Mur għall-kontenut ewlieni
EURES (EURopean Employment Services)
Artiklu tal-aħbarijiet19 Ottubru 2023L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni3 min qari

Ifhem u għeleb il-ħames tipi ta’ sindromu tal-impustur

Is-sindromu tal-impustur jista’ jdgħajjef is-sens ta’ valur tiegħek u dan jista’ jaffettwa l-fiduċja tiegħek fuq il-post tax-xogħol. F’dan l-artiklu, inħarsu lejn il-ħames tipi ta’ sindromu tal-impustur, u l-mod kif tista’ tifhimhom u tegħlibhom biex tilħaq il-potenzjal sħiħ tiegħek.

Embrace and overcome the five types of imposter syndrome

Is-Supereroj

Is-supereroj jimbuttaw lilhom infushom biex jaħdmu aktar minn ħaddieħor. Dawn għandhom it-tendenza li jemmnu li jridu jkunu huma li jaħdmu l-aktar jew li jilħqu l-ogħla livelli ta’ suċċess. Aħna ngħixu f’dinja li kontinwament tenfasizza l-produttività, u s-Supereroj jistgħu jieħdu din l-idea għall-estrem.

Jekk tidentifika lilek innifsek mas-Supereroj, tista’ ssibha diffiċli li tiddelega l-kompiti jew titlob għajnuna meta jkollok bżonnha. Irrikonoxxi li m’għandekx għalfejn terfa’ l-piż li tagħmel kollox waħdek. Dan jgħinek biex tevita l-eżawriment u tnaqqas il-livelli ta’ stress tiegħek. Ipprova fakkar lilek innifsek li l-valur proprju tiegħek m’għandux jiddependi fuq il-produttività tiegħek. Ħu pawżi u pprijoritizza l-benesseri mentali tiegħek meta jkollok bżonn.

Il-Perfezzjonist(a)

Il-perfezzjonisti jistabbilixxu standards inkredibbilment għoljin għalihom infushom, li ta’ spiss ma jkunux realistiċi. Meta ma jkunux jistgħu jissodisfaw dawn l-istandards, jibdew jiddubitaw il-valur tagħhom.

Jekk tidentifika lilek innifsek mal-perfezzjonist(a), irrikonoxxi li l-perfezzjoniżmu tiegħek jista’ jkun kemm saħħa kif ukoll dgħufija. Agħmel sforz konxju biex tistabbilixxi għanijiet realistiċi li huma maniġġabbli u li jistgħu jinkisbu. Ta’ spiss, il-perfezzjonisti jaraw biss l-eżitu finali bħala li jistħoqqlu rikonoxximent. Minflok, iċċelebra s-suċċessi u l-istadji importanti kollha, irrispettivament minn kemm jidhru żgħar għalik.

L-Individwalist(a)

Ta’ spiss l-individwalisti jħossu li sakemm ma jagħmlux xi ħaġa waħedhom, mingħajr assistenza, is-suċċess ma jkunx tagħhom. Huma jemmnu li jekk ikunu rċevew l-għajnuna, il-ħiliet u l-esperjenza tagħhom ma jkunux adegwati.

Jekk tidentifika lilek innifsek mal-individwalist(a), ftakar li tfittex l-għajnuna mhijiex sinjal ta’ dgħufija. Ħafna kompiti jeħtieġu kollaborazzjoni, u tista’ tipproduċi l-aħjar xogħol tiegħek bil-kontribut u bl-għarfien espert ta’ oħrajn. Li titgħallem minn oħrajn jgħinek ukoll biex tikber u ttejjeb il-ħiliet proprji tiegħek.

Il-Ġenju/Ġenja min-Natura

Il-Ġenju/Ġenja min-Natura huwa xi ħadd li sab l-affarijiet faċli mit-tfulija. Meta jiltaqgħu ma’ sfidi u diffikultajiet fil-ħajja adulta, ta’ spiss iħossuhom bħala impusturi, peress li ma jkunux bnew ir-reżiljenza biex ikunu kapaċi jipperseveraw quddiem l-isfidi.

Jekk tidentifika lilek innifsek mal-Ġenju/Ġenja min-Natura, kun af li huwa normali li ma teċċellax f’kollox, speċjalment mal-ewwel darba li tipprova. L-intelliġenza mhijiex fissa  – tista’ tiżviluppa l-ħiliet tiegħek permezz ta’ sforz u prattika. Tibżax jekk issib li xi ħaġa tkun diffiċli l-ewwel darba. Hija parti naturali tal-ħajja, għalhekk użaha bħala opportunità biex titgħallem u tikber.

L-Espert(a)

Ta’ spiss l-esperti jemmnu li jeħtieġ li jiddedikaw ammont sinifikanti ta’ ħin għar-riċerka qabel ma jkunu jistgħu jibdew kompitu. Dan jista’ jaffettwa l-produttività, l-ikkompletar tal-kompiti u l-fiduċja meta jippruvaw affarijiet ġodda.

Jekk tidentifika lilek innifsek mal-Espert(a), irrikonoxxi l-ħiliet li diġà għandek – hemm raġuni tajba għalfejn intlabt biex twettaq kompitu partikolari. Li tkun espert ma jfissirx li jeħtieġ li tkun taf kollox, iżda pjuttost li għandek fehim konsiderevoli tas-suġġett. Tibżax minn xi lakuni fl-għarfien tiegħek. Minflok, użahom bħala opportunità biex tagħmel kuntatt mal-oħrajn fit-tim tiegħek u tikkollabora biex issib soluzzjoni.

Għal parir dwar kif tkampa bis-sindromu tal-impustur, ara l-artiklu tagħna dwar “Erba’ regoli tad-deheb biex tindirizza s-sindromu ta’ impustur fuq il-post tax-xogħol”.

 

Links relatati:

Erba’ regoli tad-deheb biex tindirizza s-sindromu ta’ impustur fuq il-post tax-xogħol

 

Aqra aktar:

Il-Jiem Ewropej għall-Impjiegi

Sib Konsulenti tal-EURES

Il-kundizzjonijiet tal-għajxien u tax-xogħol fil-pajjiżi tal-EURES

Il-Bażi tad-Data tal-Impjiegi  tal-EURES

Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi

Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES

Avvenimenti Online li ġejjin

Il-EURES fuq Facebook

Il-EURES fuq Twitter

Il-EURES fuq LinkedIn

Temi
  • Negozju/Intraprenditorija
  • Ideat u Suġġerimenti
Sezzjoni(jiet) relatati
  • Ideat u Suġġerimenti
Settur
  • Accomodation and food service activities
  • Activities of extraterritorial organisations and bodies
  • Activities of households as employers, undifferentiated goods- and services
  • Administrative and support service activities
  • Agriculture, forestry and fishing
  • Arts, entertainment and recreation
  • Construction
  • Education
  • Electricity, gas, steam and air conditioning supply
  • Financial and insurance activities
  • Human health and social work activities
  • Information and communication
  • Manufacturing
  • Mining and quarrying
  • Other service activities
  • Professional, scientific and technical activities
  • Public administration and defence; compulsory social security
  • Real estate activities
  • Transportation and storage
  • Water supply, sewerage, waste management and remediation activities
  • Wholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles

Ċaħda

L-artikoli huma maħsuba biex jipprovdu lill-utenti tal-portal tal-EURES b'informazzjoni dwar suġġetti u xejriet kurrenti u biex jistimulaw id-diskussjoni u d-dibattitu. Il-kontenut tagħhom mhux bilfors jirrifletti l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA) jew tal-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, EURES u ELA ma japprovawx websajts ta' partijiet terzi msemmija hawn fuq.