Mur għall-kontenut ewlieni
EURES (EURopean Employment Services)
Artiklu tal-aħbarijiet11 Ottubru 2023L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni4 min qari

Il-EURES iwieġeb il-mistoqsijiet ewlenin tiegħek dwar in-nuqqas u l-eċċess ta’ ħaddiema fl-Ewropa

Wara r-rapport tal-EURES dwar in-nuqqas u l-eċċess ta’ ħaddiema tal-2022, stedinna lis-segwaċi tal-EURES biex jistaqsu kwalunkwe mistoqsija li kellhom dwar ir-rapport. Aqra biex tiskopri t-tweġibiet, u kun af liema huma l-impjiegi l-aktar imfittxija mill-Ewropa.

EURES answers your top questions on labour shortages and surpluses in Europe

Liema professjonijiet hemm domanda għalihom fl-Ewropa?

Abbażi tas-sejbiet tar-rapport, dawn huma l-aqwa 15-il professjoni li hemm domanda għalihom fl-Ewropa:

  1. Ħaddiema involuti fit-tqegħid tal-brikks u oħrajn relatati ma’ dan il-qasam
  2. Mastrudaxxi u ħaddiema li jgħaqqdu l-għamara
  3. Sewwieqa ta’ trakkijiet kbar u żgħar
  4. Ħaddiema li jissettjaw u operaturi tal-magni tax-xogħol tal-metall
  5. Professjonisti tal-infermerija
  6. Plamers u ħaddiema involuti fit-tqegħid tal-pajpijiet
  7. Ħaddiema li jdaħħlu l-elettriku fil-bini u dawk relatati ma’ dawn
  8. Ħaddiema li jiwweldjaw u jaqtgħu bl-użu tan-nar
  9. Ħaddiema li jqiegħdu l-konkrit, ħaddiema li jirfinaw ix-xogħol tal-konkrit u dawk relatati ma’ dawn
  10. Ħaddiema li jaħdmu bil-pjanċi tal-metall
  11. Ħaddiema involuti fit-tqegħid tal-art u dawk li jqiegħdu l-madum
  12. Żviluppaturi tas-software
  13. Kokijiet
  14. Ħaddiema involuti fil-kostruzzjoni tal-bini
  15. Mekkaniċi elettriċi u fitters

Mill-ewwel kwart tal-2021 sat-tieni kwart tal-2022, l-impjiegi totali fis-settur tal-kostruzzjoni espandew b’6 %, iżda għall-ħaddiema tal-kostruzzjoni tas-sengħa espandew b’5.8 %. Ir-rapport jispjega li dan seta’ kkawża tensjoni bejn l-għadd ta’ ħaddiema tas-sengħa u ż-żieda kumplessiva fl-impjieg. Għalhekk, dan seta’ kien fattur li kkontribwixxa għall-ħaddiema tal-kostruzzjoni tas-sengħa, bħal ħaddiema involuti fit-tqegħid tal-brikks , li sar l-aktar impjieg li hemm domanda għalih fl-2022, meta mqabbel mas-seba’ post li preċedentement ħareġ fir-rapport tal-2021.

Liema pajjiżi għandhom nuqqas ta’ impjiegi fil-kostruzzjoni?

Ir-rapport jikkonkludi li n-nuqqas l-aktar mifrux kien għal impjiegi relatati ma’ software, il-kura tas-saħħa, kif ukoll xogħlijiet tas-sengħa fil-kostruzzjoni u fl-inġinerija. Ħafna segwaċi tal-EURES huma interessati f’impjiegi fil-kostruzzjoni u jistaqsu liema pajjiżi Ewropej għandhom nuqqas f’dan is-settur.

Dawn huma r-riżultati:

  • Ħaddiema involuti fit-tqegħid tal-brikks (u ħaddiema relatati): il-Belġju, l-Iżvizzera, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, l-Estonja, il-Finlandja, Franza, il-Kroazja, l-Ungerija, l-Italja, il-Litwanja, il-Latvja, in-Netherlands, in-Norveġja, il-Polonja, il-Portugall, l-Iżvezja, is-Slovenja u s-Slovakkja.
  • Bennejja (bl-użu ta’ materjali tradizzjonali): is-Slovakkja.
  • Ħaddiema involuti fil-kostruzzjoni tal-bini: il-Belġju, l-Iżvizzera, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, il-Finlandja, il-Kroazja, l-Ungerija, l-Italja, il-Latvja, Malta, in-Netherlands, il-Polonja, il-Portugall, is-Slovenja, is-Slovakkja.
  • Ħaddiema involuti fl-irfinar: is-Slovenja
  • Maniġers tal-industrija tal-kostruzzjoni il-Belġju, id-Danimarka, Franza, l-Italja, il-Litwanja, in-Netherlands, in-Norveġja, ir-Rumanija.
  • Sorveljaturi tal-kostruzzjoni: il-Belġju, l-Iżvizzera, id-Danimarka, l-Estonja, il-Ġermanja, il-Finlandja, Franza, l-Italja, in-Netherlands, is-Slovenja.

Fejn hemm domanda għall-arkitetti?

Ħafna segwaċi tal-EURES huma arkitetti kurjużi dwar f’liema pajjiżi hemm domanda għall-professjoni tagħhom. Ir-rapport żvela li l-Iżvizzera u d-Danimarka għandhom nuqqas ta’ arkitetti tal-bini, u hemm eċċess fis-Slovenja. Min-naħa l-oħra, l-arkitetti tal-pajsaġġ huma meħtieġa fil-Belġju, u hemm eċċess fid-Danimarka u fi Spanja.

Fejn għandhom ifittxu impjieg l-istudenti tal-komunikazzjonijiet u tal-inġinerija?

Il-kont tal-EURES tal-Instagram għandu ħafna studenti segwaċi, u fi stħarriġ immexxi mill-kont, ħafna qalu li qed jistudjaw il-komunikazzjoni jew l-inġinerija, u staqsew dwar il-pajjiżi li għandhom domanda għall-karrieri futuri tagħhom. Dawn huma l-pajjiżi b’domanda għal karrieri futuri potenzjali ta’ dawn l-istudenti:

  • Tekniċi tal-Inġinerija Elettrika: l-Awstrija, il-Belġju, l-Iżvizzera, id-Danimarka, l-Estonja, il-Ġermanja, Franza, l-Irlanda, il-Litwanja, in-Netherlands, in-Norveġja, is-Slovenja.
  • Inġiniera tal-Elettriku: l-Iżvizzera, il-Finlandja, l-Irlanda, il-Litwanja, in-Netherlands, in-Norveġja, is-Slovenja.
  • Tekniċi tal-Inġinerija Elettronika: il-Belġju, l-Iżvizzera, Spanja, in-Netherlands, in-Norveġja.
  • Inġiniera Elettroniċi: l-Iżvizzera, in-Netherlands, in-Norveġja, is-Slovenja.
  • Professjonisti tal-inġinerija mhux ikklassifikati band’oħra: il-Belġju, l-Iżvizzera, id-Danimarka, Franza, l-Irlanda, l-Italja, in-Norveġja, is-Slovenja.
  • Inġiniera Ambjentali: In-Netherlands.
  • Teknoloġija tal-Informazzjoni u tal-Komunikazzjoni: il-Belġju, in-Netherlands, l-Iżvizzera, l-Italja, l-Awstrija, Spanja, Franza, l-Irlanda, in-Norveġja, l-Estonja, il-Lussemburgu, ir-Rumanija.

Bi tweġiba għal kwiżż, il-biċċa l-kbira tar-rispondenti qalu li huma interessati fl-Iskandinavja bħala destinazzjoni għall-karriera.

Żewġ pajjiżi Skandinavi huma fost il-pajjiżi bl-ogħla nuqqas irrappurtat ta’ impjiegi: In-Norveġja tinsab fil-ħames l-ogħla post f’dak li jirrigwarda l-għadd ta’ nuqqas ta’ impjiegi, b’128, filwaqt li d-Danimarka kienet fis-seba’ post, b’106. Min-naħa l-oħra, id-Danimarka rrappurtat l-ogħla għadd ta’ eċċess ta’ impjiegi, b’150. L-Iżvezja kienet l-għaxar l-inqas pajjiż f’dak li jirrigwarda nuqqas ta’ impjiegi b’31 biss ta’ nuqqas ta’ impjiegi.

Kemm id-Danimarka kif ukoll l-Iżvezja għandhom nuqqas ta’ impjiegi fil-qasam tal-kura tas-saħħa. Il-pajjiżi Skandinavi għandhom ukoll nuqqas fl-inġinerija, fil-kostruzzjoni u f’ħafna setturi oħra. Il-lista sħiħa ta’ pajjiżi u n-nuqqas ta’ impjiegi hija pprovduta fir-rapport.

Tixtieq issir taf aktar dwar in-nuqqas u l-eċċess ta’ ħaddiema fl-Ewropa? Aqra r-rapport hawn.

 

Links relatati:

Ir-rapport tal-EURES dwar in-nuqqas u l-eċċess ta’ ħaddiema tal-2022

 

Aqra aktar:

Il-Jiem Ewropej għall-Impjiegi

Sib Konsulenti tal-EURES

Il-kundizzjonijiet tal-għajxien u tax-xogħol fil-pajjiżi tal-EURES

Il-Bażi tad-Data tal-Impjiegi  tal-EURES

Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi

Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES

Avvenimenti Online li ġejjin

Il-EURES fuq Facebook

Il-EURES fuq Twitter

Il-EURES fuq LinkedIn

Temi
  • Negozju/Intraprenditorija
  • Ideat u Suġġerimenti
  • Aħbarijiet dwar is-suq tax-xogħol/aħbarijiet dwar il-mobilità
  • Aħbarijiet/rapporti/statistika
  • Xejriet ta' reklutaġġ
Sezzjoni(jiet) relatati
Settur
  • Accomodation and food service activities
  • Activities of extraterritorial organisations and bodies
  • Activities of households as employers, undifferentiated goods- and services
  • Administrative and support service activities
  • Agriculture, forestry and fishing
  • Arts, entertainment and recreation
  • Construction
  • Education
  • Electricity, gas, steam and air conditioning supply
  • Financial and insurance activities
  • Human health and social work activities
  • Information and communication
  • Manufacturing
  • Mining and quarrying
  • Other service activities
  • Professional, scientific and technical activities
  • Public administration and defence; compulsory social security
  • Real estate activities
  • Transportation and storage
  • Water supply, sewerage, waste management and remediation activities
  • Wholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles

Ċaħda

L-artikoli huma maħsuba biex jipprovdu lill-utenti tal-portal tal-EURES b'informazzjoni dwar suġġetti u xejriet kurrenti u biex jistimulaw id-diskussjoni u d-dibattitu. Il-kontenut tagħhom mhux bilfors jirrifletti l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA) jew tal-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, EURES u ELA ma japprovawx websajts ta' partijiet terzi msemmija hawn fuq.