Sitwazzjoni tax-xogħol – Ottubru –Diċembru 2021
Fir-raba kwart tas-sena2021:
- in-numru ta’ persuni b’età ta’ ʾl fuq minn 15–il sena li kienu jaħdmu kien ta’ 274,110 jew 61.7 fil-mija tal-popolazzjoni ta’ nies akbar minn 15-il sena;
- 8,927 persuna jew -2.0 fil-mija mill-istess grupp kienu qegħda (ma jaħdmux);
- filwaqt li -161,485 persuna jew 36.3 fil-mija tal-imsemmija popolazzjoni ma kienux attivi.
Ir-rata ta’ attività li tinkludi nies fis-suq tax-xogħol u dawk qegħda fir-raba kwart tas-sena 2021 kien stmat għal 79.1 fil-mija tal-popolazzjoni tal-età tax-xogħol. Meta tqabbel ir-raba kwart tas-sena tal-2021 ma’ dak tal-2020, wieħed jinnota li kien hemm żieda ta’ 1.9 fil-mija. L-għola rata ta’ attivita' kienet fost il-persuni li l-età tagħhom hi bejn-il 25 - 54 bi -90.9 fil-mija.
Il-parti tal-popolazzjoni li qiegħda f’impjieg
Fost il-popolazzjoni tan-nisa li jaħdmu, kien hemm 36.4 fil-mija li jaħdmu fis-settur tal-Amministrazzjoni pubblika, id-difiża, l-edukazzjoni, is-saħħa tal-bniedem u tal-ħidma soċjali; 21.-5 fil-mija fis-settur tan-Negozju tal-bejgħ bl-imnut u bl-ingrossa, tiswija ta’ vetturi bil-mutur u oġġetti tad-dar, lukandi u ristoranti, u trasport; u -14.1 fil-mija jaħdmu fis-settur ta’ Servizzi oħra..
Il-maġġoranza tal-irġiel (-25.6 fil-mija) kienu jaħdmu fis-settur tan-Negozju tal-bejgħ bl-imnut u bl-ingrossa, tiswija ta’ vetturi bil-mutur u oġġetti tad-dar, lukandi u ristoranti, u t-trasport; is-settur tal-Amministrazzjoni pubblika, id-difiża, l-edukazzjoni, is-saħħa tal-bniedem u tal-ħidma soċjali b’-17.9 fil-mija; u warajh jiġi s-settur tal-Manifattura u xogħol fil-barrieri u oħrajn b’-15.1 fil-mija.
B’mod ġenerali, l-aktar kategorija komuni ta’ xogħolijiet kienet dik fil-qasam tal-professoionisti, li jammonta għal 57,035 persuna jew -20.8 fil-mija. Din il-kategorija tinkludi xogħlijiet bħal tobba, dentisti, spizjara, inġiniera, għalliema, consulenti u oħrajn. Wieħed isib li 29,714 persuna jew 26 fil-mija tan-nisa jaħdmu f’dan ix-xogħol, u -27,321 persuna jew 17.1 fil-mija tal-irġiel jaħdmu f’dan ix-xogħol ukoll.
Bejn Ottubru u -Diċembru 2021, il-maġġoranza ta’ persuni mpjegati fuq bażi full-time kien ta’ 243,016 jew 88.7 fil-mija u -31,094 jew -11.3 fil-mija kienu jaħdmu f’xogħol part time. In-numru ta’ persuni li jaħdmu għal rashom kien jammonta għal -15.3, fil-mija ta’ dawk kollha li jaħdmu.
Is-salarju gross annwali fix-xahar tal-impjegati kien stmat għal €1,-613 fis-sena. Dan l-ammont jirreferi għall-salarju bażiku u jeskludi ħlasijiet żejda bħal sahra, bonuses u allowances. Fuq bażi settorjali, l-ogħla salarju medju gross annwali għall-impjegati kien fis-settur Finanzjarju u Insurances filwaqt li l-ogħla salarju medju mill-okkupazzjoni prinċipali kienet irreġistrat fost l-Amministraturi maniġerjali.
Il-parti tal-popolazzjoni mingħajr impjieg
Bejn Ottubru u -Diċembru 2021, ir-rata tal-qgħad kienet stmata għal-3.2 fil-mija. L-aktar ammont ta’ nies qegħda kien fost il-persuni ta’ età bejn 25 u 74 sena. Fost il-persuni qegħda, -67.3 fil-mija qalu l’ilhom ifittxu xogħol inqas minn 12-il xahar.
Sors: Stħarriġ tal-Forza tax-Xogħol – -Ottubru u -Diċembru Q4/2021, ħarga Numru 043/2022
Links:
| https://nso.gov.mt/en/News_Releases/Documents/2022/03/News2022_043.pdf |
Skond l-informazzjoni amministrattiva tal-postijiet vakanti, fil-PES (Public Employment Service – Servizz Pubbliku għall-Impjieg) bejn Ottubru u Diċembru 2021, l-aktar 20 tip ta’ xogħlijiet/snajja mitluba huwa kif ġej:
Okkupazzjoni | Perċentwali mit-total tal-postijiet vakanti |
DELIVERYPERSON | 9.94% |
CLEANER | 8.41% |
CLERK | 7.83% |
LABOURER BUILDING CONSTRUCTION | 5.08% |
WAITER | 3.74% |
SECURITY GUARD | 3.23% |
MACHINE OPERATOR | 3.12% |
SALESPERSON | 2.63% |
BRICKLAYERS AND STONEMASONS (BENNEJ) | 2.45% |
MOTORCYCLE DRIVER | 2.02% |
INTERVIEWER MARKET RESEARCH | 1.87% |
PRINT FINISHING AND BINDING WORKERS | 1.81% |
MANAGER | 1.74% |
CARE WORKER | 1.72% |
HANDYPERSON / MAINTENANCE | 1.51% |
LABOURER (INCL. FACTORY HAND UNSKILLED LABOURER) | 1.36% |
SHOP SUPERVISOR | 1.35% |
KITCHEN HAND | 1.33% |
ELECTRICIAN BUILDING AND RELATED | 1.23% |
STEEL WORKER | 1.23% |
Fl-aħħar ta’ Jannar 2022, in-nies li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol mal-Jobsplus (PES), fittxew l-aktar għal xogħolijiet bħala Skrivani bi 26 fil-mija u għal xogħolijiet Tekniċi u Professjonali b’-17 fil-mija. Kemm l-irġiel kif ukoll in-nisa li kienu qed jirreġisraw fittxew l-aktar għal xogħolijiet bħala Skrivani bi -20 fil-mija u -39 fil-mija rispettivament; u għal xogħolijiet Tekniċi u Professjonali bi -16 fil-mija u -18 fil-mija rispettivament u ta’ Bejjiegħa u Servizzi bi -13 fil-mija u -17 fil-mija rispettivament.