Mur għall-kontenut ewlieni
EURES (EURopean Employment Services)
Artiklu tal-aħbarijiet23 Frar 2024L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni3 min qari

Kif tuża l-Jiem Ewropej tal-Impjiegi biex issib xogħol barra mill-pajjiż

Persuni li jkunu qed ifittxu impjieg jistgħu jesploraw għadd kbir ta’ opportunitajiet ta’ xogħol f’31 pajjiż. Kull sena jsiru madwar 35 Jum Ewropew tal-Impjiegi, b’aktar minn 35 000 offerta ta’ impjieg ippubblikati mill-2013.

How to use European Job Days to find work abroad
Photo credit: EURES

 

Jekk qatt ħsibt li tmur taħdem f’pajjiż ieħor, iżda m’intix ċert(a) kif tista’ ssib l-impjieg xieraq għalik, mela l-Jiem Ewropej tal-Impjiegi huma adatti għalik. Tista’ taqsam il-ħiliet tiegħek mal-impjegaturi minn madwar l-Ewropa mingħajr ma toħroġ mid-dar, f’avvenimenti online regolari organizzati permezz tas-sit web tal-Jiem Ewropej tal-Impjiegi. Tista’ tagħmel kuntatt ma’ impjegaturi f’setturi mill-mediċina sat-turiżmu, li jistgħu jirreġistraw mas-servizz huma stess biex jaraw eluf ta’ CVs mingħajr ħlas. “Kemm jekk inti radjoloġista ta’ esperjenza jew żagħżugħ/żagħżugħa li qed tfittex avventura f’pajjiż ieħor, il-Jiem Ewropej tal-Impjiegi jista’ jkollhom xi ħaġa x’joffrulek,” jgħid is-sit web. Is-servizz huwa mmexxi mill-EURES u mill-Kummissjoni Ewropea.

Jiem Ewropej tal-Impjiegi: bin-numri

  • 8,600+ impjegatur u 82,500+ impjegat potenzjali irreġistraw għal avvenimenti online u/jew offline
  • Ġew sottomessi 174 000+ applikazzjoni għax-xogħol
  • Saru 35,300 offerta ta’ impjieg

Dawn in-numri qed jiżdiedu kuljum. Għexieren ta’ eluf ta’ ċittadini tal-UE, kif ukoll mill-pajjiżi taż-ŻEE u l-Iżvizzera, użaw il-Jiem Ewropej tal-Impjiegi biex jesperjenzaw il-ħajja u x-xogħol lil hinn mill-fruntieri ta’ pajjiżhom. Kif tista’ tingħaqad magħhom?

Kif tista’ tinvolvi ruħek

L-ewwel pass utli huwa li tirreġistra fuq is-sit web. Matul il-proċess ta’ reġistrazzjoni, tista’ tirreġistra għal avvenimenti li tixtieq tieħu sehem fihom u ttella’ s-CV tiegħek.

Avvenimenti online li ġejjin fi Frar u f’Marzu:

  • Make it in Germany 2024 (Agħmilha fil-Ġermanja 2024 (29 ta’ Frar)
  • Tourism & Hospitality Jobs in Norway (Impjiegi fit-Turiżmu u fl-Ospitalità fin-Norveġja) (13 ta’ Mar)
  • Finland Words (Kliem il-Finlandja) (20 ta’ Mar)
  • Work IT in Flanders (Aħdem fl-IT fil-Flanders) (26 ta’ Marzu)

B’ħarsa ’l quddiem, l-avvenimenti ġew skedati sa Ottubru 2024. Fittex l-avveniment li huwa l-aktar rilevanti għalik. Ladarba tkun irreġistrajt, tista’ tuża wkoll is-sit web biex tapplika għal impjiegi u tiskeda l-intervisti.

X’għandek tistenna

Kull jum tal-impjiegi online tipikament jinkludi preżentazzjonijiet dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol u tal-għajxien f’pajjiżi differenti, pariri dwar kif toħloq CV għas-suq, filwaqt li tista’ tisma’ wkoll mingħand impjegaturi li jikkondividu informazzjoni dwar in-negozju tagħhom u l-opportunitajiet ta’ impjieg li qed joffru.

Persuni li qed ifittxu impjieg jistgħu wkoll jagħmlu l-mistoqsijiet tagħhom direttament lill-impjegaturi permezz ta’ live chat, u jiskedaw intervisti. Hemm disponibbli pariri għall-persuni li qed ifittxu impjieg – u għall-impjegaturi – permezz ta’ tutorials fuq vidjo fuq is-sit web, taqsima ta’ FAQ, kif ukoll mill-Helpdesk tal-EURES.

Mappa interattiva fuq il-paġna ewlenija turi l-impjiegi li huma disponibbli bħalissa f’pajjiżi differenti, b’ħafna minnhom jinkludu kemm l-applikanti jistgħu jistennew li jaqilgħu. Waqt li kien qed jinkiteb dan id-dokument, kien hemm aktar minn 200 impjieg disponibbli fil-Ġermanja, pereżempju, u 180 fil-Portugall – offruti minn impjegaturi f’industriji li jinkludu l-ospitalità, it-turiżmu u l-manifattura, li qed jirreklutaw għal rwoli li jvarjaw sew bejniethom bħal receptionists, kokijiet, inġiniera u analisti tal-finanzi.

B’diversi opportunitajiet disponibbli, dan huwa żmien tajjeb ħafna biex tesplora l-għażliet disponibbli, kemm jekk qed taħseb biex tqatta’ sajf barra minn pajjiżek jew jekk qed taħseb għal bidla fil-karriera aktar fit-tul. Tista’ tuża wkoll is-sit web tal-EURES biex issir taf aktar dwar xi tfisser li tgħix u taħdem fi Stati Membri differenti tal-UE.

Żur is-sit web tal-Jiem Ewropej tal-Impjiegi biex tesplora l-avvenimenti li ġejjin u l-opportunitajiet ta’ xogħol.


 

Links relatati:

Jiem Ewropej għall-Impjiegi

Paġna ta’ reġistrazzjoni tal-Jiem Ewropej tal-Impjiegi

Ikkuntattja l-Helpdesk tal-EURES

 

Aqra aktar:

Jiem Ewropej għall-Impjiegi

Sib Konsulenti tal-EURES

Il-kundizzjonijiet tal-għajxien u tax-xogħol fil-pajjiżi tal-EURES

Bażi tad-data tal-Impjiegi tal-EURES

Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi

Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES

Avvenimenti Online li ġejjin

Il-EURES fuq Facebook

L-EURES fuq Twitter

L-EURES fuqLinkedIn

L-EURES fuq Instagram

Temi
  • Negozju/Intraprenditorija
  • Kaxxa tal-għodda tal-UE għall-mobilità
  • Taħriġ EURES
  • Ideat u Suġġerimenti
  • Aħbarijiet dwar is-suq tax-xogħol/aħbarijiet dwar il-mobilità
  • Aħbarijiet/rapporti/statistika
  • Xejriet ta' reklutaġġ
  • Żgħażagħ
Sezzjoni(jiet) relatati
Settur
  • Accomodation and food service activities
  • Activities of extraterritorial organisations and bodies
  • Activities of households as employers, undifferentiated goods- and services
  • Administrative and support service activities
  • Agriculture, forestry and fishing
  • Arts, entertainment and recreation
  • Construction
  • Education
  • Electricity, gas, steam and air conditioning supply
  • Human health and social work activities
  • Information and communication
  • Manufacturing
  • Mining and quarrying
  • Other service activities
  • Professional, scientific and technical activities
  • Public administration and defence; compulsory social security
  • Real estate activities
  • Transportation and storage
  • Water supply, sewerage, waste management and remediation activities
  • Wholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles

Ċaħda

L-artikoli huma maħsuba biex jipprovdu lill-utenti tal-portal tal-EURES b'informazzjoni dwar suġġetti u xejriet kurrenti u biex jistimulaw id-diskussjoni u d-dibattitu. Il-kontenut tagħhom mhux bilfors jirrifletti l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA) jew tal-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, EURES u ELA ma japprovawx websajts ta' partijiet terzi msemmija hawn fuq.