Mur għall-kontenut ewlieni
EURES (EURopean Employment Services)
Artiklu tal-aħbarijiet7 Marzu 2017L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni2 min qari

One-Stop Shop ifisser aċċess aħjar għal persuni li qed ifittxu impjieg transkonfinali

Hemm ħafna affarijiet għaddejjin fl-EURES-T Upper Rhine. L-uffiċċju jkopri erba’ reġjuni mifruxa madwar il-Ġermanja, Franza u l-Iżvizzera, jopera bil-Franċiż u bil-Ġermaniż u jaqdi madwar 100 000 ħaddiem transkonfinali. B’żona ġeografika daqstant kbira xi jkopri – biex ma nsemmux il-ħafna avvenimenti, sessjonijiet ta’ ħidma u attivitajiet li għaddejjin il-ħin kollu – il-konsulenti tal-EURES ftit li xejn għandhom ħin x’jitilfu. Għalhekk, sabiex jitħaffu l-affarijiet, l-EURES-T Upper Rhine nediet One-Stop Shop.

One-Stop Shop means better access for cross-border jobseekers
EURES-T Upper Rhine

“Persuni li qed ifittxu impjieg minn madwar ir-reġjun transkonfinali issa jistgħu jissottomettu talbiet billi sempliċiment jibagħtu email jew iċemplu n-numru tat-telefown Ġermaniż, Żvizzeru jew Franċiż,” qal is-Segretarju Ġeneral tal-EURES-T Upper Rhine Beat Britt. “Din is-sistema ta’ dħul ibbażata fuq il-lingwa tiżgura li l-ewwel kuntatt mal-EURES-T minn persuni li jkunu qed ifittxu impjieg isir fil-lingwa nattiva tagħhom.”

Għalhekk, jekk qiegħed fir-reġjun u tixtieq tkun taf aktar dwar it-tfittxija ta’ impjieg fil-Ġermanja, il-qgħad, l-istatus ta’ vjaġġaturi transkonfinali, it-tfittxija ta’ impjieg fl-Iżvizzera u l-apprendistat transkonfinali, issa għandek numru ċentrali x'iċċempel jew indirizz ċentrali fejn tibgħat .

Kmand ċentrali

Meta d-desk ċentrali tal-One-Stop Shop jirċievi talba, huwa joħloq reġistrazzjoni dettaljata li tinkludi evalwazzjoni u analiżi. Għal pariri u talbiet ġenerali dwar is-suq tax-xogħol transkonfinali, id-desk ċentrali bilingwi jwieġeb direttament. Madankollu, talbiet aktar speċifiċi, jintbagħtu lill-konsulent tal-EURES ix-xieraq, lill-espert tal-apprendistati transkonfinali jew lil xi aġenzija kompetenti oħra. “Bil-One-Stop Shop, nistgħu niggarantixxu disponibbiltà kontinwa u tweġibiet fil-ħin,” qal Britt.

It-talbiet li jidħlu mill-erba’ reġjuni kollha jintbagħtu lid-desk ċentrali tal-One-Stop Shop, fejn jiġu rreġistrati, evalwati u analizzati. Għal pariri u talbiet ġenerali dwar is-suq tax-xogħol transkonfinali, id-desk ċentrali bilingwi jwieġeb direttament. Talbiet aktar speċifiċi, jintbagħtu lill-konsulent tal-EURES ix-xieraq, lill-espert tal-apprendistati transkonfinali jew lil xi aġenzija kompetenti oħra.

Benefiċċji għal kulħadd

Is-sistema l-ġdida hija ta’ benefiċċju kemm għall-persuni li qed ifittxu impjieg kif ukoll għall-impjegaturi. Skont Britt, minħabba li l-One-Stop Shop jiżgura li t-talbiet jaslu għand persuna adatta li għandha l-kompetenzi u l-ħiliet lingwistiċi x-xierqa, il-persuni li qed ifittxu impjieg jibbenefikaw minn aċċess aħjar għal informazzjoni aġġornata dwar il-kondizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol għar-reġjun kollu. “Sa mill-bidu nett, persuna li qed tfittex impjieg għandha aċċess immedjat għall-kuntatt tal-EURES/EURES-T ix-xieraq – aċċessibiltà li tkompli matul xogħolhom magħna,” kompla jgħid.

L-impjegaturi jibbenefikaw wkoll mis-sistema. “L-impjegaturi spiss ifittxu informazzjoni speċifika dwar il-potenzjal tal-forza tax-xogħol tas-suq tax-xogħol transkonfinali, u l-One-Stop Shop iressaq id-domandi tagħhom direttament lill-kuntatt tal-EURES-T li huwa fl-aħjar pożizzjoni sabiex jipprovdi informazzjoni bħal din,” żied jgħid Britt.

 

Links relatati:

EURES-T Upper Rhine

One-Stop Shop

L-għajxien u x-xogħol fi Franza

L-għajxien u x-xogħol fil-Ġermanja

L-għajxien u x-xogħol fl-Iżvizzera

 

Aqra aktar:

Sib Konsulent ta’ EURES

Kundizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol f’pajjiżi tal-EURES

Il-Bażi ta' Data tal-Impjiegi tal-EURES

Servizzi tal-EURES għall-impjegaturi

Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES

Avvenimenti Onlineli ġejjin

EURES fuq Facebook

EURES fuq Twitter

EURES fuq LinkedIn

EURES fuq Google+

Temi
  • Kaxxa tal-għodda tal-UE għall-mobilità
  • L-aħjar prattika tal-EURES
  • Aħbarijiet dwar is-suq tax-xogħol/aħbarijiet dwar il-mobilità
  • Aħbarijiet/rapporti/statistika
Sezzjoni(jiet) relatati
Settur
  • Accomodation and food service activities
  • Activities of extraterritorial organisations and bodies
  • Activities of households as employers, undifferentiated goods- and services
  • Administrative and support service activities
  • Agriculture, forestry and fishing
  • Arts, entertainment and recreation
  • Construction
  • Education
  • Electricity, gas, steam and air conditioning supply
  • Financial and insurance activities
  • Human health and social work activities
  • Information and communication
  • Manufacturing
  • Mining and quarrying
  • Other service activities
  • Professional, scientific and technical activities
  • Public administration and defence; compulsory social security
  • Real estate activities
  • Transportation and storage
  • Water supply, sewerage, waste management and remediation activities
  • Wholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles

Ċaħda

L-artikoli huma maħsuba biex jipprovdu lill-utenti tal-portal tal-EURES b'informazzjoni dwar suġġetti u xejriet kurrenti u biex jistimulaw id-diskussjoni u d-dibattitu. Il-kontenut tagħhom mhux bilfors jirrifletti l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA) jew tal-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, EURES u ELA ma japprovawx websajts ta' partijiet terzi msemmija hawn fuq.