Skip to main content
EURES
Artiklu tal-aħbarijiet8 Jannar 2018L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni

Il-benefiċċji tax-xogħol fil-Portugall – l-istorja Bulgara

Fl-aħħar tliet snin, aktar minn 800 ħaddiem staġjonali Bulgaru fil-qasam tal-biedja u tal-agrikoltura sabu kollokamenti fil-Portugall.

The benefits of working in Portugal – the Bulgarian story
EURES Plovdiv

Il-programm tal-mobbiltà fix-xogħol staġjonali huwa ffaċilitat mill-EURES Bulgarija f’kooperazzjoni mill-qrib mal-EURES Portugall. L-inizjattiva tgħin lill-impjegaturi Portugiżi jimpjegaw ħaddiema temporanji fl-agrikoltura matul l-istaġun ta’ ħafna xogħol, li fih huma jġarrbu nuqqas kbir ta’ persunal.

Il-bdiewa Bulgari qegħdin jagħtu daqqa t’id lill-ħaddiema sħabhom fl-ambjent sabiħ tal-Algarve, ir-reġjun li jinsab fl-aktar parti t’isfel tal-Portugall u wieħed mill-aktar destinazzjonijiet turistiċi famużi fl-Ewropa. L-Algarve toffri varjetà kbira ta’ opportunitajiet ta’ xogħol staġjonali fl-agrikoltura u fit-turiżmu, fl-isfond ta’ kosti pittoreski u klima meraviljuża.

Is-Servizzi Pubbliċi tal-Impjiegi tal-Bulgarija huma responsabbli biex jorganizzaw il-proċess sħiħ, fejn jagħtu servizzi sħaħ ta’ reklutaġġ kemm għall-persuni li jkunu qed ifittxu impjieg kif ukoll għall-impjegaturi.

Huma jipprovdu informazzjoni lill-applikanti potenzjali, huma involuti fl-għażla minn qabel tal-kandidati, jgħinu jorganizzaw intervisti fil-pajjiżi u jagħtu informazzjoni estensiva dwar il-kundizzjonijiet tal-għajxien u tax-xogħol lill-applikanti approvati. Il-bdiewa jingħataw għajnuna mill-Konsulenti tal-EURES f’kull pass matul it-triq – mill-proċess tal-applikazzjoni għall-intervisti, matul il-vjaġġ lejn il-Portugall, u anki meta jirritornaw.

Iżda naturalment, it-tim tal-EURES Bulgarija ma jistax jagħmel dan kollu waħdu. Huwa għandu l-għajnuna u l-appoġġ tal-kollegi tiegħu fil-Portugall.

“Huwa importanti li nsemmu l-kooperazzjoni ferm mill-qrib mat-tim tal-EURES fil-Portugall, li jgħinu ħafna fil-komunikazzjoni mal-impjegaturi,” tikkummenta Daniela Piryankova, Konsulenta tal-EURES u koordinatur tat-taħriġ fis-Servizzi Pubbliċi tal-Impjiegi tal-Bulgarija.

Huma mhux biss jgħinu fil-loġistika u fil-komunikazzjoni mal-impjegaturi, iżda jagħmlu wkoll żjarat fuq il-post għall-irziezet sabiex jiżguraw li l-ħaddiema Bulgari jkollhom dak kollu li għandhom bżonn.

Bis-saħħa ta’ din ir-relazzjoni qawwija u tal-attenzjoni mill-qrib għad-dettall, il-proġett tal-ħaddiema staġjonali bejn il-Bulgarija u l-Portugall kiseb suċċess kbir f'dawn l-aħħar tliet snin.

Ix-xogħol fil-Portugall għandu diversi benefiċċji: bajjiet sbieħ, il-pajsaġġ meraviljuż tal-Peniżola Iberika, l-ikel tal-baħar frisk u l-inbid. Huwa l-ambjent ideali għal dawk li qegħdin ifittxu għal dak il-bilanċ perfett bejn ix-xogħol u l-ħajja.

Jekk qed tfittex impjieg staġjonali perfett, għaliex ma tippruvax il-Portugall? Ikkuntattja lill-eqreb Konsulent tal-EURES tiegħek illum biex issir taf aktar.

 

Links relatati:

EURES Bulgarija

Servizzi Pubbliċi tal-Impjiegi - il-Bulgarija

EURES Portugall

 

Aqra aktar:

Sib Konsulent tal-EURES

Il-kundizzjonijiet tax-xogħol u tal-għajxien fil-pajjiżi tal-EURES

Il-Bażi ta’ Data tal-Impjiegi tal-EURES

Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi

Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES

Avvenimenti Online li ġejjin

L-EURES fuq Facebook

L-EURES fuq Twitter

L-EURES fuq LinkedIn

L-EURES fuq Google+

Temi
L-aħjar prattika tal-EURESIdeat u SuġġerimentiAħbarijiet dwar is-suq tax-xogħol/aħbarijiet dwar il-mobilitàXejriet ta' reklutaġġ
Sezzjoni(jiet) relatati
L-Għajxien u x-Xogħol
Settur
Accomodation and food service activitiesActivities of extraterritorial organisations and bodiesActivities of households as employers, undifferentiated goods- and servicesAdministrative and support service activitiesAgriculture, forestry and fishingArts, entertainment and recreationConstructionEducationElectricity, gas, steam and air conditioning supplyFinancial and insurance activitiesHuman health and social work activitiesInformation and communicationManufacturingMining and quarryingOther service activitiesProfessional, scientific and technical activitiesPublic administration and defence; compulsory social securityReal estate activitiesTransportation and storageWater supply, sewerage, waste management and remediation activitiesWholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles

Ċaħda

L-artikoli huma maħsuba biex jipprovdu lill-utenti tal-portal tal-EURES b'informazzjoni dwar suġġetti u xejriet kurrenti u biex jistimulaw id-diskussjoni u d-dibattitu. Il-kontenut tagħhom mhux bilfors jirrifletti l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA) jew tal-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, EURES u ELA ma japprovawx websajts ta' partijiet terzi msemmija hawn fuq.