Mur għall-kontenut ewlieni
EURES (EURopean Employment Services)
Artiklu tal-aħbarijiet24 Settembru 2018L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni

L-ewwel xogħol EURES tiegħek jgħin lil żagħżugħa Taljana ssib xogħol – u lilha nnifisha – fil-Portugall

Federica Passanante tiġi mill-gżira ta’ Sqallija, li – bħall-parti l-kbira tan-Nofsinhar tal-Italja – għad hemm rata għolja ta’ qgħad għaxar snin wara l-kriżi finanzjarja globali.

Your first EURES job helps young Italian to find work – and herself – in Portugal
Federica Passanante

Wara li ggradwat mill-Università ta’ Palermo fid-Disinn Industrijali, Federica kellha sensiela ta’ impjiegi u traineeships instabbli u għal żmien qasir, iżda l-ebda wieħed minnhom ma sarraf f’esperjenza ta’ xogħol fit-tul.

“Ma stajtx insib xogħol stabbli fil-qasam tiegħi, iżda xtaqt ukoll nagħmel esperjenza barra mill-pajjiż, peress li ma għamiltx l-Erasmus [il-programm ta’ skambju tal-istudenti],” tgħid Federica. Għaldaqstant, bdiet tfittex opportunitajiet ta’ xogħol barra mill-pajjiż fl-Ewropa.

Federica kienet diġà rreġistrata bħala studenta fil-Portal tal-EURES, fejn tiftakar li rat riklam tal-programm L-ewwel xogħol EURES tiegħek (YfEj). Wara li ggradwat, kienet qed tfittex xogħol meta semgħet minn xi ħbieb tagħha li l-EURES kellu ħafna konnessjonijiet ma’ kumpaniji fil-Portugall u ddeċidiet li tiffoka r-riċerka tagħha fuq dan il-pajjiż.

Federica ma damitx ma applikat wara li rat avviż għal xogħol ma’ Sitel, fornitur ta’ esternalizzazzjoni globali. Bħal kull kumpanija globali, Sitel teħtieġ ħaddiema minn pajjiżi differenti li jkunu jitkellmu għadd ta’ lingwi nattivi differenti.

Wara li Federica bagħtet l-applikazzjoni tagħha, il-proċess ta’ reklutaġġ mexa malajr ħafna. “Kelli ftit telefonati u intervisti fuq Skype mar-rappreżentant tar-riżorsi umani ta’ Sitel u l-maniġer tat-tim, u fi ftit jiem offrewli xogħol", hija tiftakar.

Wara li aċċettat ix-xogħol, Federica rċeviet appoġġ finanzjarju minn YfEj, kif ukoll appoġġ amministrattiv addizzjonali mill-Uffiċċju tal-Impjiegi Prinċipali tal-EURES u r-rappreżentant tar-riżorsi umani ta’ Sitel. Il-kumpanija għenitha wkoll biex issib akkomodazzjoni meta waslet il-Portugall.

Federica kienet kuntenta bix-xogħol li sabet permezz tal-programm YfEj. “Kienet esperjenza tajba ħafna”, hija tgħid. “Kont qed naħdem għal Sitel, kumpanija ta’ esternalizzazzjoni, fis-settur tal-Marketing u l-Komunikazzjonijiet, fejn kont responsabbli għall-assistenza tal-klijenti ta’ bejjiegħ bl-imnut globali ewlieni għall-appoġġ tal-bejjiegħa Taljani kif ukoll ta’ dawk Ewropej."

Flimkien mal-ħidma tagħha ma’ Sitel, Federica wriet ukoll it-talent kreattiv tagħha u kienet ir-rebbieħa ta’ kompetizzjoni tar-ritratti organizzata għall-parteċipanti tal-programm YfEj fl-2016. "Rajt kompetizzjoni fotografika fuq il-Portal tal-EURES imsejħa" My YFEj moment", fejn stajt nikkondividi ritratt wieħed dwar l-esperjenza tiegħi fil-Portugall," tispjega Federica.

Ir-ritratt ta’ Federica, “Discovering Lisbon” ittieħed minn post minn fejn tidher il-veduta tal-kapitali Portugiża u x-Xmara Tagus. Ir-ritratt irrappreżenta it-tema tal-iskoperta, u jinkapsula l-idea li l-programm YfEj mhux biss jippermetti lill-parteċipanti jiskopru pajjiż u belt ġodda, iżda wkoll jgħinhom isiru jafu lilhom infushom fil-proċess.

Bħala r-rebbieħa tal-kompetizzjoni, Federica rċeviet voucher ta' €500 biex tonfqu fuq titjiriet, li kopra l-ispiża tat-titjira tagħha lura lejn Sqallija. “Wara dan, attendejt ukoll iċ-ċerimonja tal-għoti tal-premjijiet ġewwa Ruma, fejn kelli ċ-ċans li niltaqa’ ma’ Susana Pessoa mis-Servizz tal-Impjiegi tal-EURES fil-Portugall, li kienet għenitni bix-xogħol amministrattiv kollu matul il-proċess tal-għażla tiegħi,” hija tiftakar.

L-ewwel xogħol EURES tiegħek għen lil Federica biex issib xogħol fi żmien meta f’pajjiżha kien hemm nuqqas ta’ xogħol. Hija kellha opportunitajiet biex tibqa’ aktar fit-tul fil-Portugall, inkluż ma’ Sitel, iżda eventwalment iddeċidiet li tirritorna lejn l-Italja f’Awwissu 2017, fejn l-esperjenza li kienet kisbet barra minn pajjiżha għenitha biex issib pożizzjoni rilevanti.

Federica, li issa għandha 28 sena, qed taħdem fil-qasam tal-mobilità Ewropea – xi ħaġa li għandha ħeġġa naturali għaliha – u hi ħerqana li tirrakkomanda l-esperjenza tagħha lil persuni oħra li qed ifittxu xogħol.

“Il-missjoni tagħna (u tiegħi) hija li ngħinu lil kulħadd jikseb esperjenzi bħal YfEj u Erasmus+”, hija tgħid. "Bħala Taljana minn Sqallija, inkun kuntenta ħafna kieku aktar nies saru jafu dwar dan il-programm [YfEj] u kieku kellhom l-opportunità li jipparteċipaw.”

Iżda għal Federica, il-programm kien aktar minn sempliċement li ssib xogħol, kif esprimiet b’mod elokwenti fil-kliem ta’ tagħrif tar-ritratt rebbieħ tagħha:

“Din l-esperjenza YfEj tagħmilha possibbli li tiskopri pajjiż sabiħ, iżda speċjalment lili nnifsi u l-potenzjal tiegħi!”

L-ewwel xogħol EURES tiegħek hija skema tal-mobbiltà fl-impjiegi tal-Unjoni Ewropea. Sabiex issir taf aktar dwar l-opportunitajiet ta’ impjieg u taħriġ madwar l-UE jew biex issib impjegati bil-ħiliet li inti qiegħed/qiegħda tfittex, ikkuntattja wieħed mis-servizzi tal-impjiegi tal-iskema jew ikkuntattja lill-Konsulent lokali tal-EURES tiegħek permezz tal-portal tal-EURES.

 

Links relatati:

L-ewwel xogħol EURES tiegħek

“Discovering Lisbon”

Il-portal tal-EURES

 

Aqra aktar:

Jiem l-Impjiegi Ewropej

Drop’pin@EURES

Sib Konsulent tal-EURES

Kundizzjonijiet tax-xogħol u l-għajxien fil-pajjiżi tal-EURES

Il-Bażi tad-Data tal-Impjiegi tal-EURES

Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi

Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES

Avvenimenti Online li ġejjin

Il-EURES fuq Facebook

Il-EURES fuq Twitter

Il-EURES fuq LinkedIn

Temi
Aħbarijiet esterni tal-EURESStejjer ta' suċċessŻgħażagħ
Sezzjoni(jiet) relatati
L-Għajxien u x-Xogħol
Settur
Accomodation and food service activitiesActivities of extraterritorial organisations and bodiesActivities of households as employers, undifferentiated goods- and servicesAdministrative and support service activitiesAgriculture, forestry and fishingArts, entertainment and recreationConstructionEducationElectricity, gas, steam and air conditioning supplyFinancial and insurance activitiesHuman health and social work activitiesInformation and communicationManufacturingMining and quarryingOther service activitiesProfessional, scientific and technical activitiesPublic administration and defence; compulsory social securityReal estate activitiesTransportation and storageWater supply, sewerage, waste management and remediation activitiesWholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles

Ċaħda

L-artikoli huma maħsuba biex jipprovdu lill-utenti tal-portal tal-EURES b'informazzjoni dwar suġġetti u xejriet kurrenti u biex jistimulaw id-diskussjoni u d-dibattitu. Il-kontenut tagħhom mhux bilfors jirrifletti l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA) jew tal-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, EURES u ELA ma japprovawx websajts ta' partijiet terzi msemmija hawn fuq.