Mur għall-kontenut ewlieni
EURES (EURopean Employment Services)
Artiklu tal-aħbarijiet16 Mejju 2017L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni2 min qari

EURES ta᾿ Franza: Nissimplifikaw it-Tfittxija għax-Xogħol ma᾿ Emploi Store

Jekk bħalissa qed tirreġistra għax-xogħol jew qed tfittex bidla fil-karriera, allura se tifhem l-espressjoni "li tfittex xogħol hija biċċa xogħol minnha nnifisha". Sigħat sħaħ tfittex kumpaniji fuq l-internet, siti tal-impjiegi, mudelli tas-CV, konsultazzjoni fuq il-karriera... il-lista tkompli. It-tfittxija toħodlok ħafna enerġija u ħafna drabi hija frustranti iżda l-EURES ta᾿ Franza għandu sit ġdid fjamant li jagħmel ix-xogħol iebes għalik.

EURES France: Making the Job Hunt Easier with Emploi Store

Emploi Store hija pjattaforma innovattiva online ddedikata għal min qed ifittex xogħol jew taħriġ fi Franza. Iżda għandha wkoll "dimensjoni Ewropea".

Pôle Emploi ħoloq Emploi Store, bażi ta᾿ data li tista᾿ tfittex fiha ħafna affarjiet relatati mas-servizzi tax-xogħol. Irrispettivament minn jekk għandekx bżonn tipprepara applikazzjoni, ittejjeb il-ħiliet ta᾿ intervista jew għajnuna biex issib xogħol, Emploi Store itik aċċess minnufih għal-lista sħiħa ta᾿ apps, siti web u għodod li jgħinuk. Firxa wiesgħa ta᾿ għodod interattivi moderni hija aċċessibbli u lesta biex tintuża f᾿Emploi Store.

Il-pjattaforma, li tnediet f᾿Lulju 2015, iġġib flimkien id-dettalji ta᾿ ᾿l fuq minn 180 sit web, apps tal-mowbajl u għodod li jistgħu jitniżżlu mill-internet, li lkoll ġew ippruvati, ittestjati u rreveduti minn persuni li verament qed ifittxu xogħħol.

Kif taħdem?

Is-sit web tal-Emploi Store huwa sempliċi biex jintuża u l-bażi ta᾿ data kbira li fih inqasmet f᾿erba᾿ gruppi ewlenin: L-Għażla ta᾿ Xogħol, it-Taħriġ, il-Preparazzjoni tal-Applikazzjoni Tiegħek, u Kif Issib Xogħol. Kulma trid tagħmel huwa li tagħżel qasam li teħtieġ għajnuna fih u Emploi Store itik lista tas-siti kollha li joffru għajnuna relatata. Imbagħad f᾿idejk biex tara liem jgħoddu għalik.

U jekk għandi pjanijiet biex immur naħdem barra?

Bl-assistenza tal-EURES ta᾿ Franza, minn Ġunju 2016, spazju kompletament ġdid fuq is-sit ġie speċifikament riservat għal dawk li qed ifittxu xogħol barra l-pajjiż. Il-pjattaforma tiġi aġġornata l-ħin kollu b᾿kontenut frisk u informazzjoni, u tagħti li dawk li qed ifittxu x-xogħol aċċess għal firxa wiesgħa ta᾿ għodod li jistgħu jtejbu l-opportunitajiet li jsibu xogħol barra l-pajjiż. Xi wħud mill-għodod jinkludu logħba prattika bl-isem "lest taħdem barra?", workshops online l-Għajxien u l-Ħidma fil-Ġermanja, il-Belġju, ir-Renju Unit, il-Kanada, l-Italja u ħafna iktar pajjiżi; għodda interattiva biex tbassar u tipprepara r-ritorn tiegħek f᾿pajjiżek, u anki taħriġ virtwali għal intervista bl-Ingliż u l-Ġermaniż.

Emploi Store hija one-stop shop għal kulmin qed ifittex xogħol, taħriġ vokazzjonali jew assistenza fix-xogħol. Mhux biss tiffrankalek il-ħin u l-enerġija importanti, iżda peress li ħafna nies li qed ifittxu xogħol mhux konxji tat-tipi differenti ta᾿ assistenza disponibbli għalihom, din il-pjattaforma ġdida tal-EURES ta᾿ Franza tiftaħ bibien għal opportunitajiet li ħafna lanqas biss kienu jafu li għandhom.

Biex tkun taf iktar iċċekkja l-Emploi Store.

 

Links relatati:

Emploi Store

Pôle Emploi

 

Aqra aktar:

Sib Konsulent tal- EURES

Kundizzjonijiet tax-xogħol u l-għajxien fil-pajjiżi tal-EURES

Il-Bażi ta᾿ Data tal-Impjiegi tal-EURES

Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi

Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES

Avvenimenti Online li ġejjin

L-EURES fuq Facebook

L-EURES fuq Twitter

L-EURES fuq LinkedIn

L-EURES fuq Google+

Temi
  • L-aħjar prattika tal-EURES
  • Aħbarijiet dwar is-suq tax-xogħol/aħbarijiet dwar il-mobilità
  • Xejriet ta' reklutaġġ
  • Żgħażagħ
Sezzjoni(jiet) relatati
  • Għajnuna u appoġġ
Settur
  • Accomodation and food service activities
  • Activities of extraterritorial organisations and bodies
  • Activities of households as employers, undifferentiated goods- and services
  • Administrative and support service activities
  • Agriculture, forestry and fishing
  • Arts, entertainment and recreation
  • Construction
  • Education
  • Electricity, gas, steam and air conditioning supply
  • Financial and insurance activities
  • Human health and social work activities
  • Information and communication
  • Manufacturing
  • Mining and quarrying
  • Other service activities
  • Professional, scientific and technical activities
  • Public administration and defence; compulsory social security
  • Real estate activities
  • Transportation and storage
  • Water supply, sewerage, waste management and remediation activities
  • Wholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles

Ċaħda

L-artikoli huma maħsuba biex jipprovdu lill-utenti tal-portal tal-EURES b'informazzjoni dwar suġġetti u xejriet kurrenti u biex jistimulaw id-diskussjoni u d-dibattitu. Il-kontenut tagħhom mhux bilfors jirrifletti l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA) jew tal-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, EURES u ELA ma japprovawx websajts ta' partijiet terzi msemmija hawn fuq.