Skip to main content
Logo tal-Kummissjoni Ewropea
EURES
Artiklu tal-aħbarijiet22 Jannar 2021L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni

5 suġġerimenti għal bilanċ tajjeb għas-saħħa bejn ix-xogħol u l-ħajja privata matul ir-restrizzjonijiet tal-COVID-19 tax-xitwa

Ix-xhur tax-xitwa jistgħu jħalluk inqas motivat u tqatta’ aktar ħin id-dar. Dan jista’ jagħmilha diffiċli li jinżamm bilanċ tajjeb għas-saħħa bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, u r-restrizzjonijiet tal-COVID-19 ma jgħinux. Ara l-aqwa 5 suġġerimenti tagħna għall-ġestjoni tar-restrizzjonijiet tax-xitwa!

5 tips for a healthy work-life balance during winter COVID-19 restrictions
EURES

1.Agħti prijorità lil saħħtek

Huwa importanti li tiftakar tieħu ħsieb tiegħek innifsek billi tieħu pawżi regolari ’l bogħod mill-iskrivanija tiegħek u ssib modi kif tagħmel eżerċizzju. Hemm firxa wiesgħa ta’ klassijiet online disponibbli li jagħmluha aktar faċli biex tagħmel eżerċizzju fuq ġewwa f’ħin tajjeb għalik – kemm jekk tinteressak il-yoga jew it-taħriġ b’intensità għolja, kulħadd jista’ jsib xi ħaġa tgħodd għalih.

2.Iddeċiedi dwar rutina għax-xitwa

Ir-rutina tiegħek għal matul is-sajf li taħdem mid-dar tista’ ma taħdimx daqshekk tajjeb fil-jiem iqsar u t-temperaturi aktar kesħin fix-xitwa. Li tibdel il-ħinijiet tar-rutina ta’ kuljum tiegħek tista’ tgħinek tibbenefika aktar mill-ġurnata tiegħek. Ikkunsidra li tmur għal mixjiet jew ġirjiet waqt il-ħin tal-ikla tiegħek ta’ nofsinhar aktar milli wara x-xogħol biex tagħmel l-aħjar użu mid-dawl tax-xemx. Jekk tista’ taħdem b’mod flessibbli, tista’ wkoll tagħmel bidliet żgħar fis-sigħat li taħdem biex tagħmel l-aħjar użu mill-aħħar ftit dawl fil-ħin ta’ meta tispiċċa.

3.Żomm mal-istess regoli bażiċi

Jekk qed taħdem mid-dar, ipprova kompli saħħaħ drawwiet tajbin. Li tillimita x-xogħol tiegħek għal kamra waħda fid-dar, li tibda taħdem fl-istess ħin kuljum, li żżomm il-kamra tal-uffiċċju tiegħek nadifa u tieħu pawżi regolari kemm billi sserraħ għajnejk minn fuq l-iskrin u tqum, billi tħalli l-iskrivanija tiegħek u ġġebbed saqajk kollha jistgħu jgħinu biex jinżamm bilanċ tajjeb għas-saħħa bejn ix-xogħol u l-ħajja privata. Jekk kellek tħabbat wiċċek ma’ restrizzjonijiet tal-COVID-19 għal perjodu twil ta’ żmien, ipprova tħallix lid-drawwiet tajbin tiegħek jonqsu.

4.Ibqa’ soċjevoli

Filwaqt li r-restrizzjonijiet tal-COVID-19 jistgħu jwaqqfuk milli żżur il-post tax-xogħol tiegħek jew tara lil ħbiebek, Zoom, Microsoft Teams u Facetime jistgħu jkunu għodod siewja biex tikkomunika man-nies. Xorta tista’ tiċċelebra ġranet ta’ għeluq is-snin u festi billi tibgħat kartolini u tieħu belgħa te jew tazza nbid fuq Zoom. Li tagħmel sforz biex titkellem mal-kollegi għal ħames minuti bil-kamera tiegħek mixgħula tista’ tagħmel differenza kbira lill-ġurnata tiegħek u inti tista’ tkun l-unika persuna li jitkellmu magħha waqt li jkunu qed jaħdmu mid-dar.

5.Fittex divertiment online

Aktar u aktar avvenimenti mxew online minħabba l-COVID-19. Dan ifisser li xorta tista’ tattendi kunċerti, kwiżżijiet, wirjiet, spettakkli li jdaħħku u klassijiet tat-tisjir mis-salott tiegħek! Dawn l-avvenimenti jistgħu jagħtuk xi ħaġa li tkun ħerqan għaliha fi tmiem il-ġimgħa tiegħek u toħloq memorji divertenti biex taqsam ma’ sħabek filwaqt li ssegwi l-gwida tal-gvern.

Għalhekk, hemm huma – 5 suġġerimenti biex iżżomm bilanċ tajjeb għas-saħħa bejn ix-xogħol u l-ħajja privata matul ir-restrizzjonijiet tal-COVID-19 tax-xitwa. Għal aktar pariri dwar xogħol mid-dar, ara l-paġna web tagħna Agħmel ix-xogħol mid-dar aktar faċli b’ħames passi sempliċi.

 

Links relatati:

Zoom

Microsoft Teams

FaceTime

Agħmel ix-xogħol mid-dar aktar faċli b’ħames passi sempliċi

 

Aqra aktar:

Jiem Ewropej tal-Impjiegi

Drop’pin@EURES

Sib Konsulenti tal-EURES

Kondizzjonijiet tal-għajxien u tax-xogħol fil-pajjiżi tal-EURES

Il-Bażi tad-Data tal-Impjiegi tal-EURES

Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi

Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES

Avvenimenti Online li ġejjin

Il-EURES fuq Facebook

Il-EURES fuq Twitter

Il-EURES fuq LinkedIn

Temi
Negozju/IntraprenditorijaTaħriġ EURESIdeat u SuġġerimentiŻgħażagħ
Sezzjoni(jiet) relatati
L-Għajxien u x-Xogħol
Settur
Accomodation and food service activitiesActivities of extraterritorial organisations and bodiesActivities of households as employers, undifferentiated goods- and servicesAdministrative and support service activitiesAgriculture, forestry and fishingArts, entertainment and recreationConstructionEducationElectricity, gas, steam and air conditioning supplyFinancial and insurance activitiesHuman health and social work activitiesInformation and communicationManufacturingMining and quarryingOther service activitiesProfessional, scientific and technical activitiesPublic administration and defence; compulsory social securityReal estate activitiesTransportation and storageWater supply, sewerage, waste management and remediation activitiesWholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles

Ċaħda

L-artikoli huma maħsuba biex jipprovdu lill-utenti tal-portal tal-EURES b'informazzjoni dwar suġġetti u xejriet kurrenti u biex jistimulaw id-diskussjoni u d-dibattitu. Il-kontenut tagħhom mhux bilfors jirrifletti l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA) jew tal-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, EURES u ELA ma japprovawx websajts ta' partijiet terzi msemmija hawn fuq.