Mur għall-kontenut ewlieni
EURES (EURopean Employment Services)
Artiklu tal-aħbarijiet13 Ġunju 2018L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni3 min qari

L-ewwel impjieg EURES tiegħek jagħti t-tama lil mara żagħżugħa Taljana

Il-programm dwar il-mobilità fix-xogħol tal-UE L-ewwel impjieg EURES tiegħek (YfEj) għen lil mara żagħżugħa tagħmel it-tranżizzjoni minn xogħol temporanju fl-Italja għal karriera full-time fis-servizzi għall-konsumaturi fil-Bulgarija.

Your first EURES job gives hope to young Italian woman
European Commission

Reċentement, Desirée Monterisi, minn Vercelli fl-Italja, telqet minn impjieg tal-bejgħ staġjonali u ddeċidiet li tattendi fiera tal-impjiegi żgħira ma’ ħabiba. Għall-ewwel, ma tantx kienet ottimista u stenniet li se taqbeż minn ġot-taġen għal ġon-nar, bl-aqwa riżultat aktarx ikun kuntratt temporanju ieħor. Madankollu, Desirée minflok sabet opportunità biex tgħix u taħdem barra minn pajjiżha.

“Fuq din il-mejda żgħira rajt avviż: “Qed infittxu tletin speċjalista tal-esperjenza tal-konsumatur, li jitkellmu bit-Taljan”. Din kienet ma’ kumpanija bl-isem ta’ Euroccor, li tinsab f’Sofija. Ma kont naf xejn dwar il-Bulgarija, imma bejni u bejn ruħi għidt, “Għala le?”, spjegat Desirée.

L-esperjenza preċedenti ta’ Desirée kienet tinvolvi serje ta’ impjiegi temporanji fil-qasam tal-kura tal-konsumatur, li hi ħadet pjaċir tagħmel u li hi tgħallmet ħafna minnhom, iżda l-kuntratti qosra ma kinux biżżejjed biex tkun indipendenti. “Ridt naċċerta ruħi li jien kapaċi noħloq xi ħaġa għalija nnifsi”, żiedet tgħid. “Kien veru każ li ġietni x-xoqqa f’moxtha.”

Wara l-ewwel kuntatt fil-fiera tal-impjiegi, Desirée ġiet mistiedna minn Euroccor għal preżentazzjoni f’Turin u ġiet intervistata fl-istess jum. Hi marret tajjeb u ġiet offruta pożizzjoni ta’ Aġent ta’ Ċentru ta’ Kuntatt, li hija aċċettat minnufih.

F’dak il-punt, Desirée rreġistrat mal-YfEj biex tapplika għall-assistenza biex tiċċaqlaq għad-dar il-ġdida tagħha fil-Bulgarija.

Il-YfEj għen ukoll lill-impjegatur ta’ Desirée fil-proċess ta’ reklutaġġ: “Il-programm iffaċilita l-proċess ta’ reklutaġġ u l-aċċess għas-swieq tax-xogħol internazzjonali lokali,” qalet Diana Milotinova ta’ Euroccor. “Il-konsulenti għenuha tul il-proċess u ffukaw fuq il-ħtiġijiet speċifiċi tal-kumpanija.”

“Aħna, b’mod attiv, nużaw kemm ir-Reactivate [skema tal-mobilità fix-xogħol tal-UE simili għal persuni li jfittxu impjieg u li għandhom aktar minn 35 sena] kif ukoll il-YfEj, filwaqt li nibbenefikaw mill-proċess ta’ reklutaġġ, is-sejbien ta’ kandidati, u l-appoġġ finanzjarju pprovdut lill-kumpaniji għall-programm ta’ integrazzjoni,” spjegat Diana.

Ix-xogħol internazzjonali ta’ Euroccor jeħtieġ persunal b’ħiliet lingwistiċi differenti, b’mod partikolari kelliema nattivi tal-Franċiż, l-Olandiż u fil-każ ta’ Desirée, it-Taljan. Diana tgħid li l-kumpanija rrikorriet għal YfEj meta “l-bżonn biex tirrekluta kelliema nattivi wassal għall-ħtieġa li tħares lil hinn mill-Bulgarija għal kandidati potenzjali”.

Fil-fatt, kif jgħidilna s-Sieħeb Maniġerjali ta’ Euroccor Reinhilde Muys, Euroccor kienet l-ewwel kumpanija fil-Bulgarija li bdiet tuża l-YfEj meta dan tnieda.

Wara li użaw l-iskema ta’ mobilita fix-xogħol għal diversi snin, madwar 60 % tal-persunal ta’ Euroccor issa huwa magħmul minn ħaddiema internazzjonali, li l-maġġoranza tagħhom ġew impjegati permezz ta’ inizjattiva tal-mobilità fix-xogħol intra-UE.

“Il-kumpanija tinsab kuntenta bis-servizzi u l-appoġġ ta’ YfEj, għaliex jagħtina l-possibbiltà li nfittxu kandidati f’pajjiżhom,” żiedet tgħid Diana. “Il-Konsulenti dejjem jgħinuk, filwaqt li jipprovdu appoġġ aġġornat u fil-ħin għall-mistoqsijiet li jkollha l-kumpanija.”

B’mod ġenerali, għal Desirée, l-itqal parti kienet dik li tħalli lin-nies li tħobb, kif ukoll il-biża’ li tmur tgħix f’belt jew li jkollha impjieg li ma jogħġbuhiex. Iżda kollox irriżulta aħjar milli kienet qed tistenna.

“Ilni hawn tliet xhur u kemm il-belt kif ukoll l-impjieg jogħġbuni ħafna. Ninsab veru kuntenta bl-għażla tiegħi. Jekk qed taqra dan, mela jaf għandek l-istess dubji li xi darba kelli jien. Mela se tibqa’ jew titlaq? Jien nissuġġerilek titlaq, u taqbad u tipprovaha,” qalet hi. “X’se titlef?”

L-ewwel impjieg EURES tiegħek huwa skema tal-mobilità fix-xogħol tal-Unjoni Ewropea. Sabiex issir taf aktar dwar l-opportunitajiet ta’ impjieg u taħriġ fl-UE kollha jew biex issib impjegati bil-ħiliet li teħtieġ, ikkuntattja wieħed mis-servizzi tal-impjiegi tal-iskema jew ikkuntattja lill-konsulent lokali tal-EURES tiegħek permezz tal-portal tal-EURES.

 

Links relatati:

L-ewwel impjieg EURES tiegħek

Il-portal tal-EURES

 

Aqra aktar:

Jiem l-Impjiegi Ewropej

Drop’pin@EURES

Sib Konsulent tal-EURES

Kundizzjonijiet tax-xogħol u l-għajxien fil-pajjiżi tal-EURES

Il-Bażi tad-Data tal-Impjiegi tal-EURES

Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi

Il-Kalendarju tal-Avvenimentital-EURES

Avvenimenti Online li ġejjin

L-EURES fuq Facebook

L-EURES fuq Twitter

L-EURES fuq LinkedIn

Temi
  • Aħbarijiet esterni tal-EURES
  • Partijiet interessati esterni
  • Stejjer ta' suċċess
  • Żgħażagħ
Sezzjoni(jiet) relatati
Settur
  • Accomodation and food service activities
  • Activities of extraterritorial organisations and bodies
  • Activities of households as employers, undifferentiated goods- and services
  • Administrative and support service activities
  • Agriculture, forestry and fishing
  • Arts, entertainment and recreation
  • Construction
  • Education
  • Electricity, gas, steam and air conditioning supply
  • Financial and insurance activities
  • Human health and social work activities
  • Information and communication
  • Manufacturing
  • Mining and quarrying
  • Other service activities
  • Professional, scientific and technical activities
  • Public administration and defence; compulsory social security
  • Real estate activities
  • Transportation and storage
  • Water supply, sewerage, waste management and remediation activities
  • Wholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles

Ċaħda

L-artikoli huma maħsuba biex jipprovdu lill-utenti tal-portal tal-EURES b'informazzjoni dwar suġġetti u xejriet kurrenti u biex jistimulaw id-diskussjoni u d-dibattitu. Il-kontenut tagħhom mhux bilfors jirrifletti l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA) jew tal-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, EURES u ELA ma japprovawx websajts ta' partijiet terzi msemmija hawn fuq.