Skip to main content
Logo tal-Kummissjoni Ewropea
EURES
Artiklu tal-aħbarijiet22 Diċembru 2021L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni

Kif trawwem il-benesseri fost l-impjegati wara l-COVID-19

Il-benesseri kien suġġett li sar dejjem aktar popolari matul il-pandemija hekk kif l-impjegati madwar id-dinja esploraw bilanċ ġdid bejn ix-xogħol u l-ħajja privata filwaqt li jaħdmu mid-dar. Aqra l-aqwa ħames suġġerimenti tagħna biex jiġi żgurat li l-persunal ikun sikur u b’saħħtu wara l-kriżi.

How to foster wellbeing among employees post COVID-19
How to foster wellbeing among employees post COVID-19
EURES
  1. Kun ċert li l-impjegati tiegħek iħossuhom sikuri

Ħafna nies huma mbeżżgħin dwar ir-riskji involuti meta joħorgu mid-dar u jkunu madwar gruppi kbar ta’ nies wara l-pandemija. Huwa importanti li mhux biss l-impjegati tiegħek jiġu assigurati, iżda li jiġu żgurati l-protokolli t-tajba sabiex iħossuhom sikuri meta jaħdmu u jżuru l-post tax-xogħol. Dan jista’ jinkludi sistema ta’ riservazzjoni ta’ skrivaniji, limitu fuq in-numru ta’ persuni fuq il-post tax-xogħol, il-provvista ta’ sanitizzatur u maskri, it-tindif bir-reqqa tal-post tax-xogħol kuljum, il-permess lill-impjegati sabiex jaħdmu minn fejn iħossuhom komdi, u li tistaqsi x’jagħmilhom aktar komdi biex jimxu ’l quddiem.

  1. Isma’ x’qed jgħidulek l-impjegati tiegħek

L-aktar mod faċli biex issir taf kif qed iħossu xi ħadd huwa billi tkellmu direttament. L-organizzazzjoni ta’ laqgħat regolari ta’ aġġornament, virtwali jew b’mod fiżiku, jista’ jkollha impatt pożittiv kbir fuq il-ġurnata ta’ xi ħadd. Konverżazzjonijiet informali jagħtu lill-impjegati l-opportunità li jgħidulek jekk humiex qed jesperjenzaw xi problemi, u b’hekk tkun tista’ tgħinhom isibu soluzzjoni qabel ma l-problema tmur għall-agħar. L-iżgurar li t-tħassib tal-impjegati jinstema’ se jtejjeb il-benesseri ġenerali tal-persunal u l-moral fuq il-post tax-xogħol. Modi oħra biex issir taf kif qed iħossuhom in-nies jinkludu stħarriġ anonimu, diskussjonijiet fi gruppi u formoli ta’ feedback.

  1. Oħloq u ppromwovi modi biex in-nies ifittxu parir

Kemm jekk xi ħadd ikun qed jiffaċċja kwistjoni fuq il-post tax-xogħol kif ukoll id-dar, jista’ jibbenefika milli jkollu xi ħadd ma’ min jitkellem. Ikkunsidra li tgħaqqad tim ta’ benessri ta’ voluntiera li l-impjegati jistgħu jagħmlu kuntatt magħhom għal konverżazzjonijiet kunfidenzjali u gwida. Jistgħu ma jħossuhomx komdi li jitkellmu ma’ xi ħadd fit-tim tagħhom stess, b’hekk kun żgur li tinvolvi persuni minn diversi dipartimenti. L-għoti ta’ kors ta’ taħriġ dwar il-benesseri se jħejji wkoll aħjar lill-persunal biex jappoġġa lil oħrajn u jtejjeb il-kwalità tal-parir tagħhom.

  1. Agħti prijorità lis-saħħa mentali

Illum, is-saħħa u l-benesseri mentali qed jiġu diskussi b’mod aktar miftuħ fuq il-post tax-xogħol. Ħafna impjegaturi ħadu passi biex is-suġġett isir prijorità u jinkluduh fil-politiki ta’ ħidma tagħhom, pereżempju billi semmewh bħala raġuni biex tittieħed ġurnata liv u jiġu introdotti miżuri għaż-żamma tal-benesseri. Dan involva l-għoti ta’ appoġġ bħal konsulenza lil dawk li għandhom diffikultajiet. Il-promozzjoni tal-benesseri u ż-żieda fis-sensibilizizazzjoni dwaru fuq il-post tax-xogħol jistgħu jgħinu biex jiġi evitat il-mard mentali, u b’hekk l-impjegati jkunu aktar ferħanin kif ukoll aktar sikuri.

  1. Aċċetta l-bidliet li kkawżat il-pandemija

Il-pandemija kkawżat ħafna bidliet, speċjalment fir-rigward tax-xogħol. Dan irriżulta f’ħafna inċertezza fost l-impjegati, iżda huwa wkoll opportunità għan-negozji biex jiżviluppaw. Ir-ristrutturar, l-iffokar mill-ġdid u l-bini mill-ġdid jistgħu jkunu eċitanti u jwasslu għal aktar opportunitajiet għall-persunal. Billi tħaddan dawn il-bidliet u tadatta għalihom, it-tim tiegħek jista’ jħossu motivat minflok imħasseb, u jħares ’il quddiem lejn il-futur. L-aħjar użu minn bidliet ġodda se jgħin ukoll biex l-organizzazzjoni tiegħek tibqa’ valida fil-futur, bħat-tkomplija tal-użu effettiv tal-pjattaformi online u l-offerta ta’ politiki ta’ ħidma flessibbli jew ibrida.

Għal aktar tagħrif dwar il-ġestjoni tal-impjegati wara l-COVID-19, ara Kif timmotiva lill-impjegati li jerġgħu lura għax-xogħol wara l-COVID-19.

 

Links relatati:

Kif timmotiva lill-impjegati li jerġgħu lura għax-xogħol wara l-COVID-19

 

Aqra aktar:

Jiem Ewropej tal-Impjiegi

Sib Konsulenti tal-EURES

Il-kundizzjonijiet tal-għajxien u tax-xogħol fil-pajjiżi tal-EURES

Il-Bażi tad-Data tal-Impjiegi  tal-EURES

Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi

Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES

Avvenimenti Online li għadhom ġejjin

L-EURES fuq Facebook

L-EURES fuq Twitter

L-EURES fuq LinkedIn

    Temi
    Ideat u Suġġerimenti
    Settur
    Accomodation and food service activitiesActivities of extraterritorial organisations and bodiesActivities of households as employers, undifferentiated goods- and servicesAdministrative and support service activitiesAgriculture, forestry and fishingArts, entertainment and recreationConstructionEducationElectricity, gas, steam and air conditioning supplyFinancial and insurance activitiesHuman health and social work activitiesInformation and communicationManufacturingMining and quarryingOther service activitiesProfessional, scientific and technical activitiesPublic administration and defence; compulsory social securityReal estate activitiesTransportation and storageWater supply, sewerage, waste management and remediation activitiesWholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles

    Ċaħda

    L-artikoli huma maħsuba biex jipprovdu lill-utenti tal-portal tal-EURES b'informazzjoni dwar suġġetti u xejriet kurrenti u biex jistimulaw id-diskussjoni u d-dibattitu. Il-kontenut tagħhom mhux bilfors jirrifletti l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA) jew tal-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, EURES u ELA ma japprovawx websajts ta' partijiet terzi msemmija hawn fuq.