Mur għall-kontenut ewlieni
EURES (EURopean Employment Services)
Artiklu tal-aħbarijiet28 Marzu 2018L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni2 min qari

L-EURES Żvezja jgħin lil min qed ifittex xogħol joħloq CVs speċifiċi għas-suq tax-xogħol Żvediż

Qatt ħsibt dwar il-ħajja u x-xogħol fl-Iżvezja? Il-pajjiż jista' jiftaħar b'uħud mid-drittijiet tal-ħaddiema l-aktar progressivi, għandu ħafna politiki li huma ffukati fuq il-familja, industrija innovattiva u bilanċ b'saħħtu bejn ix-xogħol u l-ħajja.

EURES Sweden helps jobseekers craft CVs specific to Swedish job market
Arbetsformedlingen

Barra minn hekk, dan il-pajjiż joffri wkoll sbuħija naturali l-ġmiel tagħha. Jekk qatt ma ħsibt dwar dan qabel, naħseb li issa tħajjart tagħmel dan!

L-ewwel pass biex issib impjieg xieraq fi kwalunkwe pajjiż huwa li toħloq CV u ittra ta' akkumpanjament li juru li inti l-aħjar kandidat għal dak ir-rwol.

Kull impjieg għandu kriterji speċifiċi li fuqhom inti għandek tipprova tfassal is-CV tiegħek. Bl-istess mod, dak li l-impjegaturi jqisu bħala karatteristiċi siewja mill-impjegat potenzjali jista' jkun differenti minn pajjiż għal pajjiż.

B'dan il-ħsieb, l-EURES Żvezja, bi sħab mas-Servizz ta' Impjieg Pubbliku Żvediż, Arbetsformedlingen, ipproduċa webinar utli bl-isem ta' "Kif tikteb ittra ta' akkumpanjament u CV".

Il-vidjow ta' siegħa bl-Ingliż jipprovdi suġġerimenti prattiċi dwar kif tista' tippreżenta l-applikazzjoni tiegħek bl-iktar mod professjonali sabiex tolqot ir-reklutatur - b'mod iktar speċifiku, reklutatur Żvediż.

Il-vidjow ixxandar b'mod dirett nhar il-Ħamis, 12 ta' Ottubru, u kien hemm kważi 350 persuna mill-UE kollha li rreġistraw għalih u rawh. Iżda tinkwieta xejn jekk tliftu, għaliex il-webinar issa huwa disponibbli fuq YouTube.

Webinars oħra disponibbli

"Il-Ħajja u x-Xogħol fl-Iżvezja" huwa biss wieħed minn serje ta' webinars. Kull wieħed jiffoka fuq suġġett differenti, bħal "Kif tmur tajjeb ħafna fl-intervista tax-xogħol", "Kif tikteb ittra ta' akkumpanjament", "Kif tikteb CV" u "Netwerking".

Għaliex għandek tirreġistra?

Il-webinars se jgħinuk tifhem aħjar l-approċċ li għandek tieħu biex tapplika għal xogħlijiet fl-Iżvezja u l-proċessi involuti. Barra minn hekk, billi tirreġistra u tara l-webinars b'mod dirett, għandek ukoll l-opportunità li tistaqsi mistoqsijiet u tirċievi tweġibiet b'mod immedjat.

Il-webinars huma mod tajjeb ħafna biex ikollok għarfien tas-suq tax-xogħol, il-mentalità tal-impjegaturi u x'inhu l-aħjar mod kif tipprepara ruħek u s-CV tiegħek.  

"Is-suċċess jinsab fil-fatt li tista' ssegwi l-informazzjoni minn kwalunkwe post fl-Ewropa u fl-istess ħin tikkomunika online u tistaqsi l-mistoqsijiet speċifiċi tiegħek f'ħin reali," qal l-Assistent tal-Koordinatur Nazzjonali tal-EURES Żvezja, Mikael Lindbom.

Li tkun ippreparat/a aħjar mill-bidu jfisser illi t-tiftix għax-xogħol u l-proċess tal-intervista jista' jsir b'rata iżjed mgħaġġla, ħaġa li hija ta' benefiċċju kemm għal min qed ifittex xogħol, kif ukoll għall-impjegaturi.

Sabiex tirċievi aġġornamenti dwar il-webinars li jmiss, tista' ssegwi Arbetsformedlingen fuq il-midja soċjali fuq Facebook, Instagram u Linkedin, jew tagħti ħarsa lejn il-paġna ta' avvenimenti tal-EURES għal iktar dettalji dwar avvenimenti varji.

 

Links relatati:

EURES: L-għajxien u x-xogħol fl-Iżvezja

Is-servizz ta' impjieg pubbliku Żvediż Arbetsformedlingen

"Kif tikteb ittra ta' introduzzjoni u CV" - webinar

Il-paġna ta' Facebook tal-EURES Żvezja

Instagram tal-EURES Żvezja

LinkedIn tal-EURES Żvezja

Il-paġna tal-avvenimenti EURES

 

Aqra iktar:

Sib Konsulent tal-EURES

Kundizzjonijiet tax-xogħol u l-għajxien fil-pajjiżi tal-EURES

Il-Bażi ta' Data tal-Impjiegi tal-EURES

Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi

Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES

Avvenimenti Onlineli ġejjin

L-EURES fuq Facebook

L-EURES fuq Twitter

L-EURES fuq LinkedIn

Temi
  • Negozju/Intraprenditorija
  • L-aħjar prattika tal-EURES
  • Taħriġ EURES
  • Ideat u Suġġerimenti
  • Aħbarijiet dwar is-suq tax-xogħol/aħbarijiet dwar il-mobilità
  • Xejriet ta' reklutaġġ
  • Midja soċjali
  • Żgħażagħ
Sezzjoni(jiet) relatati
Settur
  • Accomodation and food service activities
  • Activities of extraterritorial organisations and bodies
  • Activities of households as employers, undifferentiated goods- and services
  • Administrative and support service activities
  • Agriculture, forestry and fishing
  • Arts, entertainment and recreation
  • Construction
  • Education
  • Electricity, gas, steam and air conditioning supply
  • Financial and insurance activities
  • Human health and social work activities
  • Information and communication
  • Manufacturing
  • Mining and quarrying
  • Other service activities
  • Professional, scientific and technical activities
  • Public administration and defence; compulsory social security
  • Real estate activities
  • Transportation and storage
  • Water supply, sewerage, waste management and remediation activities
  • Wholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles

Ċaħda

L-artikoli huma maħsuba biex jipprovdu lill-utenti tal-portal tal-EURES b'informazzjoni dwar suġġetti u xejriet kurrenti u biex jistimulaw id-diskussjoni u d-dibattitu. Il-kontenut tagħhom mhux bilfors jirrifletti l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA) jew tal-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, EURES u ELA ma japprovawx websajts ta' partijiet terzi msemmija hawn fuq.