Skip to main content
EURES
Artiklu tal-aħbarijiet20 Settembru 2017L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni

Qed tfittex l-avventura ta’ ħajtek? Lapland qed issejjaħlek!

Qed tfittex xogħol ġdid, iżda mhux xogħol kwalunkwe? Forsi qed toħlom fuq pożizzjoni bi drama u avventura? Tixxennaq għal post tax-xogħol li għandu dik ix-xi ħaġa żgħira differenti, jew unika? Jekk int tħossok hekk, mela kompli aqra!

Are you looking for the adventure of a lifetime? Lapland is calling!
Work in Lapland - YouTube

Il-EURES Finland qed tittama li tiġbed l-attenzjoni tal-persuni li qed ifittxu impjieg li għandhom interess fis-settur tat-turiżmu, u tixtieq tistedinhom jipparteċipaw fil-Jum Ewropew għall-Impjiegi Online, li għandu jsir fis-27 ta’ Settembru.

L-avveniment ta’ reklutaġġ, bl-isem “Aħdem f’Lapland- Merħba fil-Finlandja” (Aħdem f’Lapland- Merħba fil-Finlandja) għandu l-għan li jgħaqqad lil persuni li jkunu qed ifittxu impjieg minn madwar l-Ewropa kollha ma’ impjegaturi mis-setturi tat-turiżmu, tal-lukandi u tal-kejtering tal-Finlandja.

Iżda li kieku taħdem f’lukanda f’Lapland tkun daqshekk differenti milli kieku taħdem fit-Taverna lokali tiegħek? Ser inħallu f’idejk biex tiġġudika. Agħti ħarsa lejn il-vidjo “Aħdem f’Lapland- Merħba fil-Finlandja” biex tara b’għajnejk.

Xeni ta’ kabini tal-injam kennija, pajsaġġi mgħottijin bil-borra, u l-ispettaklu straordinarju tan-Northern Lights... dan kollu ispirak biżżejjed?

Il-Membru tal-persunal tal-EURES, Tuija Pahnila, tittama f’hekk, “L-għan tal-vidjo kien li jippreżenta l-libertà u l-fidwa mid-dinja mħabbta u mill-istorbju tat-traffiku. Xtaqna li l-udjenza tagħna tħoss l-atmosfera Nordika u xtaqna nagħtuhom raġunijiet għall-ħolma ta’ ħajjithom”

Lapland hi l-aktar reġjun tal-Finlandja li jinsab fit-Tramuntana, u minbarra veduti spettakolari jgawdi wkoll minn industrija tal-ivvjaġġar u tat-turiżmu li qed tikber b’rata mgħaġġla. Jeħtieġ forza tax-xogħol internazzjonali enormi kull sena, speċjalment, iżda mhux esklussivament, għall-istaġun tax-xitwa, u prospetti fuq żmien twil ukoll huma possibbli.

Mill-vidjo jidher ċar li Lapland hu post tax-xogħol li ma ssib bħalu mkien. Fejn iktar tista’ taħdem għall-veru Santa Klaws, jew tkun gwida tat-turisti fuq slitti miġbuda minn ħuskies jew ċriev? Karigi oħrajn li f’postijiet oħra fid-dinja jistgħu jidhru “normali” jingħataw bixra maġika mil-lokalità unika ta’ Lapland.

L-avveniment ta’ reklutaġġ online “Aħdem f’Lapland- Meħba fil-Finlandja hu l-opportunità perfetta biex tippreżenta l-applikazzjoni tiegħek għal varjetà ta’ karigi, titkellem mal-impjegati, tiġi intervistat/a, u tagħmel l-ewwel pass lejn opportunità li tiġik darba f’ħajtek. 

Tista’ tiskopri iktar dwar il-Jum Ewropew għall-Impjiegi Online “Aħdem f’Lapland- Merħba fil-Finlandja” jew irreġistra għall-avveniment hawnhekk stess! Santa Klaws qed jistenna...

 

Links relatati:

“Aħdem f’Lapland” vidjo

“Aħdem f’Lapland” Jum Ewropew għall-Impjiegi Online

 

Aqra aktar:

Sib Konsulent tal-EURES

Kundizzjonijiet tax-xogħol u l-għajxien fil-pajjiżi tal-EURES

Il-Bażi ta᾽ Data tal-Impjiegi tal-EURES

Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi

Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES

Avvenimenti Online li ġejjin

L-EURES fuq Facebook

L-EURES fuq Twitter

L-EURES fuq LinkedIn

L-EURES fuq Google+

Temi
Negozju/IntraprenditorijaĠranet tax-Xogħol/AvvenimentiAħbarijiet dwar is-suq tax-xogħol/aħbarijiet dwar il-mobilitàXejriet ta' reklutaġġMidja soċjaliŻgħażagħ
Sezzjoni(jiet) relatati
L-Għajxien u x-Xogħol
Settur
Accomodation and food service activitiesActivities of extraterritorial organisations and bodiesActivities of households as employers, undifferentiated goods- and servicesAdministrative and support service activitiesAgriculture, forestry and fishingArts, entertainment and recreationConstructionEducationElectricity, gas, steam and air conditioning supplyFinancial and insurance activitiesHuman health and social work activitiesInformation and communicationManufacturingMining and quarryingOther service activitiesProfessional, scientific and technical activitiesPublic administration and defence; compulsory social securityReal estate activitiesTransportation and storageWater supply, sewerage, waste management and remediation activitiesWholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles

Ċaħda

L-artikoli huma maħsuba biex jipprovdu lill-utenti tal-portal tal-EURES b'informazzjoni dwar suġġetti u xejriet kurrenti u biex jistimulaw id-diskussjoni u d-dibattitu. Il-kontenut tagħhom mhux bilfors jirrifletti l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA) jew tal-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, EURES u ELA ma japprovawx websajts ta' partijiet terzi msemmija hawn fuq.