Mur għall-kontenut ewlieni
EURES (EURopean Employment Services)
Artiklu tal-aħbarijiet13 Settembru 2021L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni3 min qari

Opportunitajiet tal-EURES: X’għandek tkun taf

Biex jittieħed vantaġġ sħiħ mill-opportunitajiet li l-EURES għandu x’joffri, fassalna gwida ta’ malajr. Jekk qed tistaqsi kif il-pjattaforma tista’ tgħinek, kompli aqra.

EURES opportunities: What you need to know
EURES

Sib l-impjieg tal-ħolm tiegħek

LEURES  jaħżen eluf ta’ CVs li l-impjegaturi fl-Ewropa kollha jistgħu jsibu faċilment fi kwalunkwe ħin. Dan jippromwovi wkoll firxa wiesgħa ta’ postijiet tax-xogħol vakanti fis-setturi kollha – kulma għandek tagħmel hu tfittxija għat-tip ta’ impjieg li qed tfittex. Meta ssib post tax-xogħol vakanti xieraq, segwi l-passi sempliċi li l-EURES jistabbilixxi biex juri lill-impjegatur li int interessat u ssottometti applikazzjoni. Sadanittant, jekk għandek xi mistoqsijiet dwar l-impjieg jew il-pajjiż li jinsab fih, tista’ tikkuntattja lil Konsulent lokali tal-EURES li jkun kuntent li iwieġeb kwalunkwe mistoqsija u jgħinek fit-tfittxija tiegħek.
 

Tissetilja f’post ġdid

Impjieg ġdid jista’ jieħdok f’post ġdid. Iċ-ċaqliq lejn reġjun jew pajjiż ġdid jista’ jidher bħala kompitu ta’ sfida u diffiċli, iżda l-EURES  jiżgura li ma tkunx qed tissielet miegħu waħdek. Konsulenti lokali tal-EURES jiggwidawk matul kull pass taċ-ċaqliq tiegħek. Huma esperjenzati fl-aspetti kollha tar-rilokazzjoni u jistgħu jappoġġawk f’kollox mis-sejbien ta’ akkomodazzjoni sal-istabbiliment ta’ kont bankarju ġdid.

Networking

Bħala parti mill-missjoni tiegħu li jqabbel lil dawk li qed ifittxu impjieg mal-impjiegi, l-EURES għandu rwol kbir fl-organizzazzjoni ta’ Jiem l-Impjiegi Ewropej (Online), avvenimenti ta’ reklutaġġ li jgħaqqdu lill-impjegaturi fl-Ewropa kollha ma’ dawk li qed ifittxu impjieg. L-avvenimenti jinvolvu preżentazzjonijiet minn impjegaturi parteċipanti li qed ifittxu ħaddiema u punti ta’ informazzjoni dwar xogħol barra mill-pajjiż. Dawn jipprovdu opportunità biex isiru mistoqsijiet lil kumpaniji differenti dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom, is-suq tax-xogħol, il-proċessi ta’ reklutaġġ u anke l-impjiegi li qed jirreklamaw. Li tiltaqa’ ma’ impjegaturi mhux biss jista’ jirriżulta f’impjieg, iżda huwa opportunità biex tkabbar in-network tiegħek u titgħallem aktar dwar kif joperaw l-organizzazzjonijiet.

L-aċċess għal aktar appoġġ

It-tfittxija ta’ impjieg u r-rilokazzjoni mhux dejjem huwa proċess faċli, u huwa għalhekk li l-EURES jipprovdi aktar minn lista ta’ postijiet tax-xogħol vakanti. Kważi 1 000 Konsulent tal-EURES huma disponibbli biex jiggwidawk matul il-karriera tiegħek, filwaqt li jwieġbu l-mistoqsijiet kollha tiegħek matul il-proċess. Kull reġjun għandu konsulenti lokali li jispeċjalizzaw fl-għoti ta’ informazzjoni, gwida u kollokament kemm lil dawk li qed ifittxu impjieg kif ukoll lil impjegaturi. F’xi każijiet l-EURES jgħinek taċċessa l-appoġġ finanzjarju, pereżempju għotjiet u vawċers tal-ivvjaġġar, biex jiġi żgurat li t-tranżizzjoni tal-impjieg tiegħek tkun kemm jista’ jkun bla xkiel, kif ukoll opportunitajiet ta’ tagħlim u żvilupp biex tkabbar il-ħiliet tiegħek u turihom lil impjegaturi potenzjali. Bl-użu ta’ azzjonijiet u inizjattivi bħall- Iskema ta’ Mobilità Mmirata tal-EURES u l-Europass, l-EURES jaħdem biex jagħtik l-għodod li għandek bżonn għall-karriera tiegħek.

Il-kisba ta’ suġġerimenti u ħjiel ġodda

Is-sit web tal-portal tal-EURES jinkludi paġna dedikata għal  ideat u suġġerimenti prattiċi biex jgħinuk tinnaviga l-opportunitajiet ta’ impjieg, billi taqsam il-fruntieri u l-ħajja fl-Ewropa. Dawn ikopru kif u fejn issib informazzjoni dwar is-suq tax-xogħol, l-aspetti legali tal-mobilità, l-applikazzjoni għall-impjiegi, u l-affarijiet ewlenin li għandhom jiġu kkunsidrati meta wieħed imur jgħix f’pajjiż ġdid.

Tista’ ssib aktar informazzjoni dwar is-servizzi tal-EURES billi żżur it-taqsimiet varji ta’ dan is-sit web. Sib id-dettalji ta’ kuntatt tal-Membri u s-Sħab tal-EURES fuq il-paġna tal-“EURES f’pajjiżek” jew ikkuntattja Konsulent tal-EURES direttament bit-telefon, bil-posta jew permezz ta’ chat. Tista’ tikkuntattja wkoll lill-Helpdesk tal-EURES għall-għajnuna biex tuża l-portal jew kwalunkwe mistoqsija oħra li jista’ jkollok.

Hemm ħafna x’tiskopri għalhekk irreġistra għal kont bla ħlas illum biex tibda!                              Fi sħubija mal-EURES, il-Portal Ewropew dwar il-Mobilità fix-Xogħol.

 

Links relatati:

Il-Jiem Ewropej tal-Impjiegi (Online)

Skema ta’ Mobilità Mmirata tal-EURES

Europass

Ideat u Suġġerimenti

L-EURES f’pajjiżek

Ikkuntattja Konsulent tal-EURES

Il-Helpdesk tal-EURES

Irreġistra għal kont bla ħlas
 

Aqra aktar:

Il-Jiem tal-Impjiegi Ewropej

Sib Konsulenti tal-EURES

Il-kundizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol fil-pajjiżi tal-EURES

Il-Bażi tad-Data tal-Impjiegi  tal-EURES

Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi

Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES

Avvenimenti Online li ġejjin

L-EURES fuq Facebook

L-EURES fuq Twitter

L-EURES fuq LinkedIn

Temi
  • Negozju/Intraprenditorija
  • Kaxxa tal-għodda tal-UE għall-mobilità
  • L-aħjar prattika tal-EURES
  • Taħriġ EURES
  • Żgħażagħ
Settur
  • Accomodation and food service activities
  • Activities of extraterritorial organisations and bodies
  • Activities of households as employers, undifferentiated goods- and services
  • Administrative and support service activities
  • Agriculture, forestry and fishing
  • Arts, entertainment and recreation
  • Construction
  • Education
  • Electricity, gas, steam and air conditioning supply
  • Financial and insurance activities
  • Human health and social work activities
  • Information and communication
  • Manufacturing
  • Mining and quarrying
  • Other service activities
  • Professional, scientific and technical activities
  • Public administration and defence; compulsory social security
  • Real estate activities
  • Transportation and storage
  • Water supply, sewerage, waste management and remediation activities
  • Wholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles

Ċaħda

L-artikoli huma maħsuba biex jipprovdu lill-utenti tal-portal tal-EURES b'informazzjoni dwar suġġetti u xejriet kurrenti u biex jistimulaw id-diskussjoni u d-dibattitu. Il-kontenut tagħhom mhux bilfors jirrifletti l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA) jew tal-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, EURES u ELA ma japprovawx websajts ta' partijiet terzi msemmija hawn fuq.