Mur għall-kontenut ewlieni
EURES (EURopean Employment Services)
Artiklu tal-aħbarijiet18 Mejju 2020L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni4 min qari

Għodod għat-tagħlim tal-lingwi mingħajr ħlas biex jgħinuk ittejjeb il-ħiliet tiegħek mid-dar

Li titkellem lingwa barranija hija ħila imprezzabbli. Din iżżid il-kompetittività tiegħek fis-suq tax-xogħol, u hija għodda utli u spiss essenzjali meta tkun qed tgħix u taħdem barra minn pajjiżek. Ħafna riċerkaturi jemmnu wkoll li t-tagħlim ta’ lingwa ġdida huwa tajjeb għall-moħħ tiegħek.

Free language learning tools to help you upskill from home
Shutterstock

Jekk qed tqatta’ aktar ħin mis-soltu d-dar minħabba s-sitwazzjoni attwali tal-COVID-19, jista’ jkun li tkun qed tfittex passatempi produttivi u opportunitajiet biex ittejjeb il-ħiliet tiegħek. Jekk dan huwa minnu, tista’ tuża din l-opportunità biex tibda titgħallem lingwa ġdida jew taġġorna l-ħiliet eżistenti tiegħek.

Għalkemm dan mhuwiex iż-żmien ideali biex wieħed jirreġistra għal kors wiċċ imb’wiċċ, hemm ħafna għodod virtwali mingħajr ħlas biex jgħinuk tibda titgħallem. F’dan l-artikolu, ġbarna lista ta’ wħud mill-favoriti tagħna.

Duolingo:

Sakemm ma tkunx ġdid għat-tagħlim tal-lingwa, huwa probabbli li inti diġà ltqajt ma’ Duolingo, li għandha aktar minn 300 miljun utent irreġistrat magħha. Il-korsijiet tagħha huma disponibbli fi 23 lingwa u huma separati f’suġġetti b’firxa wiesgħa mill-ikel għan-negozju.

Duolingo mhijiex daqstant iffokata fuq il-grammatika daqs xi għodod oħra, iżda l-eżerċizzji qosra tagħha, bl-użu ta’ viżwali f'kartuns u logħob li fih jingħatawlek punti, se jgħinuk biex titgħallem vokabolarju u frażijiet utli malajr kemm jista’ jkun. Din tuża perċentwal stmat ta’ fluwenza biex issegwi l-progress tiegħek u t-teknoloġija tagħha tadatta l-eżerċizzji għalik. Iżda l-akbar vantaġġ tagħha huwa, li l-użu tagħha huwa kompletament mingħajr ħlas.

Suġġeriment: Jekk tieħu gost tuża Duolingo, Mindsnacks tieħu l-elementi ewlenin tal-logħob saħansitra lil hinn minn hekk. L-apps tagħha joffru firxa ta' attivitajiet ta' logħob, li ħafna minnhom huma disponibbli mingħajr ħlas.

Memrise:

Memrise tiffoka fuq it-tagħlim ta’ lingwa b’mod realistiku. Il-korsijiet tagħha fihom eluf ta' filmati ta' kelliema nattivi, li jgħinu lill-utenti jifhmu lingwi realistiċi u aċċenti awtentiċi. L-għan tagħha huwa li ddaħħlek f’kultura lokali u ġġiegħlek tħossok bħallikieku inti mdawwar b’kelliema nattivi. Memrise toffri korsijiet mingħajr ħlas f’varjetà ta’ lingwi fuq l-app tagħha, għalkemm abbonament bi ħlas jagħtik aċċess għal korsijiet u għal karatteristiċi addizzjonali.

Busuu:

Busuu toffri għażla ta’ eżerċizzji mingħajr ħlas u kwiżżijiet divertenti, għalkemm se jkollok bżonn ta’ abbonament biex taċċessa karatteristiċi bħal konverżazzjonijiet reali ma’ kelliema nattivi. Bħal Duolgo , Busuu tuża persentaġġ ta' esperjenza inkorporat biex jiġi segwit il-progress, u tista' toffri pjanijiet ta' studju personalizzati u rikonoxximent tad-diskors biex jgħinek tipprattika d-diskors tiegħek u tirċievi rispons. Jekk tixtieq titgħallem lingwa li mhijiex Ewropea, Busuu tista’ tkun l-għażla għalik. Din toffri biss 12-il lingwa, iżda dawn jinkludu l-Għarbi, iċ-Ċiniż u l-Ġappuniż.

Drops u Scripts:

Jekk il-prijorità tiegħek hija li titgħallem vokabularju ġdid, mela pprova Drops. L-app tgħaqqad elementi viżwali u ħsejjes li jgħinuk titgħallem malajr kliem ġdid. Il-limiti tal-verżjoni mingħajr ħlas tagħha huma ta’ ħames minuti ta’ tagħlim kuljum u jeħtieġ li ssib mod ieħor kif titgħallem il-grammatika u l-istrutturi, iżda dawn l-eżerċizzji qosra huma ideali jekk qed tfittex li tespandi l-vokabularju tiegħek malajr. Scripts hija applikazzjoni simili li tiffoka fuq it-tagħlim ta’ lingwa b’alfabett ġdid, bħalma hi l-kitba biċ-Ċirilliku.

Tandem:

Jekk diġà għandek xi għarfien ta' lingwa u qed tfittex li tipprattika it-taħdit, għaliex ma tippruvax issib sieħeb? Tandem hija l-komunità dinjija ta’ skambju ta’ lingwi, b’miljuni ta’ membri. L-idea hija li wieħed jissieħeb ma’ kelliem nattiv ta’ lingwa oħra sabiex tkun tista’ tipprattika u tgħinu lil xulxin jitgħallmu l-lingwi rispettivi tiegħek. Jekk int lest/a li tħallas għal għalliem professjonali, Italki u Verbling joffru lezzjonijiet individwali virtwali, iżda sieħeb jew sieħba fuq Tandem jistgħu joffrulek l-appoġġ kollu li teħtieġ mingħajr ħlas.

 

Links relatati:

Busuu

Drops

Duolingo

Mindsnacks

Italki

Memrise

Scripts

Tandem

Verbling

 

Aqra aktar:

Il-Jiem Ewropej tal-Impjiegi

Drop’pin@EURES

Sib Konsulenti tal-EURES

Il-kundizzjonijiet tal-għajxien u tax-xogħol fil-pajjiżi tal-EURES

Il-Bażi tad-Data tal-Impjiegi tal-EURES

Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi

Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES

Avvenimenti Online li għadhom se jsiru

L-EURES fuq Facebook

L-EURES fuq Twitter

L-EURES fuq LinkedIn

Temi
  • Negozju/Intraprenditorija
  • Ideat u Suġġerimenti
  • Xejriet ta' reklutaġġ
  • Żgħażagħ
Sezzjoni(jiet) relatati
Settur
  • Accomodation and food service activities
  • Activities of extraterritorial organisations and bodies
  • Activities of households as employers, undifferentiated goods- and services
  • Administrative and support service activities
  • Agriculture, forestry and fishing
  • Arts, entertainment and recreation
  • Construction
  • Education
  • Electricity, gas, steam and air conditioning supply
  • Financial and insurance activities
  • Human health and social work activities
  • Information and communication
  • Manufacturing
  • Mining and quarrying
  • Other service activities
  • Professional, scientific and technical activities
  • Public administration and defence; compulsory social security
  • Real estate activities
  • Transportation and storage
  • Water supply, sewerage, waste management and remediation activities
  • Wholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles

Ċaħda

L-artikoli huma maħsuba biex jipprovdu lill-utenti tal-portal tal-EURES b'informazzjoni dwar suġġetti u xejriet kurrenti u biex jistimulaw id-diskussjoni u d-dibattitu. Il-kontenut tagħhom mhux bilfors jirrifletti l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA) jew tal-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, EURES u ELA ma japprovawx websajts ta' partijiet terzi msemmija hawn fuq.