Mur għall-kontenut ewlieni
EURES (EURopean Employment Services)
Artiklu tal-aħbarijiet6 Frar 2018L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni5 min qari

Pollakk li kien qed ifittex xogħol isib is-sodisfazzjon fix-xogħol f'pajjiż ieħor

Min irid jirnexxi, jirnexxi Huwa dan il-kredu li wassal lill-Pollakk Pawel Frydlewicz fit-tfittxija tiegħu għal xogħol sar-Repubblika Ċeka, fejn beda karriera ġdida bl-appoġġ ta' EURES Polonja.

Polish jobseeker finds job

F'artiklu preċedenti, għidnielkom dwar l-inizjattiva Ewropea għall-mobilità tax-xogħol immexxija mit-tim lokali tal-EURES fir-reġjun tas-Silesia t'Isfel fil-Polonja għal nies li għandhom aktar minn 30 sena. Minn dakinhar, il-proġett għen lil 26 persuna li kienu qed ifittxu xogħol isibu impjieg fil-Ġermanja, fir-Renju Unit u fir-Repubblika Ċeka. Tkellimna ma' wieħed mill-parteċipanti, Pawel Frydlewicz, biex insiru nafu dwar l-esperjenza personali tiegħu mal-EURES.

Kif sirt taf bil-proġett EURES?

Kont fl-uffiċċju lokali tax-xogħol nistenna biex niltaqa' ma' konsulent, kont qed inqalleb f'xi riklami ta' xogħlijiet u nnotajt offerta ta' xogħol barra minn pajjiżi, irreklamata minn EURES. Instemgħet interessanti ħafna. Komplejt nitħajjar aktar meta sibt xi brochures u fuljetti dwar kif issib xogħol barra mill-Polonja, dwar is-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, il-kundizzjonijiet tax-xogħol, eċċ. Xtaqt inkabbar l-għarfien tiegħi, għalhekk iċċekjajt il-portal ta' EURES. Kont fortunat li fuq proprju l-ewwel paġna kien hemm strixxun dwar proġett. Kien it-tip ta' proġett magħmul għalija!

X'ħeġġek tfittex opportunità ta' xogħol barra minn pajjiżek?

Diffiċli ngħid x'kien li mmotivani dak iż-żmien biex infittex xogħol barra minn pajjiżi. Fil-fatt, kien hemm ħafna fatturi, primarjament it-tentattivi bla suċċess ta' qtigħ il-qalb biex insib xogħol fil-Polonja. Xtaqt insib xogħol li japprezza s-snin ta' esperjenza li għandi u l-ħiliet tiegħi, kif ukoll li jipprovdi kontribuzzjoni diċenti għall-pensjoni u għall-assigurazzjoni tas-saħħa.

X’inhu x-xogħol il-ġdid tiegħek?

Ili naħdem ma' Skoda Auto fir-Repubblika Ċeka għal aktar minn disa' xhur, xogħol li ksibtu permezz tal-Aġenzija tal-Impjieg. Għandi kuntratt ta' sena li jiġġedded b'mod awtomatiku għal sena oħra. Ili mill-bidu naħdem fid-Dipartiment tal-Loġistika u ninsab sodisfatt ħafna b'dan ix-xogħol.

X'kien ix-xogħol li kellek qabel fil-Polonja?

Kont naħdem fil-kontroll tal-kwalità. Xogħol intensiv ħafna, sebat ijiem fil-ġimgħa, tliet xiftijiet, tagħlim kostanti, akkwistajt ħafna għarfien u ħiliet ġodda. Dan kollu sakemm darba waħda s-sidien tal-kumpanija biegħu n-negozju u taw is-sensja lill-maġġoranza tal-impjegati tagħhom. Għalija, dan spiċċa kien ta' benefiċċju, għalkemm dak iż-żmien ma ndunajtx. Dak iż-żmien kien żmien diffiċli ħafna, tlift ix-xogħol, kelli nibda stadju ġdid tal-ħajja u nibda nfittex xogħol.

Tista' tgħidilna xi ħsibt dwar il-proċess sħiħ tal-EURES u kif għenuk?

Fil-bidu ħassejt li ma kontx se nkun kapaċi naħdem barra waħdi. L-idea kienet tbeżżagħni. Attivitajiet tant sempliċi dehru impossibbli biex negħlibhom. Kif kont se nsib l-offerta t-tajba, nittraduċi s-CV tiegħi f'lingwa barranija, nagħmel intervista b'lingwa barranija? Xi ngħidu dwar it-tluq u l-preparazzjoni relatata kollha: biex insib akkomodazzjoni, spejjeż li riedu jitħallsu sal-ewwel paga, u affarijiet hekk. Immaġinajt li kont se nkun waħdi f'dan kollu.

Imma dan totalment ma kienx il-każ! Grazzi għall-parteċipazzjoni tiegħi fil-proġett, ittraduċewli s-CV, bagħtuni fuq kors tal-lingwa pprovdut mill-proġett u rċevejt attenzjoni kostanti mill-Konsulenti tal-Proġett, li dejjem kienu lesti jgħinu, sew jekk kienet kwistjoni relatata ma' min iħaddimni, max-xogħol jew mal-akkomodazzjoni. U dik tfisser ħafna, li tkun taf li m'intix waħdek.

Xi sfidi kellek tħabbat wiċċek magħhom fil-bidu?

Ix-xogħol fil-loġistika kien xi ħaġa ġdida għalija. Il-preparazzjoni ta' lott partikolari ta' partijiet fuq kull bank għandha l-istess regoli, imma kull tip ta' karozza għandha l-partikolaritajiet tagħha li trid tkun taf. Malajr tgħallimt inpoġġi ordnijiet għall-partijiet neċessarji. Kelli awtonomija fuq il-post tax-xogħol u għalhekk responsabbiltà kbira għal dak li nagħmel u kif nagħmlu.

Il-biżgħa li kelli fil-bidu malajr telqet u minflokha ġie s-sodisfazzjoni fuq il-post tax-xogħol. Il-fatt li kont naf nuża l-kompjuter kien ta' għajnuna kbira. Anki l-lingwa ma kinitx diffiċli daqs kemm dehret fil-bidu. Ħafna kliem Ċek kien jinftiehem, imma jekk ma tkunx taf kelma, l-Ingliż dejjem jgħin!

Għandek xi pariri għal nies oħra li qed jikkunsidraw proġett tal-EURES?

Meta kont qed infittex xogħol fil-Polonja, kont qed inbati b'diffikultajiet li għalija ma kinux jagħmlu sens. F'punt wieħed deherli li kont qisni qiegħed quddiem ħajt tal-ħġieġ li ma nistax ngħaddi minnu.

Xtaqt naħdem, u kont lest li nagħmel dan, kelli ħafna għarfien u kapaċitajiet, imma ma ridtx naħdem għal paga li tiċħad id-dinjità tal-bniedem. Intbaħt li l-unika tama tiegħi kienet li naħdem barra.

Issa qed naħdem normali, ngħix normali, saħansitra niġi l-Polonja kull ġimgħa. Id-diffikultajiet kollha li tfaċċaw fil-bidu - lingwa ġdida, xogħol ġdid, ħajja f'pajjiż ieħor, il-mentalità differenti tan-nies, l-ambjent multikulturali, fil-bidu dan kollu jista’ jqanqal biżgħa, imma biż-żmien issir esperjenza interessanti.

Hemm tant affarijiet li tista' titgħallem mingħand ħaddieħor meta tkun miftuħ għal esperjenzi ġodda. Bla dubju kien siewi li kkuntattjajt lil EURES. Illum nista' ngħid IVA għal EURES!

L-istorja ta' Pawel tista' tkun l-istorja tiegħek ukoll. Jekk qed tfittex xogħol u għandek bejn it-30 u d-39 sena u tgħix fir-reġjun tas-Silesia t'Isfel, l-uffiċċju reġjonali ta' EURES qiegħed hemm biex jagħtik għajnuna professjonali. Ikkuntattja Konsulent ta' EURES biex tagħti spinta lill-karriera professjonali tiegħek f'pajjiż ieħor.

 

Links relatati:

Ikkuntattja Konsulent ta' EURES

 

Aqra iktar:

Sib Konsulent tal-EURES

Kundizzjonijiet tax-xogħol u l-għajxien fil-pajjiżi tal-EURES

Il-Bażi tad-Data tal-Impjiegi tal-EURES

Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi

Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES

Avvenimenti Online li ġejjin

L-EURES fuq Facebook

L-EURES fuq Twitter

L-EURES fuq LinkedIn

Temi
  • Aħbarijiet dwar is-suq tax-xogħol/aħbarijiet dwar il-mobilità
  • Stejjer ta' suċċess
Sezzjoni(jiet) relatati
Settur
  • Accomodation and food service activities
  • Activities of extraterritorial organisations and bodies
  • Activities of households as employers, undifferentiated goods- and services
  • Administrative and support service activities
  • Agriculture, forestry and fishing
  • Arts, entertainment and recreation
  • Construction
  • Education
  • Electricity, gas, steam and air conditioning supply
  • Financial and insurance activities
  • Human health and social work activities
  • Information and communication
  • Manufacturing
  • Mining and quarrying
  • Other service activities
  • Professional, scientific and technical activities
  • Public administration and defence; compulsory social security
  • Real estate activities
  • Transportation and storage
  • Water supply, sewerage, waste management and remediation activities
  • Wholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles

Ċaħda

L-artikoli huma maħsuba biex jipprovdu lill-utenti tal-portal tal-EURES b'informazzjoni dwar suġġetti u xejriet kurrenti u biex jistimulaw id-diskussjoni u d-dibattitu. Il-kontenut tagħhom mhux bilfors jirrifletti l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA) jew tal-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, EURES u ELA ma japprovawx websajts ta' partijiet terzi msemmija hawn fuq.