi mistoqsijiet, jekk jogħġbok ikklikkja fuq il-link ta’ hawn taħt sabiex tikkuntattja membru tal-Persunal tal-EURES.

 

Links relatati:

Persuni li jaħdmu għal rashom (Il-kundizzjonijiet tax-xogħol u tal-għajxien)

Il-Finanzjamenti mill-UE – Gwida għall-Prinċipjanti

Il-Programm COSME

Aċċess għall-finanzi

Falliment u t-tieni ċans

EURES – It-tiftixa tal-impjegaturi għas-CVs

Drop’pin@EURES

Irreklama impjieg

Ħajja u Xogħol

Netwerk Enterprise Europe

Jiem l-Impjiegi Ewropej

EURES – Kalendarju tal-avvenimenti – Kummissjoni Ewropea

Sejħa għall-proposti

Programmi ta’ appoġġ għan-negozji tal-UE

Persunal tal-EURES

 

Aqra aktar:

Jiem l-Impjiegi Ewropej

Drop’pin@EURES

Sib Persunal tal-EURES

Kundizzjonijiet tax-xogħol u l-għajxien fil-pajjiżi tal-EURES

Il-Bażi tad-Data tal-Impjiegi tal-EURES

Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi

Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES

Avvenimenti Onlineli ġejjin

Il-EURES fuq Facebook

Il-EURES fuq Twitter

Il-EURES fuq LinkedIn

Temi
Negozju/IntraprenditorijaKaxxa tal-għodda tal-UE għall-mobilitàPartijiet interessati esterniIdeat u SuġġerimentiĠranet tax-Xogħol/AvvenimentiAħbarijiet dwar is-suq tax-xogħol/aħbarijiet dwar il-mobilitàXejriet ta' reklutaġġMidja soċjaliŻgħażagħ
Sezzjoni(jiet) relatati
L-Għajxien u x-Xogħol
Settur
Accomodation and food service activitiesActivities of extraterritorial organisations and bodiesActivities of households as employers, undifferentiated goods- and servicesAdministrative and support service activitiesAgriculture, forestry and fishingArts, entertainment and recreationConstructionEducationElectricity, gas, steam and air conditioning supplyFinancial and insurance activitiesHuman health and social work activitiesInformation and communicationManufacturingMining and quarryingOther service activitiesProfessional, scientific and technical activitiesPublic administration and defence; compulsory social securityReal estate activitiesTransportation and storageWater supply, sewerage, waste management and remediation activitiesWholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles

Ċaħda

L-artikoli huma maħsuba biex jipprovdu lill-utenti tal-portal tal-EURES b'informazzjoni dwar suġġetti u xejriet kurrenti u biex jistimulaw id-diskussjoni u d-dibattitu. Il-kontenut tagħhom mhux bilfors jirrifletti l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA) jew tal-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, EURES u ELA ma japprovawx websajts ta' partijiet terzi msemmija hawn fuq.