Mur għall-kontenut ewlieni
EURES (EURopean Employment Services)
Artiklu tal-aħbarijiet20 Ġunju 2019L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni2 min qari

5 suġġeriment għal meta tibda l-karriera tiegħek

Għadek kif ġejt magħżul(a) għall-ewwel impjieg tiegħek - proset! Li tibda karriera huwa eċċitanti, iżda jista’ jkun ukoll xi ftit intimidanti. Jaf qed tiffaċċja kurva ta’ tagħlim, għalhekk hawn xi suġġerimenti biex jiffaċilitaw il-bidu tiegħek fl-impjieg u jgħinuk tieħu li tista’ mill-karriera tiegħek!

5 tips for when you’re starting your career
EURES

L-ewwel impressjonijiet jgħoddu

Meta tibda impjieg ġdid, tajjeb li tieħu l-ħin biex issir taf lin-nies li se tkun qed taħdem magħhom mill-ewwel ġurnata. Li titgħallem malajr l-ismijiet, l-uċuħ, il-ħiliet, l-esperjenza u l-interessi jgħinek tiżviluppa relazzjonijiet ta’ ħidma tajbin u jagħmel ix-xogħol kollaborattiv ħafna aktar faċli fil-futur.

Toqgħodx lura milli titlob l-għajnuna

Ta’ spiss inkunu wisq stinati biex nammettu meta jkollna bżonn xi ftit għajnuna, minħabba l-biża’ li forsi nidhru dgħajfa jew xi ftit stupidi. Iżda ftakar, kulħadd irid jibda minn xi mkien, u li titlob l-għajnuna lill-kollegi tiegħek huwa parti essenzjali mill-proċess ta’ tagħlim. Fi kwalunkwe punt fil-karriera tiegħek - u b’mod partikolari meta tkun għadek tibda - kun ċert li turihom lill-oħrajn meta jkollok bżonn l-għajnuna.

Kun persuna li tieħu r-riskji

Mill-mument li l-karriera tiegħek tibda, oqgħod attent(a) li ma tħallix lilek innifsek issir komdu/komda wisq f’impjieg. Huwa faċli li ssib ruħek f’rutina monotona, fejn tieqaf titgħallem ħiliet ġodda u tispiċċa xi ftit imdejjaq/imdejqa. Jekk tirrealizza li dan qed jiġri lilek, agħmel sforz biex toħroġ barra miż-żona ta’ konfort tiegħek u tiffaċċja sfidi ġodda li jagħtuk l-opportunità li tikber. Stabbilixxi għanijiet ġodda għalik innifsek, ħu inizjattivi, u tibżax tipprova affarijiet ġodda - hu b'dan il-mod li titgħallem u tiżviluppa professjonalment.

Emmen fl-abbiltà tiegħek

Din forsi tinstema’ bħala waħda minn dawk l-affarijiet li huma ovvji, iżda biex ikollok karriera ta’ suċċess teħtieġ temmen fik innifsek. Tgħallem kif tbigħ lilek innifsek u tibżax tippromwovi lilek innifsek - kun af x’tagħmel tajjeb, u jekk tikseb xi ħaġa li tkun kburi(ja) biha, aqsamha mat-tim tiegħek. Iċċelebra s-suċċessi tiegħek u żomm nota tagħhom għal referenza fil-futur. B’mod partikolari, dawn jiġu utli jekk tixtieq promozzjoni jew tiddeċiedi li tfittex impjieg ġdid.

Innetwerkja, innetwerkja, innetwerkja!

In-netwerking huwa ta’ spiss kruċjali biex tistabbilixxi karriera ta’ suċċess. Forsi għall-bidu jaf ikun imbarazzanti, iżda netwerking effettiv jippermettilek tagħmel konnessjonijiet li jistgħu jgħinuk tipprogressa fil-karriera magħżula tiegħek. Hemm kull tip ta’ post fejn tista’ ssib persuni interessanti li jaħdmu fil-qasam tiegħek. Dawn jinkludu avvenimenti ta’ netwerking, il-post tal-impjieg tiegħek, jew saħansitra s-siti tal-midja soċjali professjonali bħal LinkedIn - għalhekk kun ċert(a) li tagħti daqqa t’għajn lil kemm jista’ jkun minnhom sabiex tagħti lilek innifsek l-aħjar ċans.

Nittamaw li dan il-parir jgħinek tirnexxi fil-karriera l-ġdida tiegħek. Nawgurawlek!

L-artiklu ġie prodott fi sħubija mal-EURES, il-Portal Ewropew dwar il-Mobilità fix-Xogħol.

 

Aqra aktar:

Jiem Ewropej tal-Impjiegi

Drop’pin@EURES

Sib Persunal tal-EURES

Kundizzjonijiet tax-xogħol u l-għajxien fil-pajjiżi tal-EURES

Il-Bażi tad-Data tal-Impjiegi tal-EURES

Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi

Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES

Avvenimenti Onlineli ġejjin

L-EURES fuq Facebook

L-EURES fuq Twitter

L-EURES fuq LinkedIn

Temi
  • Ideat u Suġġerimenti
  • Żgħażagħ
Sezzjoni(jiet) relatati
Settur
  • Accomodation and food service activities
  • Activities of extraterritorial organisations and bodies
  • Activities of households as employers, undifferentiated goods- and services
  • Administrative and support service activities
  • Agriculture, forestry and fishing
  • Arts, entertainment and recreation
  • Construction
  • Education
  • Electricity, gas, steam and air conditioning supply
  • Financial and insurance activities
  • Human health and social work activities
  • Information and communication
  • Manufacturing
  • Mining and quarrying
  • Other service activities
  • Professional, scientific and technical activities
  • Public administration and defence; compulsory social security
  • Real estate activities
  • Transportation and storage
  • Water supply, sewerage, waste management and remediation activities
  • Wholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles

Ċaħda

L-artikoli huma maħsuba biex jipprovdu lill-utenti tal-portal tal-EURES b'informazzjoni dwar suġġetti u xejriet kurrenti u biex jistimulaw id-diskussjoni u d-dibattitu. Il-kontenut tagħhom mhux bilfors jirrifletti l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA) jew tal-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, EURES u ELA ma japprovawx websajts ta' partijiet terzi msemmija hawn fuq.