Mur għall-kontenut ewlieni
EURES (EURopean Employment Services)
Artiklu tal-aħbarijiet6 Diċembru 2019L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni

Koppja żagħżugħa Slovakka ssib opportunità fin-Netherlands

Bl-għoti ta’ aċċess għal internships, apprendistati u pożizzjonijiet full-time madwar l-Ewropa, il- EURES jgħin liż-żgħażagħ isibu opportunitajiet. Wara li sabu diffikultà biex isibu xogħol permezz ta’ aġenziji online, Petra u Martin irrikorrew għall-EURES għall-għajnuna.

Young Slovakian couple find opportunity in the Netherlands
© Martin Zabojnik, 2019

“Jien u l-għarus tiegħi nħobbu nivvjaġġaw,” tispjega Petra. “F’Mejju [2019] qbilna li xtaqna ngħixu bħala “freelancers” għal xi snin. Biex nivvjaġġaw, naqalgħu l-flus u ngawdu l-ħajja. Għalhekk bdejna nfittxu xogħol staġjonali fil-pajjiżi tal-UE.”

Matul it-tfittxija tagħhom, Petra u l-għarus tagħha Martin sabu opportunitajiet ipprovduti minn diversi aġenziji, iżda ma kinux kuntenti bit-tariffi assoċjati. Imbagħad, ġibdilhom l-attenzjoni impjieg staġjonali fin-Netherlands. “Ma rajt l-ebda aġenzija fl-offerta, sempliċement kuntatt għas-Sinjura Kubovičová minn EURES Slovakia,” tispjega Petra. “Hi kienet mara dħulija ħafna li spjegatilna kollox. Bgħatnielha s-CVs tagħna u l-informazzjoni meħtieġa.”

Zuzana Kubovičová ilha membru tal-persunal tal-EURES mill-2006 u hija responsabbli għall-komunikazzjoni, il-kooperazzjoni u l-iskambji ta’ informazzjoni relatati man-Netherlands. “Nikkoopera l-aktar ma’ impjegaturi min-Netherlands u nippubblika l-postijiet vakanti tagħhom fuq is-sit web tal-EURES Slovakkja,” taqsam magħna. “Barra minn hekk naġġorna u nittraduċi għas-Slovakk l-informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet tal-għajxien u tax-xogħol fin-Netherlands u nipprovdihom lil dawk li qed ifittxu x-xogħol.”

Wara li rċeviet l-applikazzjoni għall-impjieg ta’ Petra u ta’ Martin, Zuzana għaddiet is-CVs tagħhom direttament lill-prinċipal, ottimista li l-koppja kellha ċans kbir li takkwista x-xogħol. M’għaddhiex ħafna żmien sakemm Petra rċeviet tweġiba.

“B’sorpriża għalina, fi żmien jumejn jew tlett ijiem, kont ikkuntattjata mill-maniġer minn Gebr. P&M Hermans,” hi tgħid. Il-maniġer offra lill-koppja xogħol tal-ħsad tal-fjuri għall-istaġun, li huma kienu kuntenti jaċċettaw. F’Ġunju, wara li Petra spiċċat ir-raba’ sena tagħha fl-iskola, dawn għamlu triqithom lejn Zuid-Holland fin-Netherlands.

Il-maniġer offra li jiġbor lil Petra u lil Martin mill-ajruport meta jillandjaw, iżda ddeċidew li jesploraw l-ambjent ġdid tal-madwar tagħhom u jagħmlu triqithom lejn il-post tax-xogħol il-ġdid tagħhom waħedhom. Kienet xi ħaġa eċċitanti, iżda kienu wkoll nervużi dwar jekk ir-realtà tal-impjiegi l-ġodda tagħhom kinitx se tissodisfa l-aspettattivi tagħhom.

Fortunatament, dan għamluh u l-koppja rnexxiet flimkien ma’ madwar 20 impjegat ieħor. “Ix-xogħol kien iebes, iżda mhux ħażin,” tiftakar Petra. “Ħdimna għal tliet xhur fis-sajf, qlajna l-flus, iltqajna ma’ ħafna nies mill-aħjar u ksibna esperjenza. Kulħadd kien dħuli u lest jgħin, u s-sidien ħadu ħsiebna ħafna u kienu interessati fl-impjegati tagħhom.”

Petra u Martin baqgħu fin-Netherlands wara tmiem l-istaġun u diġà għandhom pjanijiet biex jirritornaw fis-sajf li ġej. “Is-Sinjura Kubovičová fetħitilna l-bieb għad-dinja,” tgħid Petra b’entużjażmu. “Grazzi ħafna lilha u lill-EURES.”

“Wara s-sajf, irċevejt email li qal li kienu ssodisfati ħafna bix-xogħol u li se jerġgħu jużaw is-servizzi tal-EURES fil-futur,” Zuzana tispjega.

“Jien inkun tassew kuntenta meta nirċievi dan it-tip ta’ feedback minn persuna li qed tfittex impjieg,” żiedet tgħid. “Iġġiegħlni nħoss li jiena tassew ta’ benefiċċju għal xi ħadd u huwa dejjem sabiħ li tkun taf li inti għint biex tagħmel ħajjet xi ħadd ftit aħjar.”

 

Links relatati:

sit web tal-EURES Slovakkja

 

Aqra aktar:

Jiem Ewropej tal-Impjiegi

Drop’pin@EURES

Sib Persunal tal-EURES

Kundizzjonijiet tax-xogħol u l-għajxien fil-pajjiżi tal-EURES

Id-Database tal-Impjiegi tal-EURES

Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi

Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES

 Avvenimenti Online li ġejjin

L-EURES fuq Facebook

L-EURES fuq Twitter

L-EURES fuq LinkedIn

Temi
Stejjer ta' suċċessŻgħażagħ
Sezzjoni(jiet) relatati
L-Għajxien u x-Xogħol
Settur
Accomodation and food service activitiesActivities of extraterritorial organisations and bodiesActivities of households as employers, undifferentiated goods- and servicesAdministrative and support service activitiesAgriculture, forestry and fishingArts, entertainment and recreationConstructionEducationElectricity, gas, steam and air conditioning supplyFinancial and insurance activitiesHuman health and social work activitiesInformation and communicationManufacturingMining and quarryingOther service activitiesProfessional, scientific and technical activitiesPublic administration and defence; compulsory social securityReal estate activitiesTransportation and storageWater supply, sewerage, waste management and remediation activitiesWholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles

Ċaħda

L-artikoli huma maħsuba biex jipprovdu lill-utenti tal-portal tal-EURES b'informazzjoni dwar suġġetti u xejriet kurrenti u biex jistimulaw id-diskussjoni u d-dibattitu. Il-kontenut tagħhom mhux bilfors jirrifletti l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA) jew tal-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, EURES u ELA ma japprovawx websajts ta' partijiet terzi msemmija hawn fuq.