
Qatt mhu tard wisq biex taqbad triq ġdida
Eddy Bomboko beda l-karriera tiegħu bħala kantant u produttur, iżda wara li ħadem fl-industrija tal-mużika għal diversi snin, iddeċieda li jaqbad triq ġdida. “Meta kelli 38 sena, indunajt li mhux faċli li jkollok karriera mużikali fil-Belġju, għalhekk iddeċidejt li nitħarreġ mill-ġdid u nsir kok,” qal Eddy.
Bis-saħħa ta’ Actiris International (id-dipartiment tal-mobilità internazzjonali tas-Servizz Pubbliku tal-Impjiegi fi Brussell, li huwa wkoll membru tal-EURES), Eddy temm it-taħriġ tiegħu, u fi żmien xahar sab impjieg fi Brussell.
Ħerqan għall-esperjenza ta’ xogħol internazzjonali
Ġurnata waħda, il-kok żagħżugħ irċieva email mingħand Konsulent tal-EURESminn Actiris International dwar opportunità fi Franza li sab intriganti. “Kien traineeship ta’ sitt xhur fir-resort Club Med f’Haute-Savoie. Dejjem ridt naħdem barra minn pajjiżi, għalhekk applikajt immedjatament. Din kienet ukoll opportunità kbira biex nitgħallem aktar dwar kif jaħdmu r-ristoranti Franċiżi.”
Eddy jgħid li l-EURES kellu rwol ċentrali bħala intermedjarju bejnu u l-impjegatur. Actiris International kien inkarigat mill-organizzazzjoni tal-intervista tax-xogħol u mill-għażla tal-kandidati għall-impjegatur.
“Mingħajrhom, ma kienx jirnexxili nsib din l-opportunità,” qal il-kok żagħżugħ. Meta jħares lura, Eddy jiftakar li l-proċess ta’ reklutaġġ seħħ malajr ħafna.
Il-Konsulent tal-EURES stedinni fl-uffiċċju ta’ Actiris għal intervista ma’ Club Med. Meta wasalt, kien hemm madwar 10 kandidati oħra. Matul l-intervista tiegħi, l-impjegatur qal li sab is-CV tiegħi interessanti ħafna minħabba l-isfond artistiku tiegħi. Qaluli li kienu se jikkuntattjawni dalwaqt, iżda li diġà kelli nibda nipprepara biex immur Franza.”
Il-valur tal-esperjenza internazzjonali
Wara li kiseb ftit esperjenza fi Franza, il-kok żagħżugħ issa jinsab lest għall-avventura li jmiss tiegħu. Huwa jemmen li l-esperjenza tax-xogħol internazzjonali hija essenzjali għall-progress fil-karriera: “Tiftaħlek ħafna bibien. Pereżempju, bħalissa ninsab fl-istadju finali tal-għażla għal impjieg fil-Kongo, u nemmen li l-esperjenza tiegħi fi Club Med kellha sehem kbir biex nasal s’hawn.”
Eddy jemmen li x-xogħol barra mill-pajjiż għandu d-diffikultajiet tiegħu. “Jeħtieġ li jkollok ċerta maturità. B’hekk infisser li trid tkun lest biex tkun ’il bogħod mill-familja tiegħek għal xi żmien. Huwa importanti wkoll li jkollok nies li jappoġġjawk, u żgur li għandu bżonn ikollok spirtu avventuruż.”
Trid tibda l-avventura tiegħek barra minn pajjiżek? Minkejja l-pandemija, il-Konsulenti tagħna tal-EURES qegħdin hemm biex jagħtu pariri u jappoġġjaw lil dawk li qed ifittxu impjieg biex isibu opportunitajiet fl-Ewropa kollha. Ikkuntattja lill-helpdesk tal-EURES biex tibda mil-lum.
Links relatati:
Aqra aktar:
Il-kundizzjonijiet tal-ħajja u x-xogħol fil-pajjiżi tal-EURES
Il-Bażi tad-Data tal-Impjiegi tal-EURES
Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi
Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES
Avvenimenti Online li ġejjin
L-EURES fuq Facebook
L-EURES fuq Twitter
L-EURES fuq LinkedIn
Dettalji
- Data tal-pubblikazzjoni
- 15 Ġunju 2021
- Awturi
- L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol | Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni
- Temi
- Żgħażagħ
- Sezzjoni(jiet) relatati
- L-Għajxien u x-Xogħol
- Settur
- Accomodation and food service activitiesActivities of extraterritorial organisations and bodiesActivities of households as employers, undifferentiated goods- and servicesAdministrative and support service activitiesAgriculture, forestry and fishingArts, entertainment and recreationConstructionEducationElectricity, gas, steam and air conditioning supplyFinancial and insurance activitiesHuman health and social work activitiesInformation and communicationManufacturingMining and quarryingOther service activitiesProfessional, scientific and technical activitiesPublic administration and defence; compulsory social securityReal estate activitiesTransportation and storageWater supply, sewerage, waste management and remediation activitiesWholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles