Skip to main content
Logo tal-Kummissjoni Ewropea
EURES
Artiklu tal-aħbarijiet31 Mejju 2018L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni

Mill-Irlanda għall-Kroazja u lura: kif EURES jgħin negozji kbar isibu impjegati għal rwoli internazzjonali

Marriott International hija waħda mill-aħjar kumpaniji tal-ospitalità fid-dinja, b’katina ta’ aktar minn 6,000 lukanda f’aktar minn 122 pajjiż. B’bażi ta’ klijenti hekk varja, hemm domanda kbira għal impjegati multilingwi u l-Marriott il-ħin kollu tfittex persunal ġdid b’talent – bl-għajnuna ta’ EURES.

From Ireland to Croatia and back again: how EURES helps big businesses fill international roles
© Luxury Reservations Ltd, 2013/Aileen O’Keeffe

EURES u l-konsulenti tiegħu spiċċaw bi rwol importanti f’dan il-proċess ta’ reklutaġġ – partikolarment għaċ-Ċentru tal-Involviment tal-Klijenti ta’ Marriott f’Cork, l-Irlanda. “Bħalissa naqdu disa’ swieq ta’ lingwi differenti,” Aoife Lyons, tispjega Speċjalista tar-Reklutaġġ fiċ-Ċentru. “Xi drabi, ikollna bżonn l-għajnuna biex niżguraw li dawn is-swieq jinqdew, speċjalment minħabba t-tkabbir ekonomiku li ilha tesperjenza l-Belt ta’ Cork fl-aħħar ftit snin.”

“Ir-rwol ta’ Speċjalista tal-Prenotazzjonijiet u l-Klijenti tagħna huwa wieħed li primarjament nħaddmu esternament għalih,” iżżid. “Dan jinvolvi li ngħinu lill-klijenti tagħna b’mistoqsijiet dwar il-prenotazzjoni f’numru ta’ swieq ta’ lingwi.”

Hugh Rodgers, konsulent f’EURES Irlanda, issa ilu jgħin lil Marriott International, Cork bil-ħtiġijiet tar-reklutaġġ tagħhom għal aktar minn 10 snin. “Aħna nippromwovu l-pożizzjonijiet tagħhom fil-portal tal-EURES u għandna wkoll aċċess għas-siti nazzjonali,” jgħid. “Jien nsib appoġġ kbir ukoll min-netwerk ta’ Konsulenti ta’ EURES f’pajjiżi bħall-Kroazja, id-Danimarka u n-Netherlands, li jqabblu u jippromwovu dawn il-pożizzjonijeit fil-pajjiżi tagħhom stess.”

Waħda minn dawn il-konsulenti hija Martina Vidakovic minn EURES Kroazja, li matul is-snin, għenet biex tqabbel numru ta’ Kroati b’talent ma’ pożizzjonijiet miftuħa fiċ-Ċentru ta’ Involviment tal-Klijenti ta’ Marriott.

Kienet laqgħa b’kumbinazzjoni bejn il-kollega tagħha u Hugh li nibtet il-kollaborazzjoni bejn iż-żewġ uffiċċji ta’ EURES. “Il-kollega tiegħi Patricija ltaqgħet ma’ Hugh f’kors ta’ taħriġ u semmiet li bosta nies Kroati jitkellmu bil-Ġermaniż, kif ukoll bl-Ingliż,” qalet Martina. “Hugh indika li Marriott International għandha bażi ta’ klijenti Ġermaniżi kbira u hija tabilħaqq ħila lingwistika mfittxija ħafna. Huwa stedinha biex iżżurhom u tara kemm Marriott hija impjegatur tajjeb. Minn hemm ’il quddiem kulħadd jaf x’ġara.”

Martina temmen li l-fatt li l-Kroazja kienet l-aktar pajjiż riċenti li ssieħeb fl-UE kellu sehem biex jagħmel l-isforzi ta’ reklutaġġ tant ta' suċċess. “Bis-suq tax-xogħol li qed jespandi, għandna bosta nies Kroati li huma interessanti f’esperjenza ġodda barra.”

“Il-Kroati togħġobhom ħafna l-Irlanda,” żiedet tgħid, “u hemm bosta similiritajiet kulturali bejn in-nies Irlandiżi u Kroati. L-Irlanda huwa wieħed mill-pajjiżi li huma [il-Kroati] spiss jagħżlu biex jibdew xi ħaġa ġdida.”

Il-feedback minn dawk li għamlu l-vjaġġ għall-Irlanda kien bla dubju wieħed pożittiv. “Malajr jinsew bina għax tant jieħdu gost jaħdmu f’Marriott,” tgħid Martina bid-daħka. “Il-feedback kollu li rċivejna s’issa jikkonferma li dawn huma sodisfatti u qed jieħdu ħsiebhom tajjeb!”

L-esperjenza taċ-Ċentru tal-Involviment tal-Klijenti ta’ Marriott hija eżempju tajjeb ħafna tal-benefiċċji li jista’ jagħti EURES lill-kumpaniji madwar l-Ewropa.

“Jien naħseb li EURES għandu l-potenzjal li jkun appoġġ kbir għall-kumpaniji li qed jirreklutaw b’mod internazzjonali,” jgħid Hugh. “Dan jilħaq bosta nies madwar il-pajjiżi kollha u għandu netwerk ta’ appoġġ tajjeb ħafna. Dan għandu wkoll l-għodod li jipprovdi kemm għajnuna kif ukoll informazzjoni, u jista’ joffri pakkett komprensiv lill-impjegaturi.”

U bħala rappreżentanta ta’ waħda minn dawn il-kumpaniji, x’inhi l-perspettiva ta’ Aoife? “EURES huwa ta’ għajnuna, informattiv, iwieġeb fil-ħin u dejjem nieħdu pjaċir naħdmu miegħu!” tgħid hi b’entużjażmu. “Joffrilna ħafna appoġġ għall-ħtiġijiet tar-reklutaġġ tagħna.”

 

Links relatati:

EURES Irlanda

EURES Kroazja

Ċentri ta’ Involviment tal-Klijenti ta’ Marriott International

 

Aqra aktar:

Jiem l-Impjiegi Ewropej

Drop’pin@EURES

Sib Konsulent ta’ EURES

Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol f’pajjiżi ta’ EURES

EURES Bażi ta’ data tal-Impjiegi

Servizzi tal-EURES għal impjegaturi

EURES Kalendarju tal-Avvenimenti

Avvenimenti Online Li ġejjin

EURES fuq Facebook

EURES fuq Twitter

EURES fuq LinkedIn

Temi
Negozju/IntraprenditorijaL-aħjar prattika tal-EURESAħbarijiet esterni tal-EURESPartijiet interessati esterniAħbarijiet interni tal-EURESStejjer ta' suċċessŻgħażagħ
Settur
Accomodation and food service activitiesActivities of extraterritorial organisations and bodiesActivities of households as employers, undifferentiated goods- and servicesAdministrative and support service activitiesAgriculture, forestry and fishingArts, entertainment and recreationConstructionEducationElectricity, gas, steam and air conditioning supplyFinancial and insurance activitiesHuman health and social work activitiesInformation and communicationManufacturingMining and quarryingOther service activitiesProfessional, scientific and technical activitiesPublic administration and defence; compulsory social securityReal estate activitiesTransportation and storageWater supply, sewerage, waste management and remediation activitiesWholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles

Ċaħda

L-artikoli huma maħsuba biex jipprovdu lill-utenti tal-portal tal-EURES b'informazzjoni dwar suġġetti u xejriet kurrenti u biex jistimulaw id-diskussjoni u d-dibattitu. Il-kontenut tagħhom mhux bilfors jirrifletti l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA) jew tal-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, EURES u ELA ma japprovawx websajts ta' partijiet terzi msemmija hawn fuq.