Skip to main content
Logo tal-Kummissjoni Ewropea
EURES
Artiklu tal-aħbarijiet12 Settembru 2017L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni

L-ewwel impjieg EURES tiegħek: X'se jieħdu minnha ż-żgħażagħ?

Oriġinarjament stabbilita fl-2012 bħala programm pilota, L-ewwel impjieg EURES tiegħek (YfEJ) hija skema tal-mobbiltà fl-impjiegi mmirata li qed tgħin liż-żgħażagħ tal-UE b'talent u li qed ifittxu xogħol jaċċessaw opportunitajiet li qed jiġu offruti min-negozji u l-organizzazzjonijiet fl-Ewropa kollha.

‘Your first EURES Job’: What’s in it for young people?

Għaliex għandek tissieħeb fl-inizjattiva YfEJ?

L-iskema YfEJ hija ideali għaż-żgħażagħ li qed ibatu biex isibu xogħol f'pajjiżhom u qed ifittxu opportunità ġdida barra 'l pajjiż. L-iskema, li tkopri it-28 Stat Membru kollha tal-UE, l-Iżlanda u n-Norveġja, hija miftuħa għall-kandidati b'livelli differenti ta' edukazzjoni u/jew esperjenza tax-xogħol. L-opportunitajiet li qed jiġu offruti jinkludu xogħlijiet u apprendistati li jdumu mill-anqas sitt xhur, kif ukoll traineeships (ta' mill-anqas tliet xhur).

X’inhuma l-benefiċċji ewlenin tal-YfEJ?

  • Inti ser tirċievi appoġġ imfassal apposta għalik għal tfittxija għal xogħol, tqabbil ta' impjiegi għalik u reklutaġġ sabiex jgħinuk issib l-opportunità ideali;
  • Inti tista' tkun eliġibbli għal appoġġ finanzjarju bħala għajnuna biex tkun tista' tkopri xi spejjeż relatati mat-tfittxija ta' opportunità f'pajjiż ieħor tal-UE (eż, intervista wiċċ imb'wiċċ, spejjeż ta' rilokazzjoni, taħriġ f'lingwa);
  • Inti tista' tibbenefika mis-servizzi ta' appoġġ mingħajr ħlas bħat-taħriġ ta' qabel u/jew wara l-kollokament (lingwi eċċ.), appoġġ ta' mentoraġġ u appoġġ ta' merħba fil-pajjiż ta' destinazzjoni tiegħek.

Min jistaʼ jipparteċipa fl-iskema YfEJ?

Sabiex tissieħeb fl-iskema YfEJ inti jeħtieġ li tkun:

  • bejn 18 u 35 sena;
  • residenti nazzjonali u legali ta' Stat Membru tal-UE28, tal-Iżlanda jew tan-Norveġja;
  • ma tistax issib xogħol jew opportunità taʼ taħriġ fil-pajjiż tiegħek;
  • lest li tiċċaqlaq lejn Stat Membru ieħor tal-UE28, lejn l-Iżlanda jew in-Norveġja għal impjieg, apprendistat jew traineeship.

Kif nista' nissieħeb f'YfEJ?

YFEJ hija implimentata mis-Servizzi Pubbliċi tal-Impjiegi (PES) fʼkull pajjiż li huwa membru tan-netwerk tal-EURES. Sabiex tissieħeb fl-iskema, kulma għandek tagħmel huwa li tirreġistra ma' wieħed minn dawn il-PES (normalment billi timla formola ta' applikazzjoni, tissottometti d-dettalji tiegħek fuq sit web jew tibgħat email fuq indirizz ta' kuntatt).

Jekk pajjiżek għadu ma jipprovdix speċifikament servizzi ta' YfEJ, allura inti tista' tikkuntattja lil xi waħda mill-organizzazzjonijiet fuq il-lista. Aħna nirrakkomandaw li tagħżel wieħed mis-servizzi ewlenin tal-impjiegi fl-Italja, fl-Iżvezja, fi Franza jew fil-Ġermanja.

Minn fejn nista’ nsib iktar informazzjoni?

Il-paġni tal-Ewwel Impjieg EURES tiegħek fuq is-sit web tal-EURES huma post tajjeb minn fejn tibda jekk tixtieq issir taf aktar dwar l-iskema. Hemm ukoll aktar informazzjoni, u numru ta' pubblikazzjonijiet utli bħall-gwida għall-Ewwel Impjieg EURES tiegħek disponibbli fuq is-sit web tad-DĠ EMPL.

 

Links relatati:

L-Ewwel Impjieg EURES tiegħek

Sit web ta' DĠ EMPL

 

Aqra aktar:

Jiem l-Impjiegi Ewropej

Drop’pin@EURES

Sib Konsulent tal-EURES

Kundizzjonijiet tax-xogħol u l-għajxien f’pajjiżi tal-EURES

Il-Bażi ta' Data tal-Impjiegi tal-EURES

Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi

Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES

Avvenimenti Online li ġejjin

L-EURES fuq Facebook

L-EURES fuq Twitter

L-EURES fuq LinkedIn

L-EURES fuq Google+

Temi
Żgħażagħ
Sezzjoni(jiet) relatati
Għajnuna u appoġġ
Settur
Accomodation and food service activitiesActivities of extraterritorial organisations and bodiesActivities of households as employers, undifferentiated goods- and servicesAdministrative and support service activitiesAgriculture, forestry and fishingArts, entertainment and recreationConstructionEducationElectricity, gas, steam and air conditioning supplyFinancial and insurance activitiesHuman health and social work activitiesInformation and communicationManufacturingMining and quarryingOther service activitiesProfessional, scientific and technical activitiesPublic administration and defence; compulsory social securityReal estate activitiesTransportation and storageWater supply, sewerage, waste management and remediation activitiesWholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles

Ċaħda

L-artikoli huma maħsuba biex jipprovdu lill-utenti tal-portal tal-EURES b'informazzjoni dwar suġġetti u xejriet kurrenti u biex jistimulaw id-diskussjoni u d-dibattitu. Il-kontenut tagħhom mhux bilfors jirrifletti l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA) jew tal-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, EURES u ELA ma japprovawx websajts ta' partijiet terzi msemmija hawn fuq.