Mur għall-kontenut ewlieni
EURES (EURopean Employment Services)
Artiklu tal-aħbarijiet18 Diċembru 2020L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni2 min qari

L-istorja tal-EURES tiegħi: Edvinas Ulinskas

Bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet ta' għeluq il-25 sena tal-EURES, il-persuni li qed ifittxu impjieg kienu mistiedna jikkondividu l-istejjer tal-EURES tagħhom sabiex ikollhom l-opportunità li jirbħu xi premjijiet mill-aqwa. Matul il-ftit xhur li ġejjin, se nkunu qed nuru r-rebbieħa u l-esperjenzi tagħhom.

My EURES story: Edvinas Ulinskas
EURES

X’inhi l-istorja tal-EURES tiegħek?

Dik hi l-mistoqsija li l-kompetizzjoni #EURES25 talbet li l-persuni li qed ifittxu impjieg mill-Ewropa kollha jwieġbu. L-entrati setgħu jiġu sottomessi f’forma ta’ vidjo qasir jew ta’ immaġni akkumpanjata minn sommarju dwar l-esperjenza tagħhom, u l-premjijiet inkludew kors lingwistiku ta’ EUR 500 jew taħriġ dwar il-ħiliet tal-impjegabbiltà.

Il-parteċipanti kienu mħeġġin jaħsbu dwar kif l-EURES għenhom isibu l-impjieg tal-ħolm tagħhom, kif il-Konsulenti tal-EURES appoġġawhom b’aċċess għal taħriġ tal-lingwa u b’integrazzjoni f’pajjiż ġdid, jew kif il-Portal dwar il-Mobilità fix-Xogħol tal-EURES jew Jiem l-Impjiegi (Online) Ewropej wasslu għal opportunitajiet ta’ impjieg uniċi.

It-tliet rebbieħa tal-kompetizzjoni tħabbru matul ċerimonja ta’ premjazzjoni fl-Avveniment tal-25 sena Anniversarju tal-EURES fi Brussell fit-30 ta’ Jannar. It tieni fost dawn kien Edvinas Ulinskas u din hi l-istorja tiegħu.

Isem: Edvinas Ulinskas

Nazzjonalità: Litwan

Tip ta’ entrata: Vidjo

Profil:  Madwar sena ilu, kont qed infittex impjieg. Filwaqt li kont qed inqalleb f'għadd bla tmiem ta’ opportunitajiet ta’ xogħol, dak kollu li bdejt naħseb dwaru kien li nixtri karozza ġdida [tal-marka Mercedes-Benz]. Iżda kull ma stajt naffordja dak iż-żmien kienet karozza tal-logħob!

Kont fortunat li nsib offerta ta' xogħol f'impjant tal-karozzi fil-Finlandja, għalhekk ippakkjajt il-bagalji tiegħi u tirt 'l hemmhekk. Ma kienx faċli li nirriloka, iżda l- l-EURES ġie u għen. Ingħatajt allowance supplimentari.

Wara li ħdimt fl-impjant tal-karozzi għal xi żmien, sirt finanzjarjament sod u stajt nikseb il-karozza tal-ħolma tiegħi.

Nirringrazzjak EURES talli għentni nilħaq l-għanijiet tiegħi!

Tnediet kompetizzjoni simili għall-impjegaturi, li sfidathom jissottomettu ritratt li jirrappreżenta xi jfisser għalihom il-moviment liberu. Ġew offruti vawċers li jiswew EUR 500 u t-tliet rebbieħa ġew imħabbra wkoll matul iċ-ċerimonja tal-premjazzjoni.

Biex issir taf aktar dwar l-impjegaturi rebbieħa - u r-rebbieħa l-oħra fost dawk li qed ifittxu impjieg - iċċekkja s-sit web tal-EURES.

Il-kompetizzjoni tal-#EURES25 kienet parti minn kampanja li għadha għaddejja għall-promozzjoni u għaċ-ċelebrazzjoni tal-25 sena anniversarju tal-EURES. Imniedi fl-1994, l-EURES kiber biex jinkludi 32 pajjiż u aktar minn 1 000 Konsulent. Sal-lum, hemm aktar minn 3 miljun opportunità ta’ impjieg u 15 800 impjegatur irreġistrati fuq il-Portal dwar il-Mobilità fix-Xogħol tal-EURES.

Filwaqt li jħares ’il quddiem lejn il-25 sena ta’ servizz li ġejjin, in-network se jwitti t-triq biex jiġi żgurat li ħafna persuni li possibbilment qed ifittxu impjieg u impjegaturi potenzjali jkunu jafu dwar l-EURES, x’jirrappreżenta, u kif dan jista’ jappoġġahom matul il-ħajja tagħhom jew fil-proċessi ta’ reklutaġġ tagħhom.

 

Links relatati:

Portal dwar il-Mobilità fix-Xogħol tal-EURES

 

Aqra aktar:

Il-Jiem Ewropej tal-Impjiegi

Drop’pin@EURES

Sib Konsulenti tal-EURES

Kondizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol fil-pajjiżi tal-EURES

Il-Bażi ta’ Data tal-Impjiegital-EURES

Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi

Il-Kalendarju tal-Avvenimentital-EURES

Avvenimenti Online li ġejjin

L-EURES fuq Facebook

L-EURES fuq Twitter

L-EURES fuq LinkedIn

Temi
  • Aħbarijiet esterni tal-EURES
  • Ġranet tax-Xogħol/Avvenimenti
  • Aħbarijiet/rapporti/statistika
  • Stejjer ta' suċċess
  • Żgħażagħ
Sezzjoni(jiet) relatati
Settur
  • Accomodation and food service activities
  • Activities of extraterritorial organisations and bodies
  • Activities of households as employers, undifferentiated goods- and services
  • Administrative and support service activities
  • Agriculture, forestry and fishing
  • Arts, entertainment and recreation
  • Construction
  • Education
  • Electricity, gas, steam and air conditioning supply
  • Financial and insurance activities
  • Human health and social work activities
  • Information and communication
  • Manufacturing
  • Mining and quarrying
  • Other service activities
  • Professional, scientific and technical activities
  • Public administration and defence; compulsory social security
  • Real estate activities
  • Transportation and storage
  • Water supply, sewerage, waste management and remediation activities
  • Wholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles

Ċaħda

L-artikoli huma maħsuba biex jipprovdu lill-utenti tal-portal tal-EURES b'informazzjoni dwar suġġetti u xejriet kurrenti u biex jistimulaw id-diskussjoni u d-dibattitu. Il-kontenut tagħhom mhux bilfors jirrifletti l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA) jew tal-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, EURES u ELA ma japprovawx websajts ta' partijiet terzi msemmija hawn fuq.