Mur għall-kontenut ewlieni
EURES (EURopean Employment Services)
Artiklu tal-aħbarijiet1 Marzu 2017L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni2 min qari

Vjaġġ bit-triq fil-Finlandja jwassal il-messaġġ dwar il-mobilità tal-forza tax-xogħol fl-UE lill-impjegaturi

Armata b’minibus u b'ikliet ħfief, il-Konsulent tal-EURES Taina Tuovinen dan l-aħħar qattgħet diversi ġranet iddur f’Satakunta, fil-Lbiċ tal-Finlandja. L-għan kien li tispjega lill-kumpaniji lokali b’persunal barrani kif il-EURES tal-Finlandja jista’ jappoġġjahom, speċjalment permezz ta’ korsijiet fil-lingwa Finlandiża/Żvediża.

Finnish road trip spreads the EU labour mobility message to employers
Taina Tuovinen

“Il-kollega tiegħi u jien soqna 750 km f’erbat ijiem, minn Rauma fin-Nofsinhar sa Honkajoki fit-Tramuntana,” qalet Taina. “Fil-vjaġġ tagħna ffokajna fuq li niltaqgħu ma’ kumpaniji li konna nafu li jħaddmu persunal barrani, xi ħaġa pjuttost rari f’ħafna mill-Finlandja,” kompliet.

Satakunta, ir-reġjun tagħha stess, għandha ekonomija li qed tiffjorixxi, b’postijiet battala għal kollox, minn ħaddiema tal-port sa tobba u infermiera. F’reġjun ieħor fil-qrib, Valmet Automotive qed tfittex 1 000 impjegat ġdid fl-2017, l-aktar bennejja tal-karozzi, u b’hekk il-kumpanija aktarx li ser ikollha tirrekluta minn barra l-pajjiż ukoll.

“Fil-minibus kenni tagħna lqajna rappreżentanti minn 22 kumpanija, li varjaw minn fabbrika ta’ ħdim tal-metall sa razzett tal-ħxejjex li ta’ kull sena jħaddem sa 90 ruħ b’mod staġjonali,” qalet Taina.

Kull laqgħa damet sa siegħa, normalment mal-maniġer tar-riżorsi umani. Bl-għajnuna ta’ fuljetti u b’taħdita informali, b’kikkra kafè u qagħaq friski, il-parteċipanti saru jafu aktar dwar il-EURES u kif dan jista’ jgħin lill-kumpaniji tagħhom jaħtru jew iżommu lil persunal barrani.

Korsijiet fil-lingwa

Il-kollega ta’ Taina, Anne Helin, li saqet il-minibus, taħdem maċ-Ċentru ta’ ELY ta’ Karelian tat-Tramuntana għal-Lbiċ tal-Finlandja sabiex tappoġġja lin-negozji reġjonali. Ir-rwol ta’ Anne matul il-vjaġġ kien li tispjega lill-kumpaniji kif jistgħu jibbenefikaw minn korsijiet fil-lingwa Finlandiża disponibbli fil-Finlandja sal-2020, bis-saħħa tal-proġett Mobilità tal-Forza tax-Xogħol fl-Ewropa tal-Fond Soċjali Ewropew.

Sieħeb ewlieni tal-EURES, il-FSE, jikkofinanzja u jagħti l-korsijiet lingwistiċi lil impjegati barranin minn pajjiżi oħrajn tal-UE/taż-ŻEE qabel ma jaslu l-Finlandja jew inkella fil-kumpanija. Kull kors (sa 380 siegħa) huwa mfassal għal okkupazzjoni jew għal industrija speċifika bħall-kura tas-saħħa, filwaqt li jgħallem lill-parteċipanti l-bażi tal-Finlandiż u dwar ix-xogħol u l-kultura tal-pajjiż.

Il-korsijiet lingwistiċi fil-kumpaniji (sa 120 siegħa) li jsiru fil-Finlandja huma għal impjegati barranin f’diversi setturi. Filwaqt li huma disponibbli bil-Finlandiż jew bl-Iżvediż, dawn ikopru l-vokabolarju professjonali u jistgħu jinkludu testijiet tal-ħiliet professjonali wkoll.

Komunikazzjoni bidirezzjonali

“Kulħadd kien kuntent li jarana u lkoll qalu li l-minibus kienet mezz innovattiv ta’ komunikazzjoni dwar il-EURES. Setgħu jgħidulna wkoll b’mod dirett dwar il-ħtiġijiet ta’ reklutaġġ tagħhom,” qalet Taina.

Taina kienet ferħana li rat li l-vjaġġ ħeġġeġ lil diversi kumpaniji jitolbu lill-EURES Finlandja u lill-FSE sabiex jorganizzaw korsijiet lingwistiċi għall-impjegati tagħhom. Impjegatur ieħor jinsab ħerqan għaliex il-EURES ser jorganizza jum ta’ reklutaġġ fil-bini tiegħu. Għalhekk, Taina tittama li tirrepeti l-esperjenza fir-rebbiegħa tal-2017, billi xxandar l-aħbar it-tajba dwar is-servizzi tal-EURES lil aktar kumpaniji.

 

Links relatati:

Servizz tal-Impjieg Pubbliku Finlandiż

Il-Ħajja u x-Xogħol fil-Finlandja

Il-Fond Soċjali Ewropew

Satakunta Region, il-Finlandja

Facebook EURES tal-Finlandja

 

Aqra aktar:

Sib Konsulent ta’ EURES

Kundizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol f’pajjiżi tal-EURES

Il-Bażi ta' Data tal-Impjiegi tal-EURES

Servizzi tal-EURES għall-impjegaturi

Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES

Avvenimenti Online li ġejjin

EURES fuq Facebook

EURES fuq Twitter

EURES fuq LinkedIn

EURES fuq Google+

 

Temi
  • L-aħjar prattika tal-EURES
  • Aħbarijiet/rapporti/statistika
Sezzjoni(jiet) relatati
Settur
  • Accomodation and food service activities
  • Activities of extraterritorial organisations and bodies
  • Activities of households as employers, undifferentiated goods- and services
  • Administrative and support service activities
  • Agriculture, forestry and fishing
  • Arts, entertainment and recreation
  • Construction
  • Education
  • Electricity, gas, steam and air conditioning supply
  • Financial and insurance activities
  • Human health and social work activities
  • Information and communication
  • Manufacturing
  • Mining and quarrying
  • Other service activities
  • Professional, scientific and technical activities
  • Public administration and defence; compulsory social security
  • Real estate activities
  • Transportation and storage
  • Water supply, sewerage, waste management and remediation activities
  • Wholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles

Ċaħda

L-artikoli huma maħsuba biex jipprovdu lill-utenti tal-portal tal-EURES b'informazzjoni dwar suġġetti u xejriet kurrenti u biex jistimulaw id-diskussjoni u d-dibattitu. Il-kontenut tagħhom mhux bilfors jirrifletti l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA) jew tal-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, EURES u ELA ma japprovawx websajts ta' partijiet terzi msemmija hawn fuq.