Mur għall-kontenut ewlieni
EURES (EURopean Employment Services)
Artiklu tal-aħbarijiet12 Ġunju 2023L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni3 min qari

Kif tnaqqas l-istress għall-impjegati u tevita l-eżawriment

L-istudji jissuġġerixxu li s-sodisfazzjon tal-impjegati huwa marbut direttament ma’ prestazzjoni tajba. Jekk l-impjegati tiegħek qed iħossuhom mgħobbija żżejjed minħabba l-istress tax-xogħol, dan jista’ jkollu impatt serju fuq in-negozju tiegħek. Għolli l-livell tal-forza tax-xogħol tiegħek billi titgħallem kif tindirizza l-eżawriment tal-impjegati.

How to reduce employee stress and prevent burnout

Stabbilixxi kanali ta’ komunikazzjoni regolari

Il-komunikazzjoni regolari bejn l-impjegati u l-maniġers tagħhom hija kruċjali għall-identifikazzjoni ta’ sinjali bikrija ta’ eżawriment. Kun żgur li l-maniġers u l-impjegati jkollhom aġġornamenti ta’ kull ġimgħa biex jiddiskutu u jindirizzaw l-ammont ta’ xogħol u l-istress.

Immaniġġja b’mod li l-ammont ta’ xogħol ikun raġonevoli

Kun ċert li l-maniġers iżommu għajnejhom fuq l-ammont ta’ xogħol tat-tim tagħhom, filwaqt li jiżguraw li dan jinfirex b’mod ugwali u f’livelli raġonevoli.

Kun ċert li l-impjegati jħossuhom komdi jistabbilixxu limiti

Xi impjegati jsibuha diffiċli biex jirrifjutaw xi xogħol jew jitolbu estensjonijiet tal-iskadenza meta jkollhom ħafna xogħol. X’aktarx saħansitra jaħsbu li jistgħu jsibu lilhom infushom f’diffikultà mal-maniġers tagħhom jekk jirrifjutaw li jwettqu kompitu. Meta l-impjegati jkunu qed jaħdmu b’kapaċità massima u jirċievu xogħol addizzjonali, għandhom iħossuhom komdi li jgħidu “le” u jitolbu l-appoġġ tal-maniġers tagħhom.

Offri sigħat ta’ xogħol flessibbli

Il-ħinijiet tax-xogħol fissi jistgħu ma jkunux ideali għall-impjegati kollha tiegħek. Ħafna drabi dawn jistgħu jaħbtu ma’ impenji oħra bħal li jiġbru t-tfal mill-iskola jew li jieħdu ħsieb membru tal-familja anzjan. Billi toffri ħinijiet tax-xogħol flessibbli, inti tikkontribwixxi għat-titjib tal-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata tal-impjegati tiegħek u, konsegwentement, tnaqqas l-istress fuq ix-xogħol u l-eżawriment.

Ħeġġeġ il-ħidma f’tim

Il-persuni li jaħdmu waħedhom huma aktar suxxettibbli li jħossu stress u eżawriment fuq ix-xogħol. L-inkoraġġiment għal ħidma f’tim bejn l-impjegati jibbilanċja l-ammonti ta’ xogħol, u b’hekk jitnaqqas l-istress fuq il-post tax-xogħol.

Ipprovdi riżorsi għall-indirizzar tal-eżawriment fuq ix-xogħol

Jista’ jkun li ħadt ħafna miżuri biex tipprevjeni l-eżawriment, iżda inevitabbilment xi wħud mill-impjegati tiegħek jistgħu jħossuhom mgħobbija żżejjed bl-istress. Dan huwa normali, peress li n-nies għandhom reżiljenza differenti, u xi drabi l-eżawriment ikun ikkawżat minn kwistjonijiet fil-ħajja personali tagħhom. Iddiskuti mal-Uffiċjal tar-Riżorsi Umani tiegħek liema riżorsi għandhom jiġu żviluppati u jsiru disponibbli għal persuni li jkunu qed jesperjenzaw eżawriment tax-xogħol. Dawn jistgħu jinkludu linji telefoniċi ta’ għajnuna rigward is-saħħa mentali, programmi ta’ assistenza, kuntatti ma’ terapisti, u skemi ta’ tnaqqis fl-ammont ta’ xogħol.

Introduċi l-jiem tas-saħħa mentali

Ħafna kumpaniji joffru lill-impjegati tagħhom għadd fiss ta’ jiem ta’ saħħa mentali fis-sena. Dawn huma jiem ta’ waqfien li l-impjegati jistgħu jieħdu, mingħajr ma jistaqsu mistoqsijiet, kull meta jħossuhom mgħobbija żżejjed bix-xogħol.

Ħeġġeġ lill-impjegati jużaw il-liv annwali kollu tagħhom

L-impjegati għandhom jiġu mħeġġa jużaw il-jiem kollha tal-liv annwali tagħhom. Dan jista’ jsir billi jitnaqqas l-għadd ta’ jiem li n-nies jistgħu “jittrasferixxu” fis-sena ta’ wara u billi n-nies jiġu mħeġġa jieħdu jiem ta’ liv matul perjodi ta’ inqas xogħol.

Ippremja s-suċċess (u agħmel dan b’mod ġust)

L-impjegati spiss jistgħu jħossu eżawriment meta ma jirċevux rikonoxximent għax-xogħol iebes u l-kisbiet tagħhom, speċjalment jekk jaraw li l-maniġers mhumiex ġusti fit-twassil ta’ tifħir u apprezzament. Kun ċert li l-maniġers tiegħek iżommu għajnejhom fuq il-kisbiet tat-timijiet tagħhom, u juru apprezzament meta dan ikun dovut.

Ilkoll kellna din il-problema – immorru vjaġġ fuq xogħol, iżda mar-ritorn tagħna nsibu ma’ wiċċna inbox mimlija emails li ma nqrawx u kompiti pendenti. Kif tibqa’ produttiva meta tivvjaġġa fuq xogħol.

 

Links relatati:

Kif tibqa’ produttiva meta tivvjaġġa fuq xogħol

 

Aqra aktar:

Il-Jiem tal-Impjiegi Ewropej

Sib Konsulenti tal-EURES

Kundizzjonijiet tal-ħajja u x-xogħol fil-pajjiżi tal-EURES

Bażi tad-data tal-Impjiegi tal-EURES

Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi

Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES

Avvenimenti Online li ġejjin

L-EURES fuq Facebook

L-EURES fuq Twitter

L-EURES fuq LinkedIn

Temi
  • Negozju/Intraprenditorija
  • Ideat u Suġġerimenti
Sezzjoni(jiet) relatati
  • Għajnuna u appoġġ
  • Ideat u Suġġerimenti
Settur
  • Accomodation and food service activities
  • Activities of extraterritorial organisations and bodies
  • Activities of households as employers, undifferentiated goods- and services
  • Administrative and support service activities
  • Agriculture, forestry and fishing
  • Arts, entertainment and recreation
  • Construction
  • Education
  • Electricity, gas, steam and air conditioning supply
  • Financial and insurance activities
  • Human health and social work activities
  • Information and communication
  • Manufacturing
  • Mining and quarrying
  • Other service activities
  • Professional, scientific and technical activities
  • Public administration and defence; compulsory social security
  • Real estate activities
  • Transportation and storage
  • Water supply, sewerage, waste management and remediation activities
  • Wholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles

Ċaħda

L-artikoli huma maħsuba biex jipprovdu lill-utenti tal-portal tal-EURES b'informazzjoni dwar suġġetti u xejriet kurrenti u biex jistimulaw id-diskussjoni u d-dibattitu. Il-kontenut tagħhom mhux bilfors jirrifletti l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA) jew tal-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, EURES u ELA ma japprovawx websajts ta' partijiet terzi msemmija hawn fuq.