Mur għall-kontenut ewlieni
EURES (EURopean Employment Services)
Artiklu tal-aħbarijiet31 Mejju 2017L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni4 min qari

Actiris ixxerred l-aħbar tajba ta’ "l-ewwel impjieg EURES tiegħek" fi Brussell.

F’Diċembru tal-2016, kollaboraturi tal-EURES f'Actiris niżlu fit-toroq ta’ Brussell biex jippromwovu l-programm ta' mobilità tax-xogħol, "l-ewwel impjieg EURES tiegħek" (YFEJ). Actiris International hija l-fergħa internazzjonali tas-Servizz Pubbliku tal-Impjiegi ta’ Brussell, Actiris, li huwa wieħed mill-imsieħba li jappoġġaw l-isforz tal-EURES.

Actiris spreading the good news of Your First EURES Job in Brussels
Actiris Facebook page

Il-qgħad fost iż-żgħażagħ fi Brussell naqas b’mod stabbli matul is-snin li għaddew, u bħalissa jinsab fil-livell ta' 25.3%. Madankollu, għad hemm ħafna xi jsir biex tinżamm din it-tendenza u Actiris ma ħliet l-ebda ħin biex taġixxi fil-pront. 

It-tim dinamiku ta’ Actiris International tella' strixxun u punt ta’ informazzjoni fiċ-ċentru tal-belt ta’ Brussell, biex jilħaq lil żgħażagħ li kienu għaddejjin fil-qrib li setgħu kienu fil-bżonn ta’ daqqa t’id fl-avvanz fil-karriera.

Armat b’mijiet ta’ kartolini li jolqtu l-għajn stampati kemm bil-Franċiż kif ukoll bl-Olandiż, it-tim żar uħud mill-postijiet l-aktar moda u popolari li l-aktar jiġu ffrekwentati miż-żgħażagħ ta’ Brussell.Tqassmu volantini ma’ kullimkien, f’postijiet kulturali, kafetteriji, ħwienet tal-kotba u saħansitra fuq it-trasport pubbliku.Tista’ tara wħud mir-ritratti tal-jum minn fuq il-paġna ta' Facebook ta’ Actiris.

Saret kampanja ta’ kummerċjalizzazzjoni dinamika virali bit-tama li tinxtered il-kelma tal-YFEJ mal-professjonisti żgħażagħ kif ukoll ma’ dawk li kienu qed ifittxu impjieg.Immexxija minn Actiris International, l-attivitajiet innovattivi ta’ kummerċjalizzazzjoni rriżultaw f’żieda fl-applikazzjonijiet għall-benefiċċji mill-programm tal-YFEJ. Il-Kap tal-Impjiegi Internazzjonali ta' Actiris, is-Sinjura Jessica Mathy, li mexxiet il-kampanja, tgħid li huma ħolqu opportunità unika biex jagħmlu kuntatt ma’ udjenza usa’ mis-soltu, speċjalment waħda li mhux dejjem hija konxja mid-dimensjoni internazzjonali tas-servizzi tagħhom. Eluf ta’ kartolini tqassmu madwar l-erbat irjiħat ta’ Brussell. “Filwaqt li għadu kmieni biex nikkalkulaw iċ-ċifri preċiżi fl-aħħar tal-kampanja, bħalissa qed nipprevedu numru sostanzjali ta’ talbiet li għandhom jiġu għandna matul ix-xhur li ġejjin. U dan jista’ jfisser biss li ser inkunu lħaqna l-għan tagħna li nippromwovu l-mobilità fix-xogħol fl-Ewropa! ", skont Jessica.

Jekk għandek bejn 18 u 35 sena ‘l-ewwel impjieg EURES tiegħek’ jista’ jkun għalik

L-iskema ta’ mobilità ta’ YFEJ hija opportunità għall-Ewropej kollha, iżgħar minn 35 sena li jkunu qed ifittxu xogħol, li huma interessati li jaħdmu jew li jkollhom aċċess għal taħriġ jew apprendistati fl-UE, in-Norveġja u l-Islanda.Inizjattiva li hi appoġġjata finanzjarjament mill-Kummissjoni Ewropea, timmira li tiffaċilita l-mobbiltà internazzjonali fi ħdan l-UE kemm għal dawk li jkunu qed ifittxu x-xogħol kif ukoll tipprovdi gwida u assistenza lil min qed iħaddimhom.

Il-YFEJ bħalissa hija implimentata fil-livell tal-UE kollha minn erba’ konsorzji mmexxija rispettivament mis-servizzi tal-impjiegi pubbliċi fi Franza, l-Italja, il-Ġermanja u l-Iżvezja, li jinvolvu Stati Membri tal-UE oħrajn. Actiris hija parti minn konsorzju mmexxi mis-servizz tal-impjiegi pubbliku fi Franza (Pôle Emploi). Mill-2016, Actiris diġà kkontribwixxiet għal ħafna opportunitajiet ta’ xogħol barra mill-pajjiż f’numru ta’ setturi, jiġifieri: s-setturi tal-industrija, in-negozju, l-IT u l-midja u fl-NGOs. L-appoġġ għar-rilokazzjoni kien l-aktar allokat għal dawk li kienu qed ifittxu x-xogħol li kienu qed jiċċaqilqu lejn il-Ġermanja, il-Portugall u Spanja, u fil-parti l-kbira, il-benefiċjarji kienu nisa ta’ bejn il-25 u t-30 sena.

L-iskema tal-YFEJ tista’ tipprovdi lil persuni li jkunu qed ifittxu x-xogħol b’assistenza finanzjarja għall-ispejjeż tal-ivvjaġġar biex jattendu intervisti, għall-ispejjeż għar-rilokazzjoni, għall-ħlasijiet għal kors lingwistiku kif ukoll b'assistenza fil-ħidma u l-ispejjeż biex il-kwalifiki tagħhom jiġu rikonoxxuti.

Barra minn hekk, l-inizjattiva tgħin lil min iħaddem f’dawk l-Istati Membri biex jirreklutaw persunal adattat għall-impriżi tagħhom, u tipprovdi appoġġ finanzjarju biex tgħinhom joħolqu programm ta’ integrazzjoni għall-membri ġodda tal-persunal tagħhom.

Il-YFEJ tagħmilha aktar faċli għaż-żgħażagħ Ewropej biex jiċċaqalqu, jaħdmu u jgħixu fl-Ewropa, u tiffaċilita l-proċess ta’ reklutaġġ għal min iħaddem.

Kif tagħmel kuntatt ma’...

Actiris International

Jekk trid tkun taf aktar dwar il-YFEJ, kull ma għandek tagħmel huwa li tikkuntattja lil Actiris International biex tagħmel appuntament.  Ara l-websajt tagħhom għad-dettalji kollha ta’ kuntatt.

Servizzi ta’ Impjieg tal-YFEJ oħrajn fl-UE

Tista’ ssib aktar informazzjoni fuq il-YFEJ kif ukoll id-dettalji ta’ kuntatt ta’ servizzi tal-YFEJ oħrajn fil-livell tal-UE hawnhekk

Jekk tixtieq li tinżamm aġġornat fuq l-aħħar aħbarijiet u opportunitajiet tal-EURES, jekk jogħġbok segwi l-paġna ta’ Facebook tal-EURES u Twitter.

 

Links relatati:

Il-paġna ta’ Facebook tal-Actiris

Is-sit web ta' Actiris International

Il-paġna web ta' L-ewwel impjieg EURES tiegħek fuq EURES

Il-paġna ta' Facebook tal-EURES

Feed ta' Twitter tal-EURES

 

Aqra aktar:

Sib Konsulent tal-EURES

Kundizzjonijiet tax-xogħol u l-għajxien fil-pajjiżi tal-EURES

Il-Bażi ta' Data tal-Impjiegi tal-EURES

Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi

Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES

Avvenimenti Onlineli ġejjin

L-EURES fuq Facebook

L-EURES fuq Twitter

L-EURES fuq LinkedIn

L-EURES fuq Google+

Temi
  • Ideat u Suġġerimenti
  • Aħbarijiet/rapporti/statistika
  • Stejjer ta' suċċess
Sezzjoni(jiet) relatati
Settur
  • Accomodation and food service activities
  • Activities of extraterritorial organisations and bodies
  • Activities of households as employers, undifferentiated goods- and services
  • Administrative and support service activities
  • Agriculture, forestry and fishing
  • Arts, entertainment and recreation
  • Construction
  • Education
  • Electricity, gas, steam and air conditioning supply
  • Financial and insurance activities
  • Human health and social work activities
  • Information and communication
  • Manufacturing
  • Mining and quarrying
  • Other service activities
  • Professional, scientific and technical activities
  • Public administration and defence; compulsory social security
  • Real estate activities
  • Transportation and storage
  • Water supply, sewerage, waste management and remediation activities
  • Wholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles

Ċaħda

L-artikoli huma maħsuba biex jipprovdu lill-utenti tal-portal tal-EURES b'informazzjoni dwar suġġetti u xejriet kurrenti u biex jistimulaw id-diskussjoni u d-dibattitu. Il-kontenut tagħhom mhux bilfors jirrifletti l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA) jew tal-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, EURES u ELA ma japprovawx websajts ta' partijiet terzi msemmija hawn fuq.