Mur għall-kontenut ewlieni
EURES (EURopean Employment Services)
Artiklu tal-aħbarijiet5 Frar 2020L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni2 min qari

Il-wirja tesplora r-realtajiet ta’ meta wieħed jaħdem fl-UE

Il-post tax-xogħol Ewropew kif jidher illum il-ġurnata? Fejn ninsabu f’dak li jirrigwarda l-opportunitajiet indaqs? U xi ngħidu dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol ġusti? Dawn huma kollha mistoqsijiet li wirja online impressjonanti mill-Kummissjoni Ewropea, fi sħubija ma’ artisti Ewropej, qed tfittex li tesplora.

Exhibition explores the realities of working in the EU
Top row (left to right): Boris Németh, Petruț Călinescu, Henrik Spohler; Middle row: Laura Ben Hayoun, Michele Borzoni, Marilou Liotet; Bottom row: Nos, Why Not?, Pilvi Takala, Mar Cuervo

Still a Working Title? Social and Employment Realities  ġiet żviluppata biex turi lill-Ewropej f’sitwazzjonijiet tal-ħajja reali u tirrifletti xi wħud mill-prinċipji tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali. Il-wirja tikkondividi stejjer minsuġa madwar l-opportunitajiet indaqs, is-suq tax-xogħol, il-kundizzjonijiet tax-xogħol u l-inklużjoni permezz ta’ ritratti u vidjows.

Magħżula mill-kuratur Belġjan Ive Stevenheydens, il-wirja tesebixxi disa’ artisti ewlenin u promettenti minn madwar l-Ewropa:

  • Petruț Călinescu (Ir-Rumanija) jippreżenta Pride and Concrete, proġett dwar it-trasformazzjonijiet riċenti li seħħew fil-komunitajiet rurali f’pajjiżu wara għexieren ta’ snin ta’ migrazzjoni barra l-pajjiż għal raġunijiet ta’ xogħol.
  • Boris Németh (Is-Slovakkja) juża l-fotografija biex jirrifletti fuq il-“Lvant” u l-“Punent” tal-Ewropa, u jistaqsi jekk hux veru li d-diviżjonijiet tal-passat ingħelbu.
  • Henrik Spohler (Il-Ġermanja) jiffoka fuq il-loġistika fis-serje tal-fotografija In Between, li tħares lejn kif id-dinja moderna tagħna biddlet il-wiċċ – u r-ritmu – tal-industrija tat-trasport.
  • Laura Ben Hayoun (Franza) tuża l-ismartphone tagħha biex taqbad il-bidliet fil-pajsaġġ tal-impjiegi matul is-snin u b’mod partikolari tħares lejn forom ġodda ta’ impjieg.
  • Michele Borzoni (L-Italja) jippreżenta l-eżaminazzjoni Open competitive, parti minn proġett dokumentarju li jeżamina l-pajsaġġ tax-xogħol attwali tal-Italja.
  • Marilou Liotet (Franza) turi l-ħajja tas-sewwieq mara tat-trakkijiet Justine u l-esperjenzi tagħha ta’ xogħol f’qasam iddominat mill-irġiel.
  • Nos, Why Not? (organizzazzjoni mingħajr skop ta’ qligħ) tikkondividi x-xogħol minn fotografi b’diżabilitajiet intellettwali u ta’ żvilupp, li rnexxielhom jaqbdu l-aħjar kwalitajiet tagħhom fuq film.
  • Pilvi Takala (Il-Finlandja) tanalizza l-kundizzjonijiet tax-xogħol u l-ambjenti tax-xogħol li jġibu ’l quddiem is-saħħa fid-dokumentarju, The Stroker, fejn fih tmur undercover f’negozju lokali.
  • Mar Cuervo (Spanja) tqiegħed lin-nisa fiċ-ċentru tal-attenzjoni f’Sereas, ġabra fotografika li tħares lejn ir-rwol ċentrali tan-nisa f’belt tas-sajd fi Spanja.

Il-wirja hija ppreżentata bħala parti mill-Europeana Collections, sit web li tipprovdi aċċess għal aktar minn 50 miljun oġġett diġitalizzat, inkluż kotba, mużika u xogħol artistiku. Is-sit web hija ddedikata għall-kondiviżjoni tal-wirt kulturali għat-tgawdija, l-edukazzjoni u r-riċerka.

 

Links relatati:

Still a Working Title? Social and Employment Realities

Europeana Collections

 

Aqra aktar:

Il-Jiem Ewropej tal-Impjiegi

Drop’pin@EURES

Sib il-Persunal tal-EURES..

Il-kundizzjonijiet tal-għajxien u tax-xogħol fil-pajjiżi tal-EURES

Il-Bażi tad-Data tal-Impjiegi tal-EURES

Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi

Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES

Avvenimenti Online li għadhom se jsiru

Il-EURES fuq Facebook

Il-EURES fuq Twitter

Il-EURES fuq LinkedIn

Temi
  • Aħbarijiet esterni tal-EURES
  • Partijiet interessati esterni
  • Aħbarijiet dwar is-suq tax-xogħol/aħbarijiet dwar il-mobilità
  • Aħbarijiet/rapporti/statistika
Sezzjoni(jiet) relatati
Settur
  • Accomodation and food service activities
  • Activities of extraterritorial organisations and bodies
  • Activities of households as employers, undifferentiated goods- and services
  • Administrative and support service activities
  • Agriculture, forestry and fishing
  • Arts, entertainment and recreation
  • Construction
  • Education
  • Electricity, gas, steam and air conditioning supply
  • Financial and insurance activities
  • Human health and social work activities
  • Information and communication
  • Manufacturing
  • Mining and quarrying
  • Other service activities
  • Professional, scientific and technical activities
  • Public administration and defence; compulsory social security
  • Real estate activities
  • Transportation and storage
  • Water supply, sewerage, waste management and remediation activities
  • Wholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles

Ċaħda

L-artikoli huma maħsuba biex jipprovdu lill-utenti tal-portal tal-EURES b'informazzjoni dwar suġġetti u xejriet kurrenti u biex jistimulaw id-diskussjoni u d-dibattitu. Il-kontenut tagħhom mhux bilfors jirrifletti l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA) jew tal-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, EURES u ELA ma japprovawx websajts ta' partijiet terzi msemmija hawn fuq.