Mur għall-kontenut ewlieni
EURES (EURopean Employment Services)
Artiklu tal-aħbarijiet4 April 2017L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni4 min qari

8 suġġerimenti biex tibni sit web eċċellenti għall-organizzazzjoni tiegħek

Sit web eċċellenti sar il-qalba taʼ kwalunkwe negozju jew organizzazzjoni fid-dinja moderna tagħna. Sew jekk qed tibni wieħed ġdid jew tixtieq ittejjeb wieħed eżistenti, hemm xi deċiżjonijiet essenzjali li jeħtieġ li jittieħdu qabel tibda...

8 tips for building a great website for your organisation

Agħżel is-softwer tiegħek bʼmod għaqli

Il-punt tat-tluq għal kwalunkwe sit web hu s-softwer u WordPress, Drupal u Joomla huma regolarment ikklassifikati bħala tlieta mill-aqwa softwer tal-ġestjoni tas-siti web/tal-kontenut fis-suq. It-tliet sistemi, li huma kollha bʼsors miftuħ, joffru livell għoli ta' personalizzazzjoni u jibbenefikaw minn titjib regolari fil-forma taʼ plugins u temi pprovduti mill-komunità onlajn.

Żviluppa arkitettura tas-sit loġika

Viżitaturi għas-sit web tan-negozju jew tal-organizzazzjoni tiegħek jixtiequ jsibu l-affarijiet malajr u faċilment, għalhekk hu importanti li tippjana l-arkitettura tas-sit tiegħek qabel tibda. Xʼse jkunu qegħdin ifittxu l-viżitaturi tiegħek u minn kemm il-menu u submenu se jkunu lesti jgħaddu biex isibuh? Xʼpaġni għandek bżonn u liema minnhom se tbati biex timla b'kontenut utli. Il-konsiderazzjoni taʼ dawn it-tipi taʼ mistoqsijiet se tgħinek tistabbilixxi l-arkitettura l-aktar effiċjenti possibbli tas-sit.

Agħżel il-kontenut it-tajjeb

Immaġinak fil-pożizzjoni tal-viżitaturi tiegħek meta tiddeċiedi xʼinformazzjoni għandek tinkludi dwar in-negozju jew l-organizzazzjoni tiegħek u xʼtoffri. Ftakar: dak li int tara bħala essenzjali jistaʼ ma jkunx l-istess għalihom. Dan l-eżerċizzju jistaʼ jgħin ukoll biex inaqqas u jissimplifika l-kontenut tiegħek, li jagħmlu aktar faċli biex jinżamm fit-tul.

L-immaġnijiet huma importanti wkoll, bħala mod kif tattira l-attenzjoni u anki biex tifred blokok taʼ test. Filwaqt li l-użu ta' immaġnijiet stokk ħafna drabi hu l-għażla l-faċli - jew xi drabi l-unika għażla - immaġnijiet personali jagħtu wiċċ u identità lin-negozju jew lill-organizzazzjoni tiegħek.

Żommu konverżazzjonali

Il-lingwaġġ normalment ikun pjuttost formali fi ħdan id-dinja tan-negozju, u spiss ikun mimli bi kliem tekniku u bʼakronimi speċifiċi għall-industrija partikolari. Filwaqt li dan żgur għandu postu, jistaʼ ma jkunx l-aħjar approċċ li tieħu fejn jirrigwarda l-kontenut taʼ sit web. Jekk iżżomm il-lingwaġġ konverżazzjonali u tevita kliem tekniku tistaʼ tispiċċa bʼtest aktar faċli għall-viżitatur li jagħmel is-servizzi li qiegħed joffri n-negozju jew l-organizzazzjoni tiegħek aktar ċari lill-viżitatur.

Ottimizza l-kontenut tiegħek

Hu importanti li tikkunsidra wkoll li jkollok kontenut “SEO friendly”, għaliex dan jiddetermina fejn is-sit web tiegħek se jidher f’riżultati tal-magni tat-tiftix. Identifika l-kliem ewlieni xieraq għan-negozju jew għall-organizzazzjoni tiegħek u tgħallem kif tużah b’mod effettiv sabiex timmassimizza l-kapaċità tat-tiftix tiegħek. L-organizzazzjoni tal-kontenut tiegħek b’mod loġiku u l-bini ta’ rabtiet bejn taqsimiet tas-sit web tiegħek ukoll jistgħu jagħtu spinta lill-preżenza onlajn tiegħek.

Sfrutta kemm tistaʼ l-midja soċjali

Tkellimna qabel dwar kif il-midja soċjali tista’ tkun għodda eċċellenti għal negozji u organizzazzjonijiet. Iżda jekk il-viżitaturi ma jkunux jistgħu jsibu l-kanali tal-midja soċjali tiegħek, mela l-potenzjal tagħhom ikun qiegħed jiġi mxekkel sa mill-bidu. Kun ċert li tqiegħed il-kanali tal-midja soċjali tiegħek f’post fejn jidhru ħafna fuq is-sit web tiegħek u li tieħu l-opportunità li tiggwida lil viżitaturi lejn dawn il-kanali kull meta jkun possibbli.

Il-kanali tal-midja soċjali huma wkoll wieħed mill-aqwa modi kif tikkomunika dwar il-benefiċċji tan-negozju jew tal-organizzazzjoni tiegħek u huma mod effettiv kif tippromwovi s-sit web tiegħek u tattira lill-viżitaturi.

Tgħaġġilx

Il-bini ta’ sit web eċċellenti hu impenn fit-tul – mhuwiex ħaġa li tista’ ssir matul il-lejl. Ħu l-ħin tiegħek, ippjana l-istadji tiegħek u agħmel ċert li tittestja kull karatteristika bir-reqqa. Tista’ tkun tentazzjoni li tħaffef it-tnedija ta’ sit web ġdid, b’mod partikolari jekk tkun xi ħaġa li n-negozju jew l-organizzazzjoni tiegħek tkun diġà ħabbret lill-udjenza fil-mira tiegħek, iżda jekk tilħaq skadenza bi prodott mhux komplut tista’ toħloqlok iktar problemi fit-tul.

Suġġeriment għall-futur: żomm is-sit web tiegħek aġġornat

Jista’ jkun li żviluppajt u nedejt sit web eċċellenti, iżda dak hu biss il-bidu tal-vjaġġ. Jekk ma taġġornax is-sit web tiegħek fuq bażi regolari, tkun qed tieħu r-riskju li toħloq l-impressjoni li n-negozju jew l-organizzazzjoni tiegħek mhijiex impenjata u attwali kif inevitabbilment int. Żomm ruħek aġġornat, waqt li b’mod regolari ġġib kontenut ġdid u li jolqot l-għajn lill-viżitaturi tiegħek u b’hekk tagħtihom raġuni biex jerġgħu jiġu.

Tixtieq tiskopri aktar dwar kif tisfrutta l-aħjar il-midja soċjali? Għala ma tiċċekkjax 5 suġġerimenti biex il-midja soċjali taħdem għall-organizzazzjoni tiegħek.

 

Links relatati:

WordPress

Drupal

Joomla

5 suġġerimenti biex il-midja soċjali taħdem għall-organizzazzjoni tiegħek

 

Aqra aktar:

Jiem l-Impjiegi Ewropej

Drop’pin@EURES

Sib Konsulent tal-EURES

Il-kundizzjonijiet tax-xogħol u tal-għajxien fil-pajjiżi tal-EURES

Il-Bażi ta' Data tal-Impjiegi tal-EURES

Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi

Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES

Avvenimenti Online li ġejjin

L-EURES fuq Facebook

L-EURES fuq Twitter

L-EURES fuq LinkedIn

L-EURES fuq Google+

Temi
  • Negozju/Intraprenditorija
  • Ideat u Suġġerimenti
  • Aħbarijiet dwar is-suq tax-xogħol/aħbarijiet dwar il-mobilità
  • Midja soċjali
  • Żgħażagħ
Sezzjoni(jiet) relatati
  • Għajnuna u appoġġ
Settur
  • Accomodation and food service activities
  • Activities of extraterritorial organisations and bodies
  • Activities of households as employers, undifferentiated goods- and services
  • Administrative and support service activities
  • Agriculture, forestry and fishing
  • Arts, entertainment and recreation
  • Construction
  • Education
  • Electricity, gas, steam and air conditioning supply
  • Financial and insurance activities
  • Human health and social work activities
  • Information and communication
  • Manufacturing
  • Mining and quarrying
  • Other service activities
  • Professional, scientific and technical activities
  • Public administration and defence; compulsory social security
  • Real estate activities
  • Transportation and storage
  • Water supply, sewerage, waste management and remediation activities
  • Wholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles

Ċaħda

L-artikoli huma maħsuba biex jipprovdu lill-utenti tal-portal tal-EURES b'informazzjoni dwar suġġetti u xejriet kurrenti u biex jistimulaw id-diskussjoni u d-dibattitu. Il-kontenut tagħhom mhux bilfors jirrifletti l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA) jew tal-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, EURES u ELA ma japprovawx websajts ta' partijiet terzi msemmija hawn fuq.