
- Aċċess għal pożizzjonijiet ta’ livell ta’ dħul
L-impjiegi staġonali ta’ spiss joffru pożizzjonijiet ta’ livell ta’ dħul li jkunu ħafna aktar diffiċli biex jinstabu f’setturi oħrajn. Dan jista’ jipprovdi tarġa għall-futur, li tagħtik esperjenza li tista’ twassal għal opportunità ta’ karriera rilevanti aktar ‘il quddiem.
- Ipprova qasam ġdid tax-xogħol jew impjegatur ġdid
Jekk qed tfittex karriera ġdida, jew jinteressak taħdem ma’ impjegatur differenti, l-impjieg staġonali jista’ jippermettilek tittestja dan mingħajr periklu, fl-għarfien li jekk ma jogħġbokx, int ma tkunx ħadt impenn fit-tul.
- Agħmel użu minn opportunitajiet ta’ ħiliet uniċi
Il-varjetà ta’ opportunitajiet ta’ xogħol staġonali disponibbli (f’postijiet tal-iski, festivals u fil-bejgħ bl-imnut jew fl-agrikoltura, pereżempju) tista’ tipprovdilek iċ-ċans li ttejjeb il-ħiliet speċifiċi u mfittxija li ma tkunx tista’ tiżviluppa fi rwoli oħrajn.
- Tejjeb is-CV tiegħek
Jekk qiegħed/qiegħda bejn impjieg u ieħor, ix-xogħol staġonali jista’ jkun mod tajjeb kif timla l-lakuni fis-CV tiegħek, kif ukoll jipprovdik b’ħiliet ta’ valur u bi dħul tant meħtieġ fil-frattemp.
- Iftaħ il-bieb għal aktar xogħol
Hekk kif ix-xogħol staġonali jista’ jagħtik l-opportunità li tittestja l-ħidma ma’ impjegatur partikolari jew f’ċertu qasam, jippermettilhom ukoll li jittestjawk, u jaraw kif tmur fl-ambjent tax-xogħol tagħhom. Jekk l-impjegatur tiegħek jara li int partikolarment bieżel/bieżla u motivat/a, hemm ċans tajjeb li tiġi offrut/a pożizzjoni fit-tul.
- Tiżviluppa firxa usa’ ta’ kuntatti professjonali
Fi tmiem il-kuntratt tax-xogħol staġonali tiegħek, anki jekk ma tiġix offrut/a pożizzjoni full-time, xorta waħda tkun ħdimt ma’ grupp sħiħ ta’ persuni ġodda li jistgħu jagħmluk f'kuntatt ma’ opportunitajiet futuri.
- Ivvjaġġar
Ħafna mix-xogħol staġonali huwa bbażat fl-industrija tat-turiżmu, li jista’ jipprovdilek l-opportunità li tivvjaġġa u li taħdem barra minn pajjiżek, u li tara postijiet ġodda u li tesperjenza kulturi ġodda, filwaqt li tkun qed titħallas ukoll!
- Qatta’ ħin barra
Min-natura tiegħu, xogħol staġonali huwa bbażat fuq barra, peress li dan huwa x-xogħol l-aktar dipendenti fuq l-istaġuni u t-temp. Hemm ħafna benefiċċji meta tqatta’ ħin barra, pereżempju tista’ tagħti spinta lis-sistema immunitarja tiegħek u tħalli impatt pożittiv fuq is-saħħa mentali tiegħek.
Nittamaw li dawn il-pariri jispirawk biex tħares lejn opportunitajiet ta’ impjieg staġonali adatti għall-għanijiet tal-karriera tiegħek!
Fi sħubija mal-EURES, il-Portal Ewropew dwar il-Mobilità fix-Xogħol.
Aqra aktar:
Sib il-Persunal tal-EURES..
Il-kundizzjonijiet tal-għajxien u tax-xogħol fil-pajjiżi tal-EURES
Il-Bażi tad-Data tal-Impjiegi tal-EURES
Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi
Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES
Avvenimenti Online li għadhom se jsiru
Il-EURES fuq Facebook
Il-EURES fuq Twitter
Il-EURES fuq LinkedIn
Dettalji
- Data tal-pubblikazzjoni
- 12 Marzu 2020
- Awturi
- L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol | Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni
- Temi
- Ideat u SuġġerimentiŻgħażagħ
- Settur
- Accomodation and food service activitiesActivities of extraterritorial organisations and bodiesActivities of households as employers, undifferentiated goods- and servicesAdministrative and support service activitiesAgriculture, forestry and fishingArts, entertainment and recreationConstructionEducationElectricity, gas, steam and air conditioning supplyFinancial and insurance activitiesHuman health and social work activitiesInformation and communicationManufacturingMining and quarryingOther service activitiesProfessional, scientific and technical activitiesPublic administration and defence; compulsory social securityReal estate activitiesTransportation and storageWater supply, sewerage, waste management and remediation activitiesWholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles