
“F’Novembru li għadda, matul sessjoni ta’ taħriġ tal-EURES fl-Iżvezja, iltqajt ma’ Biancangela Fabbri mill-EURES tal-Italja,” ftakar Sébastien Faure tal-EURES ta’ Franza.
“Matul is-sessjoni, Biancangela infurmatna li wieħed mill-impjegaturi tagħha fl-Italja, Your Friends Animazione, kien qiegħed ifittex kandidati minn madwar l-Ewropa kollha,” spjega hu. Biancangela kienet qed tfittex kandidati biex jaħdmu bħala animaturi tat-tfal fiċ-ċentri tal-vaganzi mmexxija minn Your Friends Animazione matul l-istaġun tas-sajf.
“Issuġġerejt lil Biancangela biex naħdmu flimkien biex nippromwovu x-xogħlijiet ta’ Your Friends Animazione lill-kandidati żgħażagħ tagħna rreġistrati fuq il-programm Korp Ewropew ta Solidarjetà,” kompla jispjega Sébastien.
Malajr irċieva bosta applikazzjonijiet minn żgħażagħ Franċiżi li kienu qed ifittxu xogħol u rranġa intervisti bit-telefown u bi Skype bejn Your Friends Animazione u l-kandidati.
“Huwa interessanti u pjaċevoli li tkun kompletament involut fil-kultura Taljana”
Wara proċess ta’ reklutaġġ b’suċċess, erba’ kandidati minn Franza u Spanja ġew magħżula biex jattendu taħriġ fuq ħamest ijiem fit-Toskana f’April 2019. Ġew imħarrġa biex jaħdmu fl-irwoli tagħhom bħala animaturi tat-tfal. Il-kumpanija ħallset għall-vjaġġ u l-akkomodazzjoni tagħhom għall-ġimgħa.
Parteċipant żagħżugħ kien Wilfried ta’ 20 sena minn Île-de-France, ftit ‘il barra minn Pariġi. Qabel ma ntgħażel, Wilfried ma kienx fis-sistema edukattiva, ma kienx qed jaħdem u lanqas ma kien qed isegwi xi taħriġ. Wara t-taħriġ inizjali tiegħu, Wilfried issa qiegħed fuq kollokament ta’ xahrejn ma’ Your Friends Animazione. Wilfried jaħdem f’ċentru tal-vaganzi f’villaġġ turistiku fuq il-gżira ta’ Sardinja. Il-kompiti tiegħu jinkludu l-organizzazzjoni ta’ tornamenti sportivi għaż-żgħażagħ u l-organizzazzjoni ta’ spettakli kull filgħaxija.
“Ngħejja, il-pass huwa mgħaġġel,” stqarr Wilfried. “Iżda tant nieħu pjaċir li ma jimpurtax.”
Kiseb ħafna ħiliet personali u tekniċi, inkluż il-fatt li tejjeb l-Ingliż tiegħu u qed jitgħallem xi ftit Taljan u Ġermaniż. Ħa pjaċir ukoll jesperjenza direttament kultura oħra.
“Huwa interessanti u pjaċevoli li tkun kompletament involut fil-kultura Taljana”, qal Wilfried. “Fil-bidu, ma kont nifhem xejn bit-Taljan. Issa nifhem.”
Meta jispiċċalu ż-żmien fl-Italja, Wilfried beħsiebu jerġa’ jmur jgħix barra mill-pajjiż, din id-darba fid-Danimarka, fejn se jagħmel kollokament fis-Servizz Volontarju Ewropew fi skola għaż-żgħażagħ b’diżabbiltà.
“It-tnejn emminna f’dan il-proġett”
L-uffiċċju tal-EURES ta’ Biancangela ġewwa Pistoia ilu jikkollabora ma’ Your Friends Animazione għal diversi snin issa, u hi tħoss li hemm xi ħaġa speċjali dwar l-esperjenza li żgħażagħ li qed ifittxu xogħol bħal Wilfried jiksbu meta jaħdmu mal-kumpanija.
“Jirnexxilhom joħorġu l-aħjar fiż-żgħażagħ li jintgħażlu mingħajr l-ebda esperjenza bħala animaturi u ta’ spiss jaslu nervużi u mistħija, u ma jkunux konxji tat-talenti tagħhom,” qalet hi.
Biancangela hija wkoll mimlija bi kliem ta’ tifħir għal Sébastien u l-mod ta’ kif imxiet ħarir il-kollaborazzjoni internazzjonali tagħhom. “Sébastien u jien fhimna lil xulxin mal-ewwel, u għandna l-istess metodu ta’ ħidma,” spjegat hi. “It-tnejn li aħna emminna fil-proġett, u l-empatija, l-entużjażmu u l-komunikazzjoni tiegħu għamluha faċli u pjaċevoli għalija biex nikkollabora.”
“Flimkien, segwejna passi komplementari: Jien appoġġajt lill-kumpanija fir-reġistrazzjoni tal-proġett u fl-għażla tal-kandidati u hu ppromwova l-post battal u l-applikazzjonijiet taż-żgħażagħ Franċiżi.”
Sébastien huwa grat bl-istess mod lejn Biancangela, u ddeskriva l-inizjattiva bħala “kollaborazzjoni tajba ħafna”. It-tnejn jittamaw li jerġgħu jikkollaboraw fil-futur, u diġà għamlu pjanijiet biex jirrepetu din l-inizjattiva b’suċċess ma’ Your Friends Animazione fl-2020.
Links relatati:
Il-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà
Aqra aktar:
Il-Kundizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol fil-pajjiżi tal-EURES
Il-Bażi tad-Data tal-Impjiegi tal-EURES
Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi
Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES
Avvenimenti Onlineli ġejjin
L-EURES fuq Facebook
L-EURES fuq Twitter
L-EURES fuq LinkedIn
Dettalji
- Data tal-pubblikazzjoni
- 27 Settembru 2019
- Awturi
- L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol | Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni
- Temi
- L-aħjar prattika tal-EURESTaħriġ EURESAħbarijiet esterni tal-EURESAħbarijiet dwar is-suq tax-xogħol/aħbarijiet dwar il-mobilitàXejriet ta' reklutaġġStejjer ta' suċċessŻgħażagħ
- Settur
- Accomodation and food service activitiesActivities of extraterritorial organisations and bodiesActivities of households as employers, undifferentiated goods- and servicesAdministrative and support service activitiesAgriculture, forestry and fishingArts, entertainment and recreationConstructionEducationElectricity, gas, steam and air conditioning supplyFinancial and insurance activitiesHuman health and social work activitiesInformation and communicationManufacturingMining and quarryingOther service activitiesProfessional, scientific and technical activitiesPublic administration and defence; compulsory social securityReal estate activitiesTransportation and storageWater supply, sewerage, waste management and remediation activitiesWholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles