Mur għall-kontenut ewlieni
EURES (EURopean Employment Services)
Artiklu tal-aħbarijiet22 Marzu 2017L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni2 min qari

L-iskema ta' Garanzija għaż-Żgħażagħ tgħin lil persuna li kienet qiegħda tfittex xogħol issib xogħol fil-qasam tal-komunikazzjonijiet

Wara li attenda diversi intervisti tax-xogħol u ma ntgħażel għall-ebda wieħed, is-Sloven David Banović kien qed jitlef il-motivazzjoni li jkompli jipprova. Minflok qata' qalbu, irrikorra għall-iskema ta' Garanzija għaż-Żgħażagħ għall-għajnuna.

Youth Guarantee scheme helps jobseeker land communications job
EC

Huwa u jfittex għal xogħol u jħejji ruħu għall-intervisti, David sema' dwar il-programm tal-Ewwel Sfida tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ, inizjattiva speċifika għall-Isloveni ffinanzjata mill-inizjattiva Impjiegi għaż-Żgħażagħ. Ħass li l-għajnuna personali li joffri l-programm kif ukoll it-taħriġ kienu sempliċiment l-ixkattaturi li l-istima personali u t-tiftix għax-xogħol tiegħu kienu jeħtieġu.

"It-taħriġ ippreparani biex immur għall-intervista tax-xogħol b'xi ħaġa x'noffri," qal hu. "Ipprovdieni b'kooperazzjoni u bi stabbilità fit-tul kemm għall-impjegatur potenzjali tiegħi kif ukoll għalija nnifsi."

Issa impjegat bħala assistent maniġer tal-proġetti f'organizzazzjoni mingħajr skop ta' qligħ, David jikkoordina l-attivitajiet ta' komunikazzjoni kollha - inkluż ir-reklutaġġ tal-membri. Minn meta beda dan ix-xogħol, David jgħid li jħossu aktar kalm u aktar stabbli f'ħajtu u aktar kreattiv f'xogħlu. "Naħseb li l-valur miżjud l-aktar importanti tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ hija l-motivazzjoni li tagħtik biex issib impjieg," żied jgħid.

Dwar il-programmi

Fis-Slovenja, l-inizjattiva l-Ewwel Sfida tħeġġeġ lill-impjegaturi jirreklutaw żgħażagħ li għandhom 29 sena jew inqas. Din tikkonsisti f'perjodu ta' prova ta' tliet xhur fuq il-post tax-xogħol. Minn hemm 'il quddiem, jekk l-impjegatur u l-impjegat jaqblu b'mod kunsenswali, il-programm jipprevedi għal sena ta' impjieg issussidjat.

Il-Garanzija għaż-Żgħażagħ toffri approċċ ġdid għat-tnaqqis tal-livell tal-qgħad fost iż-żgħażagħ billi tiżgura li ż-żgħażagħ kollha taħt il-25 sena jiksbu offerta ta’ kwalità tajba u konkreta ta’ impjieg, apprendistat, traineeship jew edukazzjoni kontinwa. L-iskema teħtieġ li dan jiġi ppreżentat fi żmien 4 xhur minn wara li l-persuna żagħżugħa tieqaf mill-edukazzjoni formali jew tispiċċa bla impjieg.  Mistoqsijiet frekwenti dwar il-Garanzija għaż-Żgħażagħ jistgħu jinstabu hawn.

 

Links rilevanti:

Garanzija għaż-Żgħażagħ u Inizjattiva favur l-Impjieġ taż-Żgħażagħ – Vidjo

Mistoqsijiet u Tweġibiet dwar il-Garanzija għaż-Żgħażagħ

L-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ

Il-ħajja u x-xogħol fis-Slovakkja

Servizzi tal-Impjiegi fis-Slovenja

 

Aqra aktar:

Sib Konsulent tal-EURES

Kundizzjonijiet tax-xogħol u l-għajxien fil-pajjiżi tal-EURES

Il-Bażi ta' Data tal-Impjiegi tal-EURES

Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi

Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES

Avvenimenti Online li ġejjin

L-EURES fuq Facebook

L-EURES fuq Twitter

L-EURES fuq LinkedIn

L-EURES fuq Google+

Temi
  • Kaxxa tal-għodda tal-UE għall-mobilità
  • L-aħjar prattika tal-EURES
  • Stejjer ta' suċċess
  • Żgħażagħ
Sezzjoni(jiet) relatati
Settur
  • Accomodation and food service activities
  • Activities of extraterritorial organisations and bodies
  • Activities of households as employers, undifferentiated goods- and services
  • Administrative and support service activities
  • Agriculture, forestry and fishing
  • Arts, entertainment and recreation
  • Construction
  • Education
  • Electricity, gas, steam and air conditioning supply
  • Financial and insurance activities
  • Human health and social work activities
  • Information and communication
  • Manufacturing
  • Mining and quarrying
  • Other service activities
  • Professional, scientific and technical activities
  • Public administration and defence; compulsory social security
  • Real estate activities
  • Transportation and storage
  • Water supply, sewerage, waste management and remediation activities
  • Wholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles

Ċaħda

L-artikoli huma maħsuba biex jipprovdu lill-utenti tal-portal tal-EURES b'informazzjoni dwar suġġetti u xejriet kurrenti u biex jistimulaw id-diskussjoni u d-dibattitu. Il-kontenut tagħhom mhux bilfors jirrifletti l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA) jew tal-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, EURES u ELA ma japprovawx websajts ta' partijiet terzi msemmija hawn fuq.