Mur għall-kontenut ewlieni
EURES (EURopean Employment Services)
Artiklu tal-aħbarijiet9 Ottubru 2018L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni3 min qari

Is-sħubija bejn l-EURES tas-Slovakkja u Deutsche Post twassal għal impjieg għal 15-il sudent Slovakk fil-Ġermanja

Is-Sajf huwa opportunità ideali għal ħafna studenti biex mhux biss jirrilassaw, iżda jtejbu wkoll is-sitwazzjoni finanzjarja tagħhom billi jsibu impjieg staġjonali. Fis-Sajf tal-2018, grazzi għall-kooperazzjoni bejn l-EURES tas-Slovakkja u l-kumpanija Ġermaniża Deutsche Post, 15-il student mis-Slovakkja kellhom l-opportunità li jaħdmu bħala ħaddiema postali. Wieħed minnhom kien Kristian li għandu 18-il sena.

EURES Slovakia and Deutsche Post partnership leads to work for 15 Slovak students in Germany
EURES

Kristian sar jaf dwar l-opportunità permezz tas-sit web tal-EURES tas-Slovakkja u ma damx jaħsibha biex jissottometti s-CV tiegħu. Din irċevietha l-Konsulent tal-EURES Ivana Sentpéteryová, li tikkoopera ma’ Werner Schmidt, impjegat li ilu jaħdem għal żmien twil ma’ Deutsche Post u li hu responsabbli mir-reklutaġġ ta’ impjegati ġodda u mill-għoti ta’ sostenn lil persunal li jgħix u jaħdem fil-Ġermanja.

Wara li ssottometta s-CV tiegħu, Kristian ġie mistieden għal intervista permezz ta’ Skype. L-intervista marret tajjeb, grazzi għall-għarfien tajjeb tiegħu tal-lingwa Ġermaniża. Huwa ngħaqad mat-tim fl-aħħar ta’ Ġunju.

Waqt żjara fid-Deutsche Post f’Lulju 2018, il-Konsulenti tal-EURES mis-Slovakkja ltaqgħu ma’ Kristian biex isiru jafu aktar dwar l-esperjenza tiegħu. Huwa stqarr, “Fil-bidu kienet diffiċli.” “Ħsibt li l-issortjar tal-posta kienet ser tkun l-iktar parti diffiċli tal-impjieg, iżda ma kienx il-każ.” L-iktar parti diffiċli kienet it-twassil tal-posta nfisha, li kien ifisser li kellu jitgħallem malajr ħafna l-ambjent ġeografiku tad-distrett assenjat lilu. Fortunatament, kellu għad-dispożizzjoni tiegħu navigazzjoni mobbli.

Sfida oħra għal Kristian kienet il-komunikazzjoni bil-lingwa Ġermaniża. Għalkemm l-għarfien tiegħu tal-lingwa kien eċċellenti, kellu jitgħallem ħafna terminoloġija ġdida relatata mal-impjieg tiegħu. Matul l-ewwel ġimagħtejn, il-maniġer tiegħu ltaqa’ miegħu regolarment u pprovdielu appoġġ, sakemm kien kapaċi jagħmel xogħlu mingħajr żball. 

Kristian jinsab kuntent ħafna li ddeċieda li jaħdem mad-Deutsche Post. Hu jieħu gost jaħdem fuq barra u peress li jwassal il-posta permezz ta’ rota elettrika, ma tantx jimpenja ruħu wisq fiżikament. Hu jista’ jimmaġina lilu nnifsu jaħdem mad-Deutsche Post kull Sajf waqt li jkun student, għalkemm jista’ jkun li ma jkunx jista’ minħabba l-ammont ta’ xogħol eżiġenti li jġib miegħu l-istudju tal-mediċina. Jekk jagħżel li jerġa’ jmur jaħdem bħala ħaddiem postali, allura Deutsche Post tieħu gost tilqgħu lura.

Il-bidu ta’ impjieg ġdid qatt ma jkun faċli. Dejjem hemm ħafna x’titgħallem u bla dubju ta’ xejn hemm pressjoni biex il-prestazzjoni tkun tajba. Meta wieħed irid jaħdem bħala ħaddiem postali mad-Deutsche Post, Kristian għandu parir importanti ħafna: “Tħabbilx rasek dwar l-iżbalji li tagħmel matul l-ewwel ftit jiem u ibqa’ perseveranti!” huwa qal. “Ejja ppreparat. L-għarfien tal-lingwa Ġermaniża huwa importanti, għax f’dan ix-xogħol inti tikkomunika man-nies. Barra minn hekk, aqra l-kuntratt qabel tiffirmah, peress li ser issib firxa wiesgħa ta’ informazzjoni importanti dwar id-drittijiet u l-obbligi tiegħek.”

Il-kooperazzjoni bejn l-EURES tas-Slovakkja u Deutsche Post kisbet riżultati reali fl-2018 u kienet popolari, fejn ħafna studenti applikaw għall-pożizzjonijiet disponibbli. Peress li Deutsche Post dejjem tfittex impjegati ġodda fuq bażi permanenti u staġjonali, il-kumpanija tittama li tkun tista’ tkompli bis-sħubija ta’ suċċess fil-futur.

 

Links relatati:

EURES Slovakia

Deutsche Post

 

Aqra aktar:

Jiem l-Impjiegi Ewropej

Drop’pin@EURES

Sib Konsulent tal-EURES

Kundizzjonijiet tax-xogħol u l-għajxien fil-pajjiżi tal-EURES

Il-Bażi tad-Data tal-Impjiegi tal-EURES

Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi

Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES

Avvenimenti Onlineli ġejjin

L-EURES fuq Facebook

L-EURES fuq Twitter

L-EURES fuq LinkedIn

Temi
  • L-aħjar prattika tal-EURES
  • Taħriġ EURES
  • Partijiet interessati esterni
  • Aħbarijiet interni tal-EURES
  • Stejjer ta' suċċess
  • Żgħażagħ
Sezzjoni(jiet) relatati
Settur
  • Accomodation and food service activities
  • Activities of extraterritorial organisations and bodies
  • Activities of households as employers, undifferentiated goods- and services
  • Administrative and support service activities
  • Agriculture, forestry and fishing
  • Arts, entertainment and recreation
  • Construction
  • Education
  • Electricity, gas, steam and air conditioning supply
  • Financial and insurance activities
  • Human health and social work activities
  • Information and communication
  • Manufacturing
  • Mining and quarrying
  • Other service activities
  • Professional, scientific and technical activities
  • Public administration and defence; compulsory social security
  • Real estate activities
  • Transportation and storage
  • Water supply, sewerage, waste management and remediation activities
  • Wholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles

Ċaħda

L-artikoli huma maħsuba biex jipprovdu lill-utenti tal-portal tal-EURES b'informazzjoni dwar suġġetti u xejriet kurrenti u biex jistimulaw id-diskussjoni u d-dibattitu. Il-kontenut tagħhom mhux bilfors jirrifletti l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA) jew tal-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, EURES u ELA ma japprovawx websajts ta' partijiet terzi msemmija hawn fuq.