Mur għall-kontenut ewlieni
EURES (EURopean Employment Services)
Artiklu tal-aħbarijiet13 Settembru 2017L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni

L-Ewwel Impjieg EURES Tiegħek tgħin lil raġel Pollakk żagħżugħ jibda jagħmel il-flus fl-Italja!

Maciej Słowikowski, raġel Pollakk ta’ 25 sena kien qed jgħix u jaħdem bħala head chef f’bistro mimli ħajja fil-qalba ta’ Londra. Dan sakemm ftit xhur ilu rreġistra mal-EURES u beda l-proċess li jibdel ħajtu ta’ taħt fuq.

Your First EURES Job helps young Polish man get a piece of the action in Italy!
EURES Italy

Maciej l-ewwel tħarreġ bħala tekniku tal-mekkanika fit-Technical High School ta’ Wieruszow, il-Polonja, qabel ma beda jsegwi l-passjoni tiegħu għall-ikel b’kors professjonali fit-tisjir fil-Cracow School of Restaurateurs.

Wara li ggradwa mill-kors tat-tisjir tiegħu, hu ddeċieda li jsegwi t-tieni passjoni tiegħu għall-ivvjaġġar u żar ir-Renju Unit. Wara żmien qasir jadem fil-kostruzzjoni, hu sab impjieg fl-industrija tar-ristoranti u fi żmien tliet snin ħadem sakemm laħaq Head Chef.

Madankollu, il-ħajja f’Londra ma kinitx dik li kien qed jittama li jsib. Wara li ma bediex iħossu kuntent fil-pożizzjoni attwali tiegħu, u wara li beda jesperjenza s-solitudni li ħafna espatrijati jispiċċaw iħossu, Maciej iddeċieda li xtaq jingħaqad mal-qraba tiegħu fl-Italja. Madankollu, mingħajr ebda esperjenza fil-kċina, fil-lingwa jew fil-kultura Taljana, beda jaħseb li l-ħolma tiegħu ma kinitx possibbli.

Imbagħad, eżatt meta beda jaħseb li ma kienx fadal tama, iltaqa’ mal-Konsulent tal-EURES, Stefania Garofalo. Meta semgħet bis-sitwazzjoni tiegħu, Stefania ħasbet li l-Ewwel Impjieg EURES Tiegħek (YFEJ) kienet is-soluzzjoni ideali. L-Ewwel Impjieg EURES Tiegħek hi skema tal-mobilità fix-xogħol biex tgħin lil żagħżagħ Ewropej, li għandhom bejn it-18 u t-30 sena, isibu xogħol f’pajjiżi oħra tal-UE.

Waqt li tkellem dwar l-interazzjoni tiegħu mal-EURES, Maciej qal, “Stefania Garofalo genitni nsib traineeship u kors tal-lingwa. Baqgħet f’kuntatt miegħi f’kull parti tal-proċess.”

Stefania ħarrġet u għenet lil Maciej, fejn għenitu jinkiteb mal-YFEJ, u sabitlu pożizzjoni xierqa ta’ trainee fil-Grigal tal-Italja fir-reġjun tal-Friuli-Venezia Giulia, ma’ ristorant Taljan li dejjem ikollu n-nies iżda li jilqgħek fiċ-ċentru ta’ Pordenone, “Alla Catina”.

Maciej għall-bidu kien qed jinkwieta dwar l-ostaklu tal-lingwa, speċjalment fuq il-post tax-xogħol iżda qed isib li mhijiex daqshekk problema.

Fir-ristorant “Alla Catina” hemm ħafna żagħżagħ li jafu jitkellmu bl-Ingliż iżda anki ħafna kelliema nattivi tat-Taljan, li tagħti ħafna motivazzjoni u għenitni nitgħallem din il-lingwa” żied jgħid.

Maciej qed jintegra ruħu sew fil-ħajja l-ġdida tiegħu fil-Grigal tal-Italja, u diġà xtara karozza biex idur minn post għal ieħor b’mod aktar faċli.

Waqt li tkellem dwar l-esperjenza tiegħu mal-YFEJ, Maciej qal, “L-esperjenza tiegħi mal-EURES kienet tajba ħafna mill-bidu nett. Jien naħseb li l-EURES joffri opportunità enormi liż-żagħżagħ li jixtiequ jesploraw pajiż Ewropew u li jixtiequ jiksbu l-esperjenzi u l-ħiliet li għandhom bżonn.”

Jekk tixtieq titgħallem iktar dwar l-EURES jew l-Ewwel Impjieg EURES Tiegħek, sir af aktar hawnhekk!

 

Links relatati:

Il-programm L-Ewwel Xogħol EURES Tiegħek (YFEJ)

 

Aqra aktar:

Sib Konsulent tal-EURES

Kundizzjonijiet ta’ għajxien u xogħol fil-pajjiżi tal-EURES

Il-Bażi ta᾿ Data tal-Impjiegi tal-EURES

Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi

Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES

Avveniment Online li jmiss

EURES fuq Facebook

EURES fuq Twitter

EURES fuq LinkedIn

EURES fuq Google+

 

Temi
Negozju/IntraprenditorijaL-aħjar prattika tal-EURESStejjer ta' suċċessŻgħażagħ
Sezzjoni(jiet) relatati
L-Għajxien u x-Xogħol
Settur
Accomodation and food service activitiesActivities of extraterritorial organisations and bodiesActivities of households as employers, undifferentiated goods- and servicesAdministrative and support service activitiesAgriculture, forestry and fishingArts, entertainment and recreationConstructionEducationElectricity, gas, steam and air conditioning supplyFinancial and insurance activitiesHuman health and social work activitiesInformation and communicationManufacturingMining and quarryingOther service activitiesProfessional, scientific and technical activitiesPublic administration and defence; compulsory social securityReal estate activitiesTransportation and storageWater supply, sewerage, waste management and remediation activitiesWholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles

Ċaħda

L-artikoli huma maħsuba biex jipprovdu lill-utenti tal-portal tal-EURES b'informazzjoni dwar suġġetti u xejriet kurrenti u biex jistimulaw id-diskussjoni u d-dibattitu. Il-kontenut tagħhom mhux bilfors jirrifletti l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA) jew tal-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, EURES u ELA ma japprovawx websajts ta' partijiet terzi msemmija hawn fuq.