
Għaliex it-turiżmu?
Ix-xogħol fit-turiżmu joffri postijiet eżotiċi jew sbieħ, spazji tax-xogħol moderni u ambjent dinamiku. L-impjegati spiss ikunu żgħażagħ, u jġibu magħhom enerġija u sens ta’ gost fit-timijiet u fil-postijiet tax-xogħol. Hemm ħafna possibilitajiet biex tikber personalment u tavvanza fil-karriera – u biex tagħmel differenza. B’xogħol disponibbli fuq bażi permanenti, part-time u staġonali, hemm opportunitajiet għal kulħadd.
Xi jfittxu l-impjegaturi fit-turiżmu meta jiġu biex jaħtru?
Skont ir-riċerka mwettqa bħala parti mill-proġett “Pjan ta' Azzjoni għall-kooperazzjoni settorjali fuq il-ħiliet fit-turiżmu” tal-Executive Agency for Small and Medium-sized Enterprises (l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Intrapriżi Żgħar u Medji), l-aktar fattur imfittex mill-impjegaturi hu l-età (21%), bil-kandidati ta’ bejn l-etajiet ta’ 25-35 sena li jiġu minn ta’ quddiem nett. Dan hu segwit mill-qrib mill-ħiliet u mill-kwalifiki akkademiċi rilevanti (18% kull fattur), kif ukoll mill-flessibbiltà u mill-esperjenza professjonali (16%).
X'inhuma l-aktar ħiliet importanti fis-settur tat-turiżmu?
L-attitudni ta’ ospitalità tiġi fil-quċċata tal-ħiliet imfittxija mill-impjegaturi, flimkien mal-ħila li wieħed jifhem u jtejjeb ir-relazzjonijiet umani, il-komunikazzjoni interpersonali u l-kompetenzi lingwistiċi. Dawn il-kategoriji huma wkoll dawk li l-persuni li qed ifittxu impjieg jemmnu li huma l-aktar importanti, għalkemm ta' min jgħid li dawn jixħtu aktar enfasi fuq il-ħiliet lingwistiċi u fuq l-għarfien multikulturali mill-impjegaturi, u anqas fuq il-ħsieb kritiku.
Fejn huma l-aħjar postijiet biex issir taf aktar dwar l-impjiegi fit-turiżmu?
Portals tal-impjiegi, netwerks personali u midja soċjali huma tlieta minn fost l-għodod ewlenin li jużaw in-negozji tat-turiżmu biex isibu impjegati ġodda. Siti web tal-kumpaniji u reklutaturi professjonali jintużaw ta’ spiss ukoll. Ara li tisfrutta dawn l-għodod għall-benefiċċju tiegħek biex timmassimizza l-possibilitajiet tiegħek li ssib impjieg.
Kif tista’ tikseb il-ħiliet li qed ifittxu l-impjegaturi?
Jekk tixtieq tirfina l-ħiliet tiegħek qabel ma taqbad karriera fl-industrija tat-turiżmu, hemm firxa ta’ programmi tal-UE li jistgħu jgħinuk. Dawn jinkludu l-EURES, li għandu taqsima ddedikata għall-persuni li qed ifittxu impjieg u funzjonijiet estensivi, Your first EURES Job (L-ewwel impjieg EURES tiegħek), li jgħin lil persuni ta' bejn it-18 u l-35 sena jsibu impjieg fl-UE, u Erasmus+, li jipprovdi firxa ta' opportunitajiet ta' taħriġ u ta' bini ta' netwerks għaż-żgħażagħ.
Fejn tista’ ssib iktar tagħrif?
Is-sit web Jobs in Tourism fih ħafna informazzjoni dwar ix-xogħol fis-settur tat-turiżmu. Parti mill-kampanja ta' komunikazzjoni "It-turiżmu, dinja t'opportunitajiet" (żviluppata fil-qafas tal-proġett tal-"Pjan ta' Azzjoni għall-kooperazzjoni settorjali fuq il-ħiliet fit-turiżmu"), is-sit web hu mfassal biex jippromwovi l-industrija tat-turiżmu, isostni lill-persuni li qed ifittxu impjieg biex jibdew karriera fit-turiżmu u jsostni lill-kumpaniji fis-sejbien ta' impjegati potenzjali.
Biex issir taf aktar dwar il-karrieri fit-turiżmu, ara t-taqsima Looking for a career in tourism? (Qed tfittex li tibda karriera fit-turiżmu?).
Links relatati:
Aġenzija Eżekuttiva għall-Intrapriżi Żgħar u Medji (EASME)
Aqra aktar:
Kundizzjonijiet tax-xogħol u l-għajxien fil-pajjiżi tal-EURES
Il-Bażi tad-Data tal-Impjiegi tal-EURES
Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi
Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES
Avvenimenti Onlineli ġejjin
Il-EURES fuq Facebook
Il-EURES fuq Twitter
Il-EURES fuq LinkedIn
Dettalji
- Data tal-pubblikazzjoni
- 27 Settembru 2018
- Awturi
- L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol | Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni
- Temi
- Taħriġ EURESIdeat u SuġġerimentiAħbarijiet dwar is-suq tax-xogħol/aħbarijiet dwar il-mobilitàAħbarijiet/rapporti/statistikaXejriet ta' reklutaġġŻgħażagħ
- Sezzjoni(jiet) relatati
- L-Għajxien u x-Xogħol
- Settur
- Accomodation and food service activitiesActivities of extraterritorial organisations and bodiesActivities of households as employers, undifferentiated goods- and servicesAdministrative and support service activitiesAgriculture, forestry and fishingArts, entertainment and recreationConstructionEducationElectricity, gas, steam and air conditioning supplyFinancial and insurance activitiesHuman health and social work activitiesInformation and communicationManufacturingMining and quarryingOther service activitiesProfessional, scientific and technical activitiesPublic administration and defence; compulsory social securityReal estate activitiesTransportation and storageWater supply, sewerage, waste management and remediation activitiesWholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles