Mur għall-kontenut ewlieni
EURES (EURopean Employment Services)
Artiklu tal-aħbarijiet9 Frar 2017L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni2 min qari

Jinfetħu opportunitajiet għall-għalliema Finlandiżi fl-Iżvezja

Għalliema kwalifikati li qegħdin ifittxu xogħol fil-Finlandja qegħdin isibu opportunitajiet ġodda fl-Iżvezja grazzi għall-kooperazzjoni man-netwerk tal-EURES.

Opportunities open up for Finnish teachers in Sweden
Tomi Puranen

Għadd ta' għalliema li qegħdin jirtiraw, oħrajn li qegħdin jibdlu l-professjonijiet tagħhom, ifisser li d-domanda għall-għalliema disponibbli għall-iskejjel Żvediżi hija ikbar mill-provvista. Mal-fruntiera fil-Finlandja, il-gradwati qed ifittxu post tax-xogħol.

Għalhekk, meta l-Konsultenta tal-EURES, Catarina Haglund, minn Eskilstuna, l-Iżvezja, ikkuntattjat lill-Konsulent tal-EURES Finlandiż, Tomi Puranen, f'Settembru li għadda, huwa laqa' ċ-ċans li jara kif huma jistgħu possibbilment jaħdmu flimkien fuq proġett ta' reklutaġġ tal-għalliema.

"Catarina, u xi rappreżentanti mill-muniċipalità tagħha, ġiet għaċ-ċelebrazzjoni tagħna tal-Jum Ewropew tal-Lingwi, li għalih konna laqqajna xi studenti tal-iskola, għalliema u kapijiet ta' skejjel," qal Tomi, li huwa bbażat f'Turku. L-avveniment ta lill-viżitaturi ċ-ċans li jitkellmu ma' nies varji b'mod informali u li jaraw f'hiex jinsabu.

Segwew dan fil-jum ta' wara bi vjaġġ ta' studju għal żewġ skejjel komprensivi lokali. "Ir-rappreżentanti Żvediżi ħarġu b'idea ċara ta' dak li jista' jintlaħaq," spjega Tom.

Dan, l-ewwel wassal għal avveniment ta' informazzjoni u reklutaġġ organizzat minn EURES Finlandja u li sar f'Turku matul il-15-16 ta' Novembru. "L-Iżvezja għandha bżonn ta' kull tip ta' għalliema: tax-xjenza, tal-istorja, tal-ġeografija eċċ. Għalhekk, stedinna lill-għalliema li kienu qed ifittxu xogħol irreġistrati fl-uffiċċji tal-PES fil-Lbiċ tal-Finlandja li għandhom għarfien tajjeb tal-Iżvediż."  Intbagħtet email lil 1 200 persuna b'kollox, li 600 minnhom kienu bla xogħol."

Waħda mill-għalliema li marret għall-jum tar-reklutaġġ kienet Hanna Lehtonen. Hija tispjega għalfejn hija interessata li taħdem fl-Iżvezja, "Huwa tassew diffiċli li ssib xogħol fil-Finlandja meta inti tkun għalliem ta' xi lingwa u l-lingwa li tgħallem ma tkunx l-Ingliż. Il-gvern tagħna għamel xi tnaqqis fl-edukazzjoni, għalhekk, filwaqt li xi skejjel xorta għadhom joffru s-suġġetti prinċipali, is-suġġetti li mhumiex parti mill-kurrikulu qegħdin jitnaqqsu."

Qed tittama li ssib opportunitajiet ġodda fl-Iżvezja, "Tkun xi ħaġa sabiħa li nsir naf kultura ġdida, li nitgħallem approċċi ġodda fit-tagħlim fi klassi multikulturali u li ntejjeb il-ħiliet lingwistiċi tiegħi fl-Iżvediż," qalet.

Tomi huwa entużjast dwar il-kooperazzjoni li ġiet stabbilita mal-EURES f'Eskilstuna, "Jum ir-reklutaġġ iġġenera ħafna interess mill-midja lil hinn miż-żewġ reġjuni tagħna kemm fil-Finlandja kif ukoll fl-Iżvezja, għaldaqstant dan sejjer jiftaħ il-bibien għal aktar għalliema professjonali mħarrġa ħafna minn tagħna li jkunu qegħdin ifittxu opportunitajiet ġodda."

 

Links relatati:

Il-ħajja u x-xogħol fl-Iżvezja

Il-Ħajja u x-Xogħol fil-Finlandja

 

Aqra aktar:

Sib Konsulent tal-EURES

Kundizzjonijiet ta' għajxien u xogħol fil-pajjiżi tal-EURES

Il-Bażi ta' Data tal-Impjiegi tal-EURES

Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi

Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES

Avveniment Online li jmiss

EURES fuq Facebook

EURES fuq Twitter

EURES fuq LinkedIn

EURES fuq Google+

Temi
  • Stejjer ta' suċċess
Sezzjoni(jiet) relatati
Settur
  • Accomodation and food service activities
  • Activities of extraterritorial organisations and bodies
  • Activities of households as employers, undifferentiated goods- and services
  • Administrative and support service activities
  • Agriculture, forestry and fishing
  • Arts, entertainment and recreation
  • Construction
  • Education
  • Electricity, gas, steam and air conditioning supply
  • Financial and insurance activities
  • Human health and social work activities
  • Information and communication
  • Manufacturing
  • Mining and quarrying
  • Other service activities
  • Professional, scientific and technical activities
  • Public administration and defence; compulsory social security
  • Real estate activities
  • Transportation and storage
  • Water supply, sewerage, waste management and remediation activities
  • Wholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles

Ċaħda

L-artikoli huma maħsuba biex jipprovdu lill-utenti tal-portal tal-EURES b'informazzjoni dwar suġġetti u xejriet kurrenti u biex jistimulaw id-diskussjoni u d-dibattitu. Il-kontenut tagħhom mhux bilfors jirrifletti l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA) jew tal-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, EURES u ELA ma japprovawx websajts ta' partijiet terzi msemmija hawn fuq.